{"id":5081,"date":"2018-03-13T08:38:25","date_gmt":"2018-03-13T07:38:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/03\/kapo\/"},"modified":"2018-03-13T17:43:52","modified_gmt":"2018-03-13T16:43:52","slug":"kapo","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/kapo\/","title":{"rendered":"Kapo"},"content":{"rendered":"<p>Id-de\u010bi\u017cjoni tal-ispeaker li jwaqqaf il-mistoqsija ta&#8217; Simon Busuttil lill-Prim Ministru dwar jekk ic-<em>chief of staff<\/em> tieg\u0127u g\u0127andux kont tal-bank f&#8217;Dubai u ie\u0127or f&#8217;Pilatus Bank huwa skandlu.\u00a0 Imma \u0127add ma jinduna.\u00a0 F&#8217;pajji\u017c fejn id-dubbien kollu huwa abjad, nemusa bajda ma tag\u0127tix fil-g\u0127ajn.\u00a0\u00a0 Il-kont tal-bank f&#8217;Dubai huwa msemmi fil-Panama Papers u kien investigat minn Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Kien investigat ukoll mill-gvern ta&#8217; New Zealand li kien qed ifittex kif New Zealand kienet qed tintu\u017ca mill-politikanti korrotti biex ja\u0127bu flushom.\u00a0 Din hija silta minn dik l-inkjesta.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5075 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-18.27.06.jpeg\" alt=\"\" width=\"1396\" height=\"356\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-18.27.06-300x77.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-18.27.06-604x154.jpeg 604w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-18.27.06-768x196.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-18.27.06.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1396px) 100vw, 1396px\" \/><\/p>\n<p>Ir-rapport tal-inkjesta s\u0127i\u0127a qieg\u0127ed hawn. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/report-giftdr-27jun2016-1.pdf\">report-giftdr-27jun2016 (1)<\/a> Is-silta hi minn pa\u0121na 74.<\/p>\n<p>U hawn hi silta minn dak li sabet Daphne Caruana Galizia fuq il-kwistjoni.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5077 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-19.22.33.jpeg\" alt=\"\" width=\"1480\" height=\"196\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-19.22.33-300x40.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-19.22.33-604x80.jpeg 604w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-19.22.33-768x102.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-05-at-19.22.33.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1480px) 100vw, 1480px\" \/><\/p>\n<p>Is-silta <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/04\/us1-017-million-single-transaction-azerbaijan-owned-company-egrant-inc\/\">hi minn dan il-powst<\/a>.<\/p>\n<p>Il-kont f&#8217;Pilatus Bank inkixef mill-iskandlu ppubblikat<a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20170425\/local\/busuttil-claims-corruption-by-keith-schembri-in-sale-of-passports.646262\"> minn Simon Busuttil innifsu li meta kien kap tal-Oppo\u017cizzjoni tkellem dwar kif Keith Schembri kien jir\u010bievi tix\u0127im f&#8217;Pilatus Bank<\/a> mill-bejg\u0127 tal-passaporti.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5078 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-11-300x162.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"162\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-11-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-11-500x270.jpg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-11.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/p>\n<p>L-ispeaker waqqaf il-mistoqsijiet ta&#8217; Simon Busuttil, \u0127a\u0121a li rari ti\u0121ri.\u00a0 L-ispeaker ikkwota r-rekwi\u017cit imni\u017c\u017cel fl-<em>istanding orders<\/em> li l-mistoqsijiet impo\u0121\u0121ija fuq il-mejda tal-Kamra g\u0127andhom ikunu &#8220;marbuta ma&#8217; affarijiet fl-interess pubbliku&#8221;. (<a href=\"http:\/\/www.justiceservices.gov.mt\/DownloadDocument.aspx?app=lom&amp;itemid=8970&amp;l=1\">Ara klawsola 26<\/a>).<\/p>\n<p>Ma hemm l-ebda definizzjoni spe\u010bifika ta&#8217; interess pubbliku u allura jkollna nistrie\u0127u fuq dak li normalment wie\u0127ed jifhem b&#8217;dak it-terminu.