{"id":5152,"date":"2018-03-15T08:18:18","date_gmt":"2018-03-15T07:18:18","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/03\/glenn-bedingfields-questions\/"},"modified":"2018-03-16T11:10:14","modified_gmt":"2018-03-16T10:10:14","slug":"glenn-bedingfields-questions","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/glenn-bedingfields-questions\/","title":{"rendered":"Il-mistoqsijiet ta\u2019 Glenn Bedingfield"},"content":{"rendered":"<p>Glenn Bedingfield baqa\u2019 jiddefendi dak li ming\u0127alih hu d-dritt tieg\u0127u li ja\u0127dem g\u0127al \u017cew\u0121 istituzzjonijiet li huma mfassla apposta mill-Kostituzzjoni tag\u0127na li jkunu indipendenti minn xulxin u biex wa\u0127da \u017c\u017comm lill-o\u0127ra responsabbli u l-o\u0127ra biex tibbilan\u010bja l-ewwel wa\u0127da.<\/p>\n<p>Li \u0121ej hi silta mill-intervent tieg\u0127u fil-Parlament il-biera\u0127. Hawn jisfida lil dawk li jikkritikawh biex jindikawlu liema ba\u017ci legali te\u017cisti biex issostni l-argument li Membru tal-Parlament ma jistax ja\u0127dem g\u0127all-e\u017cekuttiv.<\/p>\n<div style=\"width: 848px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-5152-1\" width=\"848\" height=\"480\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Video-2018-03-14-at-19.36.45.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Video-2018-03-14-at-19.36.45.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Video-2018-03-14-at-19.36.45.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p>Allura, \u0127alli ng\u0127idlu.<\/p>\n<p>Nibda bis-soltu nota ta\u2019 twiddiba.\u00a0 M\u2019iniex avukat u din hi interpretazzjoni tal-li\u0121i minn dilettant.\u00a0 Bl-ebda mod ma jien se n\u0127ossni imbarazzat jekk xi professjonist iwaqqag\u0127li kliemi b\u2019argument a\u0127jar. Imma d-doveri ta\u2019 MP japplikaw kemm g\u0127all-avukati u kemm g\u0127al dawk li mhumiex u Glenn, li b\u0127ali hu lajk, g\u0127andu jfittex parir jekk g\u0127andu, kif g\u0127andu jkollu, xi dubju.<\/p>\n<p>L-ewwel: l-Artikolu 54 (1) (b) tal-Kostituzzjoni jipprevedi li \u201c\u0126add ma jkun kwalifikat biex ikun elett b\u0127ala Membru tal-Kamra tad-Deputati \u0127lief kif ikun provdut xort\u2019o\u0127ra mill-Parlament jekk jiddetjeni jew ikun qed ja\u0121ixxi f\u2019xi kariga pubblika jew ikun membru tal-Forzi Armati tal-Gvern ta\u2019 Malta.\u201d<\/p>\n<p>G\u0127all-kompletezza hemm ukoll l-Artikolu 54 (3) li ji\u010b\u010bara li \u201cPersuna ma g\u0127andhiex ti\u0121i meqjusa b\u0127ala li tiddetjeni jew li ta\u0121ixxi f\u2019kariga pubblika g\u0127all-fini ta\u2019 paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta\u2019 dan l-artikolu \u2013<\/p>\n<p>Jekk tkun bil-permess ta\u2019 assenza qabel it-tluq minn kariga pubblika;<\/p>\n<p>Jekk tkun surmast fl-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta li ma tkunx skont il-kondizzjonijiet tal-impieg tag\u0127ha impeduta mill-prattika privata tal-professjoni tag\u0127ha jew mitluba li tag\u0127ti l-\u0127in kollu tag\u0127ha g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tal-Gvern ta\u2019 Malta.<\/p>\n<p>Glenn Bedingfield mhux qieg\u0127ed bil-permess tal-assenza, u lanqas ma jg\u0127allem fl-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta u mhuwiex so\u0121\u0121ett g\u0127al ri\u017coluzzjoni Parlamentari jew li\u0121i spe\u010bifika li tisku\u017cah minn din ir-regola.