{"id":5198,"date":"2018-03-16T16:43:41","date_gmt":"2018-03-16T15:43:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5198"},"modified":"2018-03-17T20:25:18","modified_gmt":"2018-03-17T19:25:18","slug":"tieghu-iwahhlu-fuq-haddiehor","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/tieghu-iwahhlu-fuq-haddiehor\/","title":{"rendered":"Tieg\u0127u iwa\u0127\u0127lu fuq \u0127addie\u0127or"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-5179 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-2.jpg\" alt=\"\" width=\"225\" height=\"225\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-2-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-2.jpg 225w\" sizes=\"(max-width: 225px) 100vw, 225px\" \/>Interessanti s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li kkonfermat\u00a0de\u010bi\u017cjoni precedenti\u00a0dwar malafama kontra Saviour Balzan. Il-Qorti qatg\u0127etha li Balzan kien g\u0127amel allegazzjoni malafamanti\u00a0fil-konfront ta&#8217;\u00a0Richard Cachia Caruana meta allega li dan kien il-mo\u0127\u0127 wara grupp ta&#8217;\u00a0kelliema\u00a0u kittieba w\u017cati biex jag\u0127mlu \u0127sara lill-g\u0127edewwa politi\u010bi ta&#8217; Lawrence Gonzi<\/p>\n<p>Saviour Balzan kien spe\u010bifiku meta semma&#8217; b&#8217;isimha lil Daphne Caruana Galizia u dwar il-mod kif, skont hu, din kienet \u0121iet\u00a0imqabbda minn Richard Cachia Caruana biex ixxerred &#8220;il-velenu u l-mibg\u0127eda&#8221;.<\/p>\n<p>Fil-Qorti Saviour Balzan \u0127arrek ix-xhieda biex jipprova dak li huwa kien allega. Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett\u00a0u John Dalli lkoll xehdu dwar il-fissazzjonijiet paranoji\u010bi ta&#8217; mo\u0127\u0127hom u minflok\u00a0taw \u0127arsa o\u0121\u0121ettiva lejn azzjoniethom stess u l-kritika konsegwenzjali li kienu qalg\u0127u dwarhom, wa\u0127\u0127lu\u00a0fuq xi id mo\u0127bija li kienet dejjem lesta\u00a0biex teqridhom.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-5180 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-1-1.jpg\" alt=\"\" width=\"299\" height=\"169\" \/>Jeffrey Pullicino Orlando xehed li Daphne Caruana Galizia kienet tikkritika\u0127 g\u0127ax kienet tkun imbuttata biex tag\u0127mel dan minn Richard Cachia Caruana. Skont hu kienet tikkritika\u0127 mhux g\u0127ax, dwar il-kwistjoni tal-Mistra,\u00a0kien gideb f&#8217;wi\u010b\u010b kul\u0127add bir-ri\u017cultat li tilef il-fidu\u010bja\u00a0tag\u0127ha, tal-mexxej tal-partit tieg\u0127u u tal-votanti kollha li kienu emmnu lilu u mhux\u00a0il-verit\u00e0 li kien qal\u00a0Alfred Sant. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax\u00a0spi\u010b\u010ba vvota kontra l-gvern tieg\u0127u b&#8217;vendikazzjoni. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax tul \u0127ajtu\u00a0a\u0121ixxa b&#8217;immaturit\u00e0\u00a0u &#8211; ra\u0121el ta&#8217; bla\u00a0prin\u010bipji li hu &#8211; mhux g\u0127ax kien t\u0127allas g\u0127at-tradiment tieg\u0127u.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5181 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/local_02_1_temp-1340348411-4fe417fb-620x348-300x168.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"168\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/local_02_1_temp-1340348411-4fe417fb-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/local_02_1_temp-1340348411-4fe417fb-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/local_02_1_temp-1340348411-4fe417fb-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Jesmond Mugliett xehed li Daphne Caruana Galizia kienet tikkritikah g\u0127ax kienet im\u0121ieg\u0127la tag\u0127mel dan minn Richard Cachia Caruana. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax, b\u0127ala ministru\u00a0inkompetenti u ba\u0127nan kif kien, ma kienx kapa\u010bi jieqaf kontra l-korruzzjoni li kienet qed isse\u0127\u0127\u00a0ta\u0127t imnie\u0127ru. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax sab kenn fil-Partit Laburista meta l-partit tieg\u0127u\u00a0ma re\u0121g\u0127ax \u0127atru b\u0127ala ministru u dan minkejja l-kritika \u0127arxa li kien jaqla&#8217; ming\u0127and tal-Labour stess.