{"id":5340,"date":"2018-03-21T03:18:41","date_gmt":"2018-03-21T02:18:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5340"},"modified":"2018-03-21T12:54:58","modified_gmt":"2018-03-21T11:54:58","slug":"it-tmiem-tal-bidu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/it-tmiem-tal-bidu\/","title":{"rendered":"It-tmiem tal-bidu"},"content":{"rendered":"<p>Mela\u00a0ma kinitx\u00a0qed ti\u0121\u0121ennen wara kollox. Ma kenitx qed tigdeb. Ma kenitx sa\u0127\u0127ara mo\u0127\u0127ha biss biex tag\u0127mel \u0127sara lil Labour g\u0127aliex ma fel\u0127itx tara s-su\u010b\u010bessi. Mhux g\u0127ax kellu ji\u0121ri dak li \u0121ara biex nikkonvin\u010bu ru\u0127na li tal-Pilatus Bank m&#8217;humiex \u0127lief bejta tal-\u0127allelin u bank g\u0127all-\u0127allelin immexxi mill-\u0127allelin g\u0127ax kienet\u00a0ilha li\u00a0xanderet il-fatti u ppre\u017centat il-provi.<\/p>\n<p>I\u017cda g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra meta l-Ewropa ddum biex ti\u010b\u010baqlaq, l-Istati Uniti tid\u0127ol bir-ras biex tipprote\u0121i l-interessi tag\u0127ha. Kif \u0121ara&#8217; ri\u010bentement fil-ka\u017c tal-kollass ta&#8217; ABLV fil-Latvja, li dwaru ktibt\u00a0kmieni dan ix-xahar, meta l-Istati Uniti a\u0121ixxiet biex twaqqaf bank Ewropew milli jkompli jinjora l-li\u0121ijiet Amerikani u milli jkompli jag\u0127mel \u0127sara lill-interessi tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Pilatus Bank, li b\u0127alissa g\u0127addej investigazzjoni mill-a\u0121enzija bankarja Ewropea, il-lejla spi\u010b\u010ba\u00a0bil-kap tieg\u0127u Ali Sadr arrestat wara azzjoni personali ta&#8217; prosekuturi Amerikani.<\/p>\n<p>I\u017cda qabel nibdew nixlu lill-istituzzjonijiet Ewropej li sa issa g\u0127adhom ma \u0127adux azzjoni biex i\u0121ieg\u0127lu lill-Pilatus Bank tag\u0127laq il-bibien tag\u0127ha, ejja nit\u0127addtu ftit dwar l-istituzzjonijiet Ewropej li taw li\u010benzja lil dan il-bank: ji\u0121ifieri il-Malta Financial Services Authority u l-gvern ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Ilna g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar erba&#8217; snin nistaqsu mistoqsija sempli\u010bi: kif jista&#8217; qatt ikun li Iranjan ming\u0127ajr ebda esperjenza bankarja u b&#8217;passaporti f&#8217;idu kemm jesa&#8217; \u0121ildu jakkwista li\u010benzja biex imexxi bank Ewropew?<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad wara din il-mistoqsija, nibtu o\u0127rajn: kif jista&#8217; jkun li bank b&#8217;inqas minn 100 kont bankarju jippro\u010bessa biljuni ta&#8217; dollari? X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li l-familja li qed tmexxi l-gvern tal-A\u017cerbaj\u0121an tu\u017ca bank Malti biex ta\u0127sel il-flus ma\u0127mu\u0121in tag\u0127ha? X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li Keith Schembri g\u0127andu kont bankarju fil-Pilatus Bank?<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5337 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-13-300x162.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"162\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-13-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-13-500x270.jpg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-13.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Daphne Caruana Galizia, il-\u0121urnalista li kienet g\u0127amlet dawn il-mistoqsijiet, g\u0127ajjruha traditura, sa\u0127\u0127ara u\u00a0mi\u0121nuna.\u00a0Lil min g\u0127addielha l-informazzjoni, segwewha u\u00a0be\u017cg\u0127et li joqtluha. G\u0127adha be\u017cg\u0127ana u issa tinsab maqfula f&#8217;\u010bella f&#8217;\u0127abs Grieg fejn marret\u00a0minn jeddha l-lejl li g\u0127adda\u00a0imwerwra li mhux se ter\u0121a&#8217; tara lil uliedha.