<\/p>\n<p>Il-fatt li \u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru g\u0127andu kont tal-bank f&#8217;Dubai \u017cvelat mill-Panama Papers li nfeta\u0127 wara l-\u0127atra tieg\u0127u fil-kariga fl-istess \u017cmien li kienet qed titwaqqaf kumpannija <em>off-shore<\/em> f&#8217;\u0121urisdizzjoni sigrieta g\u0127alih u g\u0127al Konrad Mizzi u g\u0127all-proprjetarju ta&#8217; Egrant Inc., fl-interess pubbliku jew le?<\/p>\n<p>Il-fatt li \u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-prim ministru g\u0127andu kont tal-bank li, allegatament, jamministra l-kontijiet tal-membri tal-familja Aliyev, li fih allegatament kien jir\u010bievi tix\u0127im minn fuq introjtu pubbliku ta&#8217; skema tal-gvern introdotta minn mindu \u0127a l-kariga, huwa fl-interess pubbliku jew le?<\/p>\n<p>Da\u017cgur li huma. Id-de\u010bi\u017cjoni tal-ispeaker li jimblokka l-mistoqsijiet mhi xejn differenti minn \u010bensura: sarima ma&#8217; \u0127alq il-kamra le\u0121i\u017clattiva waqt li tipprova te\u017cer\u010bita l-funzjoni kostituzzjonali le\u0121ittima tag\u0127ha \u2013 dik li \u017c\u017comm l-e\u017cekuttiv responsabbli g\u0127al g\u0127emilu.<\/p>\n<p>L-ispeaker mhuwiex sempli\u010biment ir-regolatur tal-ordni fil-Kamra. Hu l-persuna li jinkorpora s-sovranit\u00e0 tal-Parlament tag\u0127na. Fuq spallejh jistrie\u0127 il-pi\u017c tal-protezzjoni tar-rappre\u017centati eletti tag\u0127na mill-abbu\u017c tal-poter mill-e\u017cekuttiv. Hu g\u0127andu l-kompitu li ji\u017cgura li l-kamra le\u0121i\u017clattiva tag\u0127na u l-membri tag\u0127ha jkollhom il-mezzi kollha li tweg\u0127edhom il-kostituzzjoni biex i\u017commu lil min g\u0127andu l-poter responsabbli g\u0127al g\u0127emilu.<\/p>\n<p>Imma fir-realt\u00e0 imposta minn dan ir-re\u0121im, l-ispeaker spi\u010b\u010ba a\u0121ent ie\u0127or tal-e\u017cekuttiv. Spi\u010b\u010ba operatur ta&#8217; livell baxx li qed jib\u017ca&#8217; g\u0127al \u0121ildu billi jintg\u0127o\u0121ob mas-sidien tieg\u0127u filwaqt li jiffla\u0121ella lil niesu.<\/p>\n<p>Mhijiex ironija tal-blieh li l-ispeaker tal-Parlament ta&#8217; Malta qed iwaqqaf mistoqsijiet dwar politikanti Maltin li di\u0121\u00e0 tressqu u twie\u0121bu fil-parlament ta&#8217; New Zealand mill-gvern ta&#8217; hemmhekk?<\/p>\n<p>Huwa l-waqt li nsaqsu mistoqsija lil An\u0121lu Farrugia.\u00a0 Huwa kkonsulta l-uffi\u010bju tal-prim ministru qabel ma informa lil Simon Busuttil li kien se jirrifjutalu l-mistoqsijiet? Huwa talab il-parir ta&#8217; xi \u0127add fl-e\u017cekuttiv \u2013 biex ma ng\u0127idux struzzjonijiet \u2013 fuq dil-kwistjoni?<\/p>\n<p>G\u0127aliex hawn hu l-iskandlu f&#8217;din il-kwistjoni:\u00a0 il-Parlament tag\u0127na re\u0121a&#8217; sar post fejn kwalunkwe oppo\u017cizzjoni serja kontra l-governanza \u0127a\u017cina u l-korruzzjoni tintradam qabel ma tazzarda terfa&#8217; rasha?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-de\u010bi\u017cjoni tal-ispeaker li jwaqqaf il-mistoqsija ta&#8217; Simon Busuttil lill-Prim Ministru dwar jekk ic-chief of staff tieg\u0127u g\u0127andux kont tal-bank f&#8217;Dubai u ie\u0127or f&#8217;Pilatus Bank huwa skandlu.\u00a0 Imma \u0127add ma jinduna.\u00a0 F&#8217;pajji\u017c fejn id-dubbien kollu huwa abjad, nemusa bajda ma tag\u0127tix fil-g\u0127ajn.\u00a0\u00a0 Il-kont tal-bank f&#8217;Dubai huwa msemmi fil-Panama Papers u kien investigat minn Daphne Caruana Galizia. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5078,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5081\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5081"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5081\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5086,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5081\/revisions\/5086\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5078\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5081"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5081"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5081"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}