{"id":5164,"date":"2018-03-14T17:04:10","date_gmt":"2018-03-14T16:04:10","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5164"},"modified":"2018-03-16T16:54:40","modified_gmt":"2018-03-16T15:54:40","slug":"inkomplu-nirrezistu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/inkomplu-nirrezistu\/","title":{"rendered":"Inkomplu nirre\u017cistu"},"content":{"rendered":"<p>Ma&#8217; kull \u0121urnata li tg\u0127addi, tkompli titnaqqar ftit ftit id-demokrazija tag\u0127na. L-iSpeaker An\u0121lu Farrugia llum ikkonferma\u00a0r-<em>ruling<\/em> tieg\u0127u li\u00a0Simon Busuttil ma jistax jistaqsi mistoqsijiet dwar jekk\u00a0Keith Schembri huwiex is-sid ta&#8217; kontijiet\u00a0bankarji\u00a0fid-Dubaj\u00a0u fil-Pilatus Bank.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Bla precedent:\u00a0L-iSpeaker ikkonferma li jien ma nistax nistaqsi lill-PM dwar jekk i\u010b-Chief of Staff tieg\u0127u g\u0127andux kont bankarju fid-Dubaj\u00a0u f&#8217;Pilatus Bank. Din id-de\u010bi\u017cjoni hi assurda u perikolu\u017ca g\u0127aliex tne\u0127\u0127ili d-dritt li b\u0127ala\u00a0membru parlamentari\u00a0li nag\u0127mel l-g\u0127assa fuq l-a\u0121ir tal-Gvern.\u00a0Dan huwa l-mod kif tibda&#8217; tinqered id- demokrazija\u00a0\u00a0<a href=\"https:\/\/t.co\/NIPZUSsooL\">pic.twitter.com\/NIPZUSsooL<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Simon Busuttil (@SimonBusuttil) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/SimonBusuttil\/status\/973941048576757761?ref_src=twsrc%5Etfw\">March 14, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5103 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/joseph_muscat_keith_schembri_kurt_farrugia_1-300x198.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"198\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/joseph_muscat_keith_schembri_kurt_farrugia_1-300x198.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/joseph_muscat_keith_schembri_kurt_farrugia_1-409x270.jpg 409w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/joseph_muscat_keith_schembri_kurt_farrugia_1.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Meta l-Ispettur An\u0121lu Farrugia kien arresta\u00a0li\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127a Daphne Caruana Galizia, huwa fittex li jag\u0127mel u\u017cu minn poteri mog\u0127tija lilu bil-li\u0121i sabiex jeqred id-dritt li wie\u0127ed g\u0127andu\u00a0biex jipprotesta kontra l-abbu\u017c tal-poter u kontra n-nuqqas ta&#8217;\u00a0galbu fit-tmexxija. Mhux talli b&#8217;mod abbu\u017civ kien\u00a0\u017camm mara \u017cag\u0127\u017cug\u0127a arrestata f&#8217;post li lanqas ma kien tajjeb g\u0127all-bhejjem u dan biex jintimidaha u jbe\u017c\u017cag\u0127ha. I\u017cda g\u0127amel minn kollox permezz tal-a\u0121ir\u00a0tieg\u0127u biex jo\u0127noq id-dissens u\u00a0biex isikket il-fehmiet \u0127ielsa qabel dawn ikunu jistg\u0127u jitlissnu.<\/p>\n<p>Hekk kif\u00a0i\u010b\u010bensura mistoqsijiet dwar\u00a0stejjer li kienu nkixfu minn Daphne Caruana Galizia u li kienu wkoll is-su\u0121\u0121ett tal-assidwit\u00e0 politika ta&#8217; Simon Busuttil,\u00a0 An\u0121lu Farrugia &#8211; issa xi ftit ixje\u0127, xi ftit aktar mibrum i\u017cda \u010bertament mhux aktar g\u0127aref &#8211; illum kompla jipprova\u00a0jxejjen id-dritt ta&#8217; dawk li qed jippersistu permezz tal-protesti kontra s-setg\u0127ana b&#8217;mod li jista&#8217; jitqies aktar awtokratiku mill-ag\u0127ar \u017cminijiet ta&#8217; Karmenu Mifsud Bonnici.