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5182 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Joseph-Muscat-John-Dalli-300x189.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"189\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Joseph-Muscat-John-Dalli-300x189.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Joseph-Muscat-John-Dalli-429x270.jpg 429w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Joseph-Muscat-John-Dalli.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>John Dalli xehed li Daphne Caruana Galizia kienet tikkritika\u0127 g\u0127ax kien i\u0121ieg\u0127elha tag\u0127mel dan Richard Cachia Caruana. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax inqabad i\u0127awwad f&#8217;negozji b&#8217;xamma ta&#8217; korruzzjoni u mhux g\u0127ax il-PN b&#8217;xi mod kien \u0127afirhielu g\u0127ax ma\u00a0xtaqx li ja\u0127bat difru mieg\u0127u. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax kien il-mo\u0127\u0127 wara skema frawdolenti li\u00a0permezz tag\u0127ha\u00a0nsterqu u ntasbu\u00a0persuni anzjani\u00a0li \u0127asbu li kienu qed jag\u0127tu flushom g\u0127all-karit\u00e0. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127all-iskemi fa\u017culli li kien jitkellem dwarhom fuq l-istazzjon televi\u017civ tal-Labour, liema skemi imbag\u0127ad twa\u0127\u0127du fir-<em>roadmap<\/em> korrott tal-Labour. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax kien \u0127ammar wi\u010b\u010b pajji\u017c s\u0127i\u0127 meta spi\u010b\u010baw dabbrulu rasu mill-kariga ta&#8217; Kummissarju Ewropew min\u0127abba tix\u0127im u korruzzjoni. Skont hu, kienet tikkritikah mhux g\u0127ax g\u0127addieha lixxa\u00a0bil-kompli\u010bita ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Mimlijin kif kienu bil-mibg\u0127eda, bil-paranoja, bil-fissazzjonijiet, bid-delu\u017cjonijiet kif ukoll bix-xama&#8217; seduttiv li g\u0127o\u0121bu jdellek fuqhom Joseph Muscat, da\u0127\u0127luha f&#8217;rashom li kienu mdawrin bl-g\u0127edewwa: ji\u0121ifieri dawk il-persuni li kienu l-vittmi tat-tradiment tag\u0127hom stess. Allura da\u0127\u0127luha f&#8217;rashom li kien ja\u0127ti Lawrence Gonzi. Da\u0127\u0127luha f&#8217;rashom li Lawrence Gonzi kien\u00a0ordna lil Richard Cachia Caruana biex &#8220;jaqbad mag\u0127hom&#8221; u li mbag\u0127ad Richard Cachia Caruana kien ordna\u00a0lil\u00a0Daphne Caruana Galizia biex iddawwar il-kanuni fuqhom.<\/p>\n<p>\u0120ennata s\u0127i\u0127a.<\/p>\n<p>U Saviour Balzan din il-kummiedja inkarnata tellag\u0127ha\u00a0&#8216;l Qorti biex tixhed fil-pedana tax-xhieda.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5183 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/sant-meinrad-calleja-300x266.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"266\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/sant-meinrad-calleja-300x266.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/sant-meinrad-calleja-304x270.jpg 304w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/sant-meinrad-calleja.jpg 444w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Fil-kaw\u017ca wkoll ttella&#8217; jixhed Patrick Calleja li fis-sentenza tag\u0127ha l-Qorti ddeskrivietu b\u0127ala iben dak li kien il-kmandant tal-Forzi Armati li kien irri\u017cenja fl-1993. Dan ittella&#8217; l-Qorti b\u0127ala xhud\u00a0biex Saviour Balzan jipprova li Richard Cachia Caruana kien iqabbad lill-\u0121urnalisti u lill-bloggers biex ixerrdu &#8220;l-velenu u l-mibg\u0127eda&#8221;.<\/p>\n<p>Qed nipprova ma naqtax nifsi jien u nikteb. Patrick Calleja ji\u0121i \u0127u Meinrad Calleja, persuna li kienet \u0121iet liberata mill-akku\u017ca li kien ordna l-qtil ta&#8217; Richard Cachia Caruana\u00a0f&#8217;pro\u010bess li fi\u0127 il-\u0121ustizzja\u00a0tni\u017c\u017clet rasha &#8216;l isfel grazzi g\u0127all-ind\u0127il manipulattiv tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Calleja kien is-suppost xhud stilla li permezz tieg\u0127u Saviour Balzan ried jipprova li Richard Cachia Caruana kien iqabbad lill-\u0121urnalisti u lill-bloggers biex jasal fejn ried jasal.<\/p>\n<p>Dan x&#8217;kwalit\u00e0 ta&#8217; bniedem hu?