<\/p>\n<p>It-tieni: Il-Parlament tabil\u0127aqq ipprovda e\u017cenzjoni wiesg\u0127a g\u0127al din ir-regola g\u0127al kategorija kbira ta\u2019 uffi\u010bjali pubbli\u010bi u g\u0127andu s-setg\u0127a li jag\u0127mel hekk bil-kliem \u201c\u0127lief kif ikun provdut xort\u2019o\u0127ra mill-Parlament\u201d fil-Kostituzzjoni.<\/p>\n<p>Nirreferi imbag\u0127ad g\u0127all-Att dwar il-Membri Parlamentari u l-Impjieg Pubbliku (Kap. 472 tal-Li\u0121ijiet ta\u2019 Malta) li jiddikjara li \u201cg\u0127all-finijiet tal-artikolu 54 (1) (b) tal-Kostituzzjoni, qieg\u0127ed b\u2019dan ji\u0121i provdut li uffi\u010bjal pubbliku, li l-kariga tieg\u0127u, sostantiva jew xort\u2019o\u0127ra, fis-servizz pubbliku ma tkunx qieg\u0127da fuq skala ta\u2019 salarju li tkun og\u0127la mill-iskala ta\u2019 salarju 6, jew xi skala ta\u2019 salarju o\u0127ra li l-Kamra tista\u2019 b\u2019Ri\u017coluzzjoni minn \u017cmien g\u0127al \u017cmien tistabbilixxi, ikun jikkwalifika biex ji\u0121i elett membru tal-Kamra.\u201d<\/p>\n<p>G\u0127alhekk l-e\u017cenzjoni provduta mill-Parlament skont ma tiddetermina l-Kostituzzjoni tapplika g\u0127al persuni fis-servizz pubbliku li ja\u0127dmu fi skala ta\u2019 salarju 6 jew \u2019l isfel. Fl-2018 l-iskala ta\u2019 salarju 6 i\u0121\u0121orr massimu ta\u2019 27,269 ewro.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180304\/local\/mp-glenn-bedingfield-paid-42000-to-coordinate-pqs.672246\">A\u0127na nafu li l-kuntratt ta\u2019 Glenn Bedingfield huwa ta\u2019 42,000 ewro<\/a>\u00a0li jpo\u0121\u0121ih fi skala ta\u2019 salarju \u2019il fuq minn skala 2. L-uffi\u010bjali pubbli\u010bi fil-qalba tas-servizz \u010bivili li g\u0127andhom salarju og\u0127la minn hekk tg\u0127oddhom fuq id wa\u0127da.<\/p>\n<p>Nixtieq nenfasizza l-kliem \u201csostantiv jew xort\u2019o\u0127ra\u201d.\u00a0 M\u2019g\u0127andux x\u2019jaqsam li l-kuntratt ta\u2019 Glenn Bedingfield hu definit jew ta\u0127t il-kundizzjoni tar-ri\u017cenja tieg\u0127u jekk jinbidel il-Gvern.\u00a0 Il-li\u0121i ma tag\u0127mel ebda e\u010b\u010bezzjoni f\u2019dan is-sens.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed jista\u2019 jobsor x\u2019se ji\u0121i issa. Il-gvern jinteba\u0127 li g\u0127amel \u017cball u jg\u0127addi malajr ri\u017coluzzjoni ta\u0127t l-Att dwar il-Membri Parlamentari u l-Impjieg Pubbliku u jg\u0127olli l-limitu g\u0127al skala 1 jew jemenda l-li\u0121i nnifisha biex jo\u0127loq xi e\u010b\u010bezzjoni assurda b\u0127al li wie\u0127ed g\u0127andu jag\u0127laq g\u0127ajnejh g\u0127al dawk li jin\u0127atru b\u0127ala membri tal-persunal ta\u2019 Ministru jew persuni b\u2019kuntratt ta\u2019 anqas minn 5 snin.<\/p>\n<p>Il-gvern g\u0127and l-poter politiku effettiv biex jag\u0127mel hekk.<\/p>\n<p>Imma dan iwaqqa\u2019 g\u0127a\u017c-\u017cuffjett sistema bba\u017cata fuq ir-regoli u jkompli jkasbar il-Kostituzzjoni moribunda tag\u0127na mfassla biex tissepara l-ferg\u0127at tal-gvern biex t\u0127ares li\u010b-\u010bittadini mill-abbu\u017ci ta\u2019 dawk li g\u0127andhom il-poter u minflok tintu\u017ca minn dawk li g\u0127andhom il-poter biex jabbu\u017caw mil-libertajiet ta\u010b-\u010bittadini.<\/p>\n<p>Nixtieq nag\u0127mel punt ie\u0127or.\u00a0 Din mhix kwistjoni personali mas-si\u0121\u0121u ta\u2019 Glenn Bedingfield fil-Parlament.