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li wie\u0127ed jifhem is-sitwazzjoni sew. Il-Kostituzzjoni tag\u0127na tipprovdi li g\u0127andu jkun hemm parlament\u00a0biex ikun hemm g\u0127assa fuq l-a\u0121ir tal-gvern. I\u017cda\u00a0l-iSpeaker minflok\u00a0\u0127ares lil\u00a0membru parlamentari\u00a0mill-abbu\u017ci minn na\u0127a tal-gvern &#8211; kif inhu d-dmir tieg\u0127u &#8211; i\u010b\u010bensura\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-5104 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download.jpg\" alt=\"\" width=\"189\" height=\"267\" \/>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, id-de\u010bi\u017cjoni tal-iSpeaker tista&#8217; ti\u0121i revokata f&#8217;seduta plenarja tal-Parlament i\u017cda dejjem jekk &#8211; u hawn hu l-bu\u017cillis &#8211; ikun hemm ftehim\u00a0dwar it-tqeg\u0127id ta&#8217; din il-kwistjoni fuq l-a\u0121enda tal-Parlament. Ji\u0121rix dan jew le ma nafux i\u017cda li huwa \u017cgur hu li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar jittie\u0127ed vot biex tinqata&#8217;\u00a0din il-kwistjoni. Araw naqra: kwistjoni ta&#8217; prin\u010bipju dwar il-funzjoni ba\u017cika tad-drittijiet parlamentari tispi\u010b\u010ba tinqata&#8217; permezz tat-te\u0127id ta&#8217; vot. U kul\u0127add jaf x&#8217;ikun ir-ri\u017cultat tat-te\u0127id ta&#8217;\u00a0vot b\u0127al dan.<\/p>\n<p>G\u0127ax il-verit\u00e0 hi li\u00a0d-demokrazija tista&#8217; tivvota biex tabolixxi lilha nnifisha u l-Parlament g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a sovrana li j\u017carma d-demokrazija. Hija \u0127a\u0121a li\u00a0tag\u0127mel sens\u00a0daqs kemm jag\u0127mel sens is-suwi\u010bidju u tmur kontra s-sens komun u kontra dak li wie\u0127ed jifhem li g\u0127andha tkun il-funzjoni ta&#8217; membru parlamentari. Id-dittatura tirrendi perversa lil din il-lo\u0121ika.<\/p>\n<p>Minflok i\u0127arsu u jindukraw id-drittijiet u l-interessi ta&#8217; dawk li je\u0127tie\u0121u s-sewwa u l-\u0121ustizzja daqs kemm je\u0127tie\u0121u l-ossi\u0121nu u l-ikel, membri parlamentari qed isiru lsiera tal-poter. L-interess ta&#8217; Keith Schembri li ja\u0127bi l-kontijiet bankarji tieg\u0127u f&#8217;pajji\u017ci notorji u\u00a0f&#8217;bank li jaqdi dittaturi korrotti jikkuntrasta ferm mal-interess ta&#8217; dawk li jidhrilhom li\u00a0min jiggverna m&#8217;g\u0127andux jixxa\u0127\u0127am u li,\u00a0\u0121aladarba jixxa\u0127\u0127am, imbag\u0127ad ig\u0127addi biex ja\u0127bu x-&#8220;xa\u0127am&#8221;.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5105 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Anglu-Farrugia_Joseph-Muscat-300x169.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"169\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Anglu-Farrugia_Joseph-Muscat-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Anglu-Farrugia_Joseph-Muscat-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Anglu-Farrugia_Joseph-Muscat.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Huwa proprju dan li An\u0121lu Farrugia dde\u010bieda dwaru llum: li huwa fl-interess pubbliku li Keith Schembri jit\u0127alla jkompli ja\u0127bi xturu u li jkun a\u0127jar jekk ma nsirux nafu l-id il-leminija tal-prim ministru huwiex qed jixxa\u0127\u0127am (u allura fejn qed jin\u0127eba dan ix-&#8220;xa\u0127am&#8221;) jew le.<\/p>\n<p>L-iSpeaker idde\u010bieda wkoll l-Parlament\u00a0qieg\u0127ed hemm biex jg\u0127atti xtur Keith Schembri u mhux biex i\u0121ieg\u0127elu jikxifhom u b&#8217;hekk i\u0127ares id-drittijiet tal-poplu Malti.<\/p>\n<p>Li kieku Keith Schembri, b\u0127ala negozjant privat, xtaq mhux biss jevadi l-\u0127las tat-taxxa permezz tal-ftu\u0127 ta&#8217; kontijiet bankarji barranin i\u017cda wkoll li jillimita r-riskji tieg\u0127u, kien messu \u017camm &#8216;il bog\u0127od mill-\u0127ajja pubblika.\u00a0Minflok \u017camm &#8216;il bog\u0127od, huwa g\u0127a\u017cel il-poter. Poter li huwa akkwistah b&#8217;mod legali, le\u0121ittimu u demokratiku. I\u017cda Schembri \u010bertament m&#8217;akkwistax id-dritt li jevadi\u00a0l-\u0127las tat-taxxi jew id-dritt li jixxa\u0127\u0127am. U lanqas ma\u00a0hu intitolat li\u00a0ji\u017cloq milli jwie\u0121eb il-mistoqsijiet tal-pubbliku, tal-\u0121urnalisti u, b&#8217;mod spe\u010bjali, tal-Parlament dwar\u00a0jekk huwiex minnu li xxa\u0127\u0127am u li qed jiskarta l-\u0127las tat-taxxi.