{"id":5261,"date":"2018-03-18T22:14:09","date_gmt":"2018-03-18T21:14:09","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5261"},"modified":"2018-03-19T10:24:43","modified_gmt":"2018-03-19T09:24:43","slug":"il-gidba","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/il-gidba\/","title":{"rendered":"Il-gidba"},"content":{"rendered":"<p>Meta wie\u0127ed\u00a0jaqra&#8217; <em>The Guardian\u00a0<\/em>u <em>The Observer<\/em> <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/03\/the-cambridge-analytica-story\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">dwar il-whistleblower li kien impjegat ma&#8217; Cambridge Analytica <\/a>nifhem li wie\u0127ed g\u0127andu\u00a0g\u0127alxiex ikun inkwetat bin-nuqqas ta&#8217; skrupli\u00a0ta&#8217; \u010berti biljunarji li qeg\u0127din ju\u017caw it-teknolo\u0121ija\u00a0biex jinfluwenzaw il-kotra tal-votanti fl-iktar pajji\u017ci demokratikament sofistikati fid-dinja\u00a0biex ja\u010b\u010bettaw\u00a0il-fabbrikazzjonijiet u l-gideb.<\/p>\n<p>Din hija l-istorja dwar kif il-gidba tista&#8217; teg\u0127leb is-sewwa.\u00a0Dan ifakkarna fix-xenarju li kien iddeskriva Stephen Hawking\u00a0fejn\u00a0it-teknolo\u0121ija teg\u0127leb lil min ikun \u0127alaqha. G\u0127alkemm s&#8217;issa t-teknolo\u0121ija\u00a0tinsab nieqsa mis-sentiment uman, g\u0127andha bi\u017c\u017cejjed sa\u0127\u0127a li tifhem lin-nies iktar milli dawn jifhmu lilhom infushom.\u00a0G\u0127andha sa\u0127\u0127a bi\u017c\u017cejjed li\u00a0\u0121\u0121ieg\u0127el lin-nies jqisu l-gideb u l-<em>fake news<\/em> b\u0127ala verit\u00e0 sagrosanta.<\/p>\n<p>Issa drajna l-mod kif Joseph Muscat u s\u0127abu l-gideb ipin\u0121u\u0127 b\u0127ala dak li hu sewwa, u dan jag\u0127mluh qishom m&#8217;humiex huma. Din it-tattika drajniha i\u017cda xorta tibqa&#8217; skandalu\u017ca.<\/p>\n<p>Nhar il-\u0120img\u0127a filg\u0127axija\u00a0xxandret l-a\u0127bar dwar arresti li saru b&#8217;rabta ma&#8217;\u00a0karrozza bomba li ma \u0127aditx u liema\u00a0storja se\u0127\u0127et xhur ilu.\u00a0U l-prim ministru bil\u0121ri xandar <em>tweet<\/em> li tat lil wie\u0127ed x&#8217;jifhem li l-gvern kien qabad \u0127uta li tant kienet kbira li ma kienx biss ka\u017c li dwaru wie\u0127ed jirringrazzja lill-forzi tal-ordni u jieqaf hemm.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"und\">New post: ARRESTATI 4 PERSUNI B\u2019SUSPETT MA\u2019 KAROZZA BOMBA LI MA \u0126ADITX FIL-FGURA <a href=\"https:\/\/t.co\/bfrIA6kdmO\">https:\/\/t.co\/bfrIA6kdmO<\/a><\/p>\n<p>\u2014 ONE news (@ONE_news_Malta) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/ONE_news_Malta\/status\/974238128495124481?ref_src=twsrc%5Etfw\">March 15, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Kif kien mistenni, il-<a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/85355\/police_investigations_into_carbomb_suspects_uncovers_a_web_of_criminality\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Malta Today xandret\u00a0l-a\u0127bar\u00a0ftit\u00a0sig\u0127at\u00a0wara.<\/a> Dan il-\u0121urnal li ppermetta lil ta&#8217; Kastilja jbellag\u0127lu\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/03\/5216\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">stejjer li\u00a0Soleil\u00a0u Etoile Muscat qeg\u0127din iwettqu &#8220;diplomazija\u00a0ta\u017c-\u017cfin&#8217;\u00a0g\u0127all-\u0121id\u00a0ta&#8217;\u00a0Malta<\/a>, issa \u0127alliet lil ta&#8217; Kastija jbellg\u0127ulu a\u0127bar li wie\u0127ed mill-persuni arrestati ji\u0121i \u0127u\u00a0id-deputat Nazzjonalista\u00a0Therese Comodini Cachia.