\u00a0 Ma tantx tista\u2019 ssejja\u0127lu xi Abraham Lincoln imma l-kwalitajiet tieg\u0127u b\u0127ala MP, jew in-nuqqas tag\u0127hom, frankament m\u2019g\u0127andhom x\u2019jaqsmu xejn. Sa fejn jikkon\u010bernani, jista\u2019 jkun ir-rinkarnazzjoni ta\u2019 Abraham Lincoln.<\/p>\n<p>Kif ktibt il-biera\u0127 mhuwiex l-uniku MP li s-si\u0121\u0121u tieg\u0127u g\u0127andu jsir vakanti fuq il-ba\u017ci tal-li\u0121ijiet tag\u0127na.<\/p>\n<p>U ta\u2019 Glenn mhix l-unika e\u010b\u010bezzjoni li ssir minn dawk li g\u0127andhom il-poter g\u0127al Kostituzzjoni li g\u0127andha tra\u017c\u017canhom. Biex insostni dan nindika, f\u2019diskussjoni aktar fid-dettall darb\u2019o\u0127ra, l-interpretazzjoni ta\u2019 Tonio Borg tal-kostituzzjoni fil-ktieb tieg\u0127u dwar kif il-\u2018karigi ta\u2019 fidu\u010bja\u2019 (positions of trust) mhuma xejn g\u0127ajr sku\u017ca tal-gvern biex ja\u0127rab mir-regoli tal-kostituzzjoni li tipprevjeni d-diskriminazzjoni politika fir-rekluta\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Hemm mijiet, probabbilment eluf ta\u2019 karigi b\u0127al dawn illum.\u00a0 Hemm nies li qed jag\u0127mlu naqra \u0121ardina\u0121\u0121 u jit\u0127allsu mill-gvern fuq il-ba\u017ci li huma \u2018fdati\u2019 meta fil-fatt din g\u0127andha tinqara \u2018Laburisti\u2019.<\/p>\n<p>Imma g\u0127alkemm il-Labour kattar il-kun\u010bett ta\u2019 \u2018karigi ta\u2019 fidu\u010bja\u2019, ma kienx hu li \u0127are\u0121 bih. Jien \u0127dimt g\u0127al 14-il sena b\u0127ala uffi\u010bjal pubbliku f\u2019kariga ta\u2019 fidu\u010bja u l-impjieg tieg\u0127i ukoll kien lil hinn mir-rekwi\u017citi tal-Kostituzzjoni.<\/p>\n<p>Dan qed ng\u0127idu g\u0127aliex din mhijiex kwistjoni dwar il-persuni imma dwar ir-regoli. U g\u0127alhekk hawn hi r-risposta tieg\u0127i g\u0127all-mistoqsija ta\u2019 Glenn Bedingfield dwar liema huma dawk ir-regoli li jipprekluduh milli jkun impjegat tal-gvern u Membru Parlamentari.\u00a0 U tajtu risposta b\u0127ala bonus g\u0127aliex il-kuntratt tieg\u0127u b\u0127ala impjegat tal-gvern hu fa\u017cull ukoll.<\/p>\n<p>Dan kollu g\u0127andu jg\u0127inu fid-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Glenn Bedingfield baqa\u2019 jiddefendi dak li ming\u0127alih hu d-dritt tieg\u0127u li ja\u0127dem g\u0127al \u017cew\u0121 istituzzjonijiet li huma mfassla apposta mill-Kostituzzjoni tag\u0127na li jkunu indipendenti minn xulxin u biex wa\u0127da \u017c\u017comm lill-o\u0127ra responsabbli u l-o\u0127ra biex tibbilan\u010bja l-ewwel wa\u0127da. Li \u0121ej hi silta mill-intervent tieg\u0127u fil-Parlament il-biera\u0127. Hawn jisfida lil dawk li jikkritikawh biex jindikawlu liema [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5114,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5152\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5152"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5152\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5157,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5152\/revisions\/5157\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5114\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5152"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5152"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5152"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}