<\/p>\n<p>Hemm limitu g\u0127al dak li jistg\u0127u jwettqu Simon Busuttil u l-kollegi tieg\u0127u fil-parlament. Jistg\u0127u jappellaw kontra d-de\u010bi\u017cjoni tal-iSpeaker. Jistg\u0127u jibqg\u0127u jinsistu li l-appell ji\u0121i diskuss b&#8217;ur\u0121enza\u00a0u jistg\u0127u jirrifjutaw li jikkoperaw dwar ix-xog\u0127ol tal-Kamra sakemm\u00a0ti\u0121i ffissata\u00a0data li fiha jkun jista&#8217; jsir id-dibattitu.<\/p>\n<p>U jistg\u0127u jibqg\u0127u i\u0127aqquha sal-a\u0127\u0127ar li Keith Schembri g\u0127andu jkun kontabbli u li m&#8217;g\u0127andux jin\u0127eba wara l-iSpeaker bla ru\u0127 li g\u0127andna, liebes kif inhu b&#8217;toga\u00a0ma\u0121isterjali mislufa ming\u0127and bintu.<\/p>\n<p>U jistg\u0127u ukoll jivvotaw minkejja li jkunu jafu li l-vot ta&#8217; ma\u0121\u0121oranza arroganti u\u00a0ta&#8217; bla skrupli\u00a0se teg\u0127libhom \u017cgur.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127allinqas ikunu taw \u0127ilithom kollha u mbag\u0127ad inkunu nistg\u0127u nqieg\u0127du fjura o\u0127ra fuq l-altar tad-demokrazija moribonda li g\u0127andna.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5106 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daphne_caruana_galizia_4-300x199.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"199\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daphne_caruana_galizia_4-300x199.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daphne_caruana_galizia_4-407x270.jpg 407w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daphne_caruana_galizia_4.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Fil-frattemp tkun tista&#8217; tag\u0127ti s-sehem \u017cg\u0127ir kemm hu \u017cg\u0127ir tieg\u0127ek f&#8217;din il-protesta kontra re\u0121im korrott li g\u0127andu kull intenzjoni li jsikket id-dissens u jsa\u0127\u0127a\u0127 il-\u0127akma tieg\u0127u fuq il-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0120img\u0127a 16 ta&#8217; Marzu ja\u0127bat g\u0127eluq il-\u0127ames xahar mill-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia &#8211; qtil li fisser daqqa ta&#8217; \u0127arta kbira g\u0127ad-demokrazija tag\u0127na. Dakinhar g\u0127andna niftakru fiha. I\u017cda g\u0127andna nu\u017caw\u00a0din l-okka\u017cjoni biex nuru li, minkejja l-ostakli u t-tfixkil kollu, a\u0127na lesti li nkomplu nirre\u017cistu lil min qed jipprova b&#8217;kull mezz jimmina lid-demokrazija tag\u0127na.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ma&#8217; kull \u0121urnata li tg\u0127addi, tkompli titnaqqar ftit ftit id-demokrazija tag\u0127na. L-iSpeaker An\u0121lu Farrugia llum ikkonferma\u00a0r-ruling tieg\u0127u li\u00a0Simon Busuttil ma jistax jistaqsi mistoqsijiet dwar jekk\u00a0Keith Schembri huwiex is-sid ta&#8217; kontijiet\u00a0bankarji\u00a0fid-Dubaj\u00a0u fil-Pilatus Bank. Bla precedent:\u00a0L-iSpeaker ikkonferma li jien ma nistax nistaqsi lill-PM dwar jekk i\u010b-Chief of Staff tieg\u0127u g\u0127andux kont bankarju fid-Dubaj\u00a0u f&#8217;Pilatus Bank. Din id-de\u010bi\u017cjoni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5103,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5164\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5164"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5164\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5188,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5164\/revisions\/5188\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5103\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5164"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5164"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5164"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}