<\/p>\n<p>Anke qabel ixxandar ir-rapport tal-Malta Today, <em>tweeter<\/em> anonimu kien di\u0121\u00e0 qed jisfida lili u lil Ivan Camilleri tat-Times of Malta talli din il-bi\u010b\u010ba a\u0127bar konna qed &#8220;ninjorawha&#8221;. Minn dakinhar &#8216;l hawn, din it-<em>tweet<\/em> t\u0127assret. Apparti l-fatt li jien m&#8217;inix a\u0121enzija tal-a\u0127barijiet u m&#8217;g\u0127andi ebda ri\u017corsi \u0127lief par idejn u mo\u0127\u0127, kont g\u0127adni ma smajtx dwar dawn l-arresti u wisq inqas li wie\u0127ed mill-arrestati ji\u0121i minn politiku.<\/p>\n<p>Barra minn hekk, l-istorja ma stajtx nakkwista konferma tag\u0127ha minn sorsi uffi\u010bjali. Il-pulizija ma tniffsux. i\u017cda huwa ovvju li dawn tkellmu ma&#8217; ta&#8217; Kastija u ta&#8217; Kastilja mbag\u0127ad kellmu lil tal-Malta Today.<\/p>\n<p>Idde\u010bidejt li nistenna sakemm nir\u010bievi konferma tal-istorja u mn&#8217;Alla li\u00a0dde\u010bidejt li nag\u0127mel dan. Tal-Malta Today spi\u010b\u010baw biex talbu sku\u017ca talli xandru r-rapport.\u00a0Evidentement ta&#8217; Kastilja kienu g\u0127addewlhom isem b&#8217;ie\u0127or. L-informazzjoni mg\u0127oddija ma kenitx ta&#8217; min wie\u0127ed jorbot fuqha.<\/p>\n<p>Stennejt sa l-g\u0127ada filf\u0127odu. <a href=\"https:\/\/glennbedingfield.com\/no-news-to-them\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Glenn Bedingfield issa beda&#8217; jikkritikani (u lil \u0127addie\u0127or) li jien bniedem parti\u0121\u0121jan u li ma tatnix xi puplesija fuq l-arrest ta&#8217; \u0127u deputat\u00a0tal-PN.<\/a> Qatt ma kilt il-kirxa ma&#8217; dan il-bniedem, imma napprezza l-fatt li g\u0127andu qalbu tant\u00a0ta\u0127arqu g\u0127alija.<\/p>\n<p>Dawk arrestati ttellg\u0127u il-Qorti i\u017cda lil \u0127u Therese Comodini Cachia \u0127elsu\u0127 mill-arrest u ma tellg\u0127u\u0127x. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu,\u00a0\u00a0jien ma nafx x&#8217;g\u0127amel \u0127a\u017cin jew x&#8217;ma g\u0127amilx \u0127a\u017cin dan il-bniedem. Li naf huwa li l-pulizija jidhrilha li m&#8217;g\u0127andha xejn b&#8217;xiex tixlie\u0127.<\/p>\n<p>U allura r\u0127ejtilha g\u0127addejja ming\u0127ajr ma kkummentajt.\u00a0Il-pulizija g\u0127andu jkollha l-libert\u00e0 li tkellem lil kull min jista&#8217; jg\u0127addilha l-informazzjoni biex imbag\u0127ad tkun tista&#8217; tmexxi bil-Qorti. Jekk xi \u0127add ji\u0121i arrestat\u00a0b&#8217;mod legali g\u0127andhom\u00a0ju\u017caw l-g\u0127odda\u00a0 legali kollha li jkunu je\u0127tie\u0121u. U l-familjari tal-politi\u010bi &#8211; kif ukoll il-politi\u010bi innifishom &#8211; m&#8217;humiex e\u017centati.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, meta l-pulizija ma jtellg\u0127ux persuna l-Qorti, il-ka\u017c\u00a0jing\u0127alaq sakemm\u00a0ma jirri\u017culta xejn li jista&#8217; j\u0121ieg\u0127lhom jer\u0121g\u0127u ja\u0127sbuha.<\/p>\n<p>I\u017cda hija \u0127a\u0121a verament inkredibbli u tal-wa\u0127x\u00a0meta jkollok\u00a0a\u0127bar imxandra minn <em>twitterer<\/em> anonimu li ja\u0127dem Kastilja u\u00a0ripetuta minn Glenn Bedingfield meta kien g\u0127ad hemm biss il-possibilit\u00e0 li ji\u0121i m\u0127arrek \u0127u\u00a0membru parlamentari tal-PN u din l-a\u0127bar irrepetiha wkoll il-kelliem prin\u010bipali tal-gvern anki wara li l-persuna arrestata msemmija spi\u010b\u010bat intbag\u0127tet lura d-dar.<\/p>\n<p>Kurk Farrugia skandalizza ru\u0127u bl-ipokersija tieg\u0127i (u ta&#8217; \u0127addie\u0127or) g\u0127aliex inqasna li nikkritikaw (jew li nibilg\u0127u \u0127ajja) lil Therese Comodini Cachia g\u0127aliex \u0127uha MA \u0120IEX mixli b&#8217;involviment f&#8217;reat kriminali. Kurt\u00a0Farrgia mhux talli jippretendi li jien\u00a0g\u0127andi ninjora l-pre\u017cunzjoni tal-inno\u010benza (kif jag\u0127mel hu), i\u017cda jippretendi li g\u0127andi nippre\u017cumi l-\u0127tija min\u0127abba\u00a0l-familjarit\u00e0 ma&#8217;\u00a0persuna li ma \u0121ietx mixlija b&#8217;xi ksur tal-li\u0121i.<\/p>\n<p>Qed tara, Keith, kif qed ta\u0127dem is-saltna tad-dritt.