{"id":51637,"date":"2018-11-18T11:23:06","date_gmt":"2018-11-18T10:23:06","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=51637"},"modified":"2018-11-18T21:41:07","modified_gmt":"2018-11-18T20:41:07","slug":"l-istorja-mxandra-fthe-sunday-times-of-malta-timplika-li-konrad-mizzi-u-keith-schembri-qed-jigu-nvestigati-kriminalment-xqed-jistennew-biex-jirrizenjaw","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/l-istorja-mxandra-fthe-sunday-times-of-malta-timplika-li-konrad-mizzi-u-keith-schembri-qed-jigu-nvestigati-kriminalment-xqed-jistennew-biex-jirrizenjaw\/","title":{"rendered":"L-istorja mxandra f&#8217;The Sunday Times of Malta timplika li Konrad Mizzi u Keith Schembri qed ji\u0121u nvestigati kriminalment. X&#8217;qed jistennew biex jirri\u017cenjaw?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-51405\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"410\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-200x228.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-263x300.jpg 263w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>Hemm \u0127afna x&#8217;wie\u0127ed jomg\u0127od mill-istejjer li xxandru <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/11\/investigators-tell-the-sunday-times-theyre-near-solving-daphnes-murder-they-didnt-tell-her-family-that\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">dalg\u0127odu fil-fa\u010b\u010bata ta&#8217; quddiem ta&#8217; <em>The Sunday Times of Malta<\/em><\/a><em>,<\/em> liema stejjer tal-Labour b&#8217;xi mod qed ipin\u0121uhom b\u0127allikieku qed jag\u0127tu xi ra\u0121un lil dak li qed ig\u0127idu huma.<\/p>\n<p>Jekk nassumu li kul\u0127add qed ja\u0121ixxi skond il-kuxjenza, mill-informazzjoni li ng\u0127atat lil <em>The Sunday Times of Malta<\/em> jirri\u017culta fatt sempli\u010bi u \u010bar. Li l-Ministru Konrad Mizzi u \u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-Prim Ministru Keith Schembri b\u0127alissa qed ji\u0121u nvestigati kriminalment mill-Pulizija. Li jfisser ukoll li, \u0121aladarba l-Pulizija kkonfermat li dan huwa l-ka\u017c, it-tnejn li huma g\u0127andhom jirri\u017cenjaw minnufih. M&#8217;g\u0127andhomx jibqg\u0127u f&#8217;kariga li, bis-sa\u0127\u0127a tal-poter li tag\u0127tihom il-li\u0121i biex jiggvernaw lill-pajji\u017c, ikunu jistg\u0127u jinfluwenzaw l-e\u017citu tal-investigazzjonijiet. U ma jistg\u0127ux ikaxkru &#8216;l isfel mag\u0127hom lill-gvern kollu.<\/p>\n<p>Dwar dan li g\u0127adni kemm ktibt, nitlobkom biex ma ti\u0127dunix b&#8217;serjet\u00e0 kbira. Il-gvern m&#8217;g\u0127andu ebda reputazzjoni x&#8217;jitlef. U jekk xejn, din l-investigazzjoni kriminali kien messha nbdiet sentejn ilu u allura, bir-riedni tal-gvern f&#8217;idejhom, kellhom \u017cmien kemm iridu biex ibag\u0127bsu kull e\u017citu.<\/p>\n<p>Madankollu, a\u0127na u naqraw dak li kitbet <em>The Sunday Times of Malta<\/em>, dalg\u0127odu Joseph Muscat jidher li m&#8217;g\u0127andux g\u0127a\u017cla \u0127lief li jkellem lil Lawrence Cutajar, jistqsie\u0127 jikkonfermax jew le l-Pulizija bdietx investigazzjoni kriminali dwar dawk li huma kunsidrati b\u0127ala l-id il-leminija u dik xellugija tieg\u0127u u, f&#8217;ka\u017c li dan ji\u0121i konfermat, li jke\u010b\u010bihom. Jew a\u0127jar, li j\u0121ieg\u0127lhom jirri\u017cenjaw biex inaddfu isimhom u biex ma ssirx \u0127sara lill-gvern.<\/p>\n<p>X&#8217;aktarx li l-Prim Ministru m&#8217;hu ser jag\u0127mel xejn minn dan kollu. Din il-konklu\u017cjoni ilna \u0127afna li \u0121bidniha g\u0127aliex il-Prim Ministru jinsab qaqo\u010b\u010ba mag\u0127hom. Li kieku dalg\u0127odu kellu jke\u010b\u010bi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, hu stess kien ikollu jwarrab sa llum wara nofsinhar.<\/p>\n<p>Mill-istorja li xandret dalg\u0127odu <em>The Sunday Times of Malta<\/em> tinbet mistoqsija wa\u0127da fost o\u0127rajn: min qed imexxi l-inkjesta ma\u0121isterjali fuq <em>17 Black<\/em>? Din l-inkjesta \u0127add ma kien jaf biha. Fil-<em>Facebook<\/em>, Jason Azzopardi g\u0127adu qed ig\u0127id li din l-inkjesta ma te\u017cistix.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-51407\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40.jpeg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"309\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40-200x82.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40-300x124.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40-400x165.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40-600x247.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/WhatsApp-Image-2018-11-18-at-11.02.40.jpeg 750w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda ejja nassumu li kull minn kellu x&#8217;jaqsam mal-istorja li xandret <em>The Sunday<\/em> <em>Times of Malta<\/em> \u0127alla lil kuxjenztu tmexxih: ji\u0121ifieri li hemm inkjesta ma\u0121isterjali li ntalbet mill-Pulizija meta nbdew l-investigazzjonijet dwar<em> 17 Black<\/em>. Sa\u0127ansitra anki meta jkun hemm \u0127abta kerha bejn karrozza u o\u0127ra fit-triq jixxandar isem il-Ma\u0121istrat li jkun qed imexxi jew tmexxi l-inkjesta u informazzjoni dwar l-esperti li jkunu n\u0127atru. Allura min hu jew min hi? U min huma l-esperti li n\u0127atru?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hemm \u0127afna x&#8217;wie\u0127ed jomg\u0127od mill-istejjer li xxandru dalg\u0127odu fil-fa\u010b\u010bata ta&#8217; quddiem ta&#8217; The Sunday Times of Malta, liema stejjer tal-Labour b&#8217;xi mod qed ipin\u0121uhom b\u0127allikieku qed jag\u0127tu xi ra\u0121un lil dak li qed ig\u0127idu huma. Jekk nassumu li kul\u0127add qed ja\u0121ixxi skond il-kuxjenza, mill-informazzjoni li ng\u0127atat lil The Sunday Times of Malta jirri\u017culta fatt sempli\u010bi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":51405,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/51637\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=51637"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/51637\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":52545,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/51637\/revisions\/52545\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/51405\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=51637"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=51637"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=51637"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}