<\/p>\n<p>G\u0127allinqas nistg\u0127u ng\u0127idu li llum saret \u0121ustizzja &#8211; mhux g\u0127ax Saviour Balzan ikollu j\u0127allas multa mill-aktar simbolika ta&#8217; Eur3000 &#8211; i\u017cda g\u0127ax issa g\u0127andna konferma li dan il-bniedem huwa ma\u0127kum mill-istess delu\u017cjonijiet, fissazzjonijiet u paranoja li jinsabu ma\u0127kumin bihom ix-xhieda kollha li huwa g\u0127o\u0121bu j\u0127arrek.<\/p>\n<p>L-idea biss li Daphne Caruana Galizia kienet tbaxxi rasha g\u0127all-ordnijiet dwar x&#8217;kellha tikteb jew ma tiktibx hija tad-da\u0127k. Daphne Caruana Galizia tant kienet \u0121urnalista b&#8217;mo\u0127\u0127 u b&#8217;kitba indipendenti li\u00a0l-qtil tag\u0127ha biss seta&#8217; jsikkitha u j\u017commha milli tkompli tmexxi l-ideat u l-fehmiet tag\u0127ha.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5184 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-300x195.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"195\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-300x195.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-415x270.jpg 415w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy-768x500.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/daqs-dan-nammetti-li-naqra-dcg.com-wara-ddikjarajt-bojkott-Copy.jpg 953w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Saviour Balzan kien i\u0127obb i\u017cejjen lil Daphne Caruana Galizia b&#8217;\u0127afna titli miso\u0121inisti: fost o\u0127rajn, sa\u0127\u0127ara u\u00a0re\u0121ina tal-velenu. Issa jmiss lili li n\u017cejjnu b&#8217;a\u0121\u0121ettiv miso\u0121inist minn tieg\u0127i:\u00a0Saviour Balzan huwa prostituta li dak li hu tieg\u0127u\u00a0jipprova jwa\u0127\u0127lu fuq \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Huwa proprju hu li jbaxxi rasu g\u0127all-ordnijiet tas-sidien politi\u010bi tieg\u0127u. Balzan m&#8217;huwiex kapa\u010bi jo\u0127ro\u0121 b&#8217;idea ori\u0121inali jekk din ma ssarrafx fi flus. Niftakru li g\u0127all-ewwel \u010ba\u0127ad u mbag\u0127ad kellu jammetti li kien ikellem lil Keith Schembri fuq it-telefon tard bil-lejl: spe\u010bi ta&#8217; kopja\u00a0ta&#8217; Richard Cachia Caruana u Daphne Caruana Galizia jit\u0127addtu fuq it-telefon f&#8217;xi dinja o\u0127ra tal-fantaxjenza.<\/p>\n<p>L-g\u0127a\u017cliet li jag\u0127mel Balzan ma jag\u0127milhomx b&#8217;ri\u0127et il-konvinzjoni. E\u017catt b\u0127al Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett and John Dalli &#8211; ilkoll xhieda neqsin mill-kredibilit\u00e0 &#8211; il-kitba tieg\u0127u hi msejsa fuq kemm jista&#8217; jit\u0127allas mill-kuntratti li jing\u0127ata b\u0127ala tpattija g\u0127as-servizzi tieg\u0127u. Id-<em>direct order<\/em> li tiswa&#8217; 30,000 li\u00a0huwa ng\u0127ata l-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet huwa e\u017cempju wie\u0127ed biss.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Interessanti s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li kkonfermat\u00a0de\u010bi\u017cjoni precedenti\u00a0dwar malafama kontra Saviour Balzan. Il-Qorti qatg\u0127etha li Balzan kien g\u0127amel allegazzjoni malafamanti\u00a0fil-konfront ta&#8217;\u00a0Richard Cachia Caruana meta allega li dan kien il-mo\u0127\u0127 wara grupp ta&#8217;\u00a0kelliema\u00a0u kittieba w\u017cati biex jag\u0127mlu \u0127sara lill-g\u0127edewwa politi\u010bi ta&#8217; Lawrence Gonzi Saviour Balzan kien spe\u010bifiku meta semma&#8217; b&#8217;isimha lil Daphne Caruana Galizia u dwar il-mod [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5179,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5198\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5198"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5198\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5230,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5198\/revisions\/5230\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5179\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5198"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5198"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5198"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}