\u00a0Li kieku dan ir-ra\u0121el\u00a0ji\u0121i minn xi uffi\u010bjal tal-gvern jew tal-PL u ma \u0121iex mixli kont tkun minn tal-ewwel li to\u0127ro\u0121 tg\u0127ajjat bil-kollass tas-saltna tad-dritt. Li kieku kien ji\u0121i minn xi uffi\u010bjal tal-gvern jew tal-PL, kien jitqies b\u0127ala \u0127ati. <a href=\"https:\/\/t.co\/n0UJzciOt0\">https:\/\/t.co\/n0UJzciOt0<\/a><\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\"><p>\u2014 Kurt Farrugia (@KurtFarrugia) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/KurtFarrugia\/status\/975362635825901569?ref_src=twsrc%5Etfw\">March 18, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Dan ir-ra\u0121unar m&#8217;huwiex biss pervers u \u010biniku, i\u017cda hu wkoll illo\u0121iku u kontra s-sens komun. Huwa wkoll kelma b&#8217;o\u0127ra, realt\u00e0 giddieba u gidba manipulata biex tinstema&#8217; \u0127elwa f&#8217;widnejn il-pubbliku appuntu g\u0127aliex hi mxandra minn kelliemi uffi\u010bjali tal-gvern u mbag\u0127ad ripetuta mill-mezzi tax-xandir tal-partit u mit-<em>trolls<\/em> im\u0127allsa.<\/p>\n<p>Nitlobkom tifhmu sew. Ta&#8217; Kastilja ttantaw li jimbarazzaw lil Therese Comodini Cachia\u00a0meta g\u0127addew informazzjoni lil \u0121urnal dwar l-arrest ta&#8217; \u0127uha. U biex\u00a0jag\u0127tu lill-a\u0127bar\u00a0bixra ta&#8217; verit\u00e0\u00a0g\u0127amlu pressjoni fuq il-mezzi tax-xandir indipendenti biex dawn jirrepetu l-istorja. Meta mbag\u0127ad irri\u017culta li din il-bixra ma setg\u0127etx ting\u0127ata &#8211; jista&#8217; jkun li di\u0121\u00e0 kienu jafu minn qabel b&#8217;dan &#8211; pin\u0121ew dak li ma \u0121arax b\u0127ala r-ra\u0121uni il-g\u0127ala ma \u0121arax.<\/p>\n<p>G\u0127al Kurt Farrugia, ma saritx \u0127sara lil Therese Comodini Cachia mhux g\u0127aliex \u0127uha ma gie mixli b&#8217;ebda reat kriminali, i\u017cda g\u0127aliex nies b\u0127ali ma gidbux u minflok qalu li fil-fatt kien qed jigdeb hu.<\/p>\n<p>U din il-gidba \u0127oxna issa se titbella&#8217; lill-imzazen b\u0127allikieku hi l-verit\u00e0.<\/p>\n<p>Serqulna s-sewwa u r-realt\u00e0. U ninsabu f&#8217;dinja fejn Jason Micallef jinsab mehdi jmexxi \u010b-\u010berimonji marbutin mal-kultura nazzjonali tag\u0127na u\u00a0 fl-istess waqt i\u0127arbex li s-sakranazzi li sikru bix-xorb f&#8217;Jum San Patrizju huma kuntenti li Daphne Caruana Galizia mietet.<\/p>\n<p>Qeg\u0127din litteralment ig\u0127adduha lixxa f&#8217;kollox.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta wie\u0127ed\u00a0jaqra&#8217; The Guardian\u00a0u The Observer dwar il-whistleblower li kien impjegat ma&#8217; Cambridge Analytica nifhem li wie\u0127ed g\u0127andu\u00a0g\u0127alxiex ikun inkwetat bin-nuqqas ta&#8217; skrupli\u00a0ta&#8217; \u010berti biljunarji li qeg\u0127din ju\u017caw it-teknolo\u0121ija\u00a0biex jinfluwenzaw il-kotra tal-votanti fl-iktar pajji\u017ci demokratikament sofistikati fid-dinja\u00a0biex ja\u010b\u010bettaw\u00a0il-fabbrikazzjonijiet u l-gideb. Din hija l-istorja dwar kif il-gidba tista&#8217; teg\u0127leb is-sewwa.\u00a0Dan ifakkarna fix-xenarju li kien iddeskriva Stephen [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5249,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5261\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5261"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5261\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5273,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5261\/revisions\/5273\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5249\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5261"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5261"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5261"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}