\u00a0Tinsab hemm fuq talba tal-gvern Malti mibnija fuq il-pretest li lil Ali Sadr serqitlu xi ftit mijiet ta&#8217; ewro. G\u0127andek tg\u0127id kemm jg\u0127a\u0121\u0121lu l-kriminali\u00a0biex jie\u0127du l-\u0121ustizzja!<\/p>\n<p>Ali Sadr anke ma&#8217; Daphne Caruana Galizia fittex il-\u0121ustizzja. Protett kif inhu minn Joseph Muscat &#8211; bniedem li\u00a0jag\u0127ti kenn\u00a0lill-kriminali u li j\u0127e\u0121\u0121i\u0121hom itellg\u0127u lill-\u0121urnalisti l-Qorti bis-sa\u0127\u0127a tal-kaw\u017ci SLAPP &#8211;\u00a0 Ali Sadr g\u0127amel kaw\u017ca ta&#8217; 40 miljun dollaru kontra Daphne Caruana Galizia fl-Arizona.<\/p>\n<p>Bil\u0121ri mar ifittex il-\u0121ustizzja fl-Istati Uniti g\u0127ax \u0127aseb li hemm seta&#8217; jag\u0127mlilha aktar \u0127sara.\u00a0Mur g\u0127idlu li\u00a0l-Istati Uniti kienu g\u0127assa tieg\u0127u il-\u0127in kollu!<\/p>\n<p>Lejla\u00a0mhux tas-soltu\u00a0din. Maria Efimova u Ali Sadr jinsabu f&#8217;\u010belel f&#8217;irkejjen differenti tad-dinja: Efimova segwita minn Ali Sadr u Ali Sadr segwit u mitfug\u0127 f&#8217;\u010bella mill-gvern tal-Istati Uniti.<\/p>\n<p>Tassew lejla\u00a0mhux tas-soltu\u00a0din. Qed na\u0127seb\u00a0dwar il-\u0127afna nies li b\u0127alissa jinsabu reqdin u dwar kif se jirrea\u0121ixxu meta jaqraw dak li ktibt.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5332 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Unknown-300x200.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Unknown-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Unknown-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Unknown-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Unknown.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>\u0126sibijieti\u00a0ma jistg\u0127ux ma\u00a0jdurux fuq\u00a0Lawrence Cutajar li sena ilu deher fuq it-televi\u017cjoni biex, hu u jme\u010blaq bi\u010b\u010biet tal-la\u0127am tal-fenek f&#8217;\u0127alqu, jg\u0127idilna li ma kien hemm ebda ra\u0121uni g\u0127aliex kellu jie\u0127u passi kontra tal-Pilatus Bank g\u0127aliex dak li kienet kixfet Daphne Caruana Galizia ma kienx \u0127aqqu li jing\u0127ata l-attenzjoni.\u00a0U hu u jg\u0127id dan id-diskors, Ali Sadr \u0127arab fis-satra tal-lejl bil-provi li setg\u0127u jinkriminaw lilu\u00a0u lil o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Kien messu rri\u017cenja dakinhar stess. U g\u0127andu jirri\u017cenja llejla stess. Meta\u00a0nippermettu bankiera kriminali i\u0127amm\u0121ulna isimna mad-dinja,\u00a0ja\u0127tu g\u0127al dan l-awtoritajiet tal-pulizija li, minkejja li\u00a0kellhom \u0127jiel dwar dak li\u00a0kien qed ise\u0127\u0127 ta\u0127t imne\u0127irna, kien iktar mo\u0127\u0127hom fil-fenkati milli\u00a0jaqdu d-dmirijiet tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-5325 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-3.jpg\" alt=\"\" width=\"275\" height=\"183\" \/>\u0126sibijiet jduru fuq Keith Schembri li ra kif g\u0127amel biex \u0121ieg\u0127el lil An\u0121lu Farrugia jag\u0127ti kenn lil sidu u j\u017comm lil Simon Busuttil milli jag\u0127mel il-mistoqsija sempli\u010bi: int g\u0127andek kont bankarju mal-Pilatus Bank? Il-kenn ing\u0127atalu minkejja li nafu li\u00a0t-twe\u0121iba hi &#8220;iva&#8221;. Schembri qatt ma \u010ba\u0127ad li kien ir\u010bieva\u00a0100,000 ewro f&#8217;dak il-kont ming\u0127and Brian Tonna. Ikkontesta biss ir-ra\u0121uni g\u0127aliex dawn il-flejjes kienu t\u0127allsu.<\/p>\n<p>Inqeda&#8217; b&#8217;bank Malti, li\u010benzjat mill-gvern tieg\u0127u stess, g\u0127aliex kien\u00a0jaf li ebda bank ie\u0127or ma kien se jaqdi\u0127. U kien messu rri\u017cenja meta Simon Busuttil kixfu. U jmissu jirri\u017cenja llelja stess.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5333 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Screen-Shot-2017-04-20-at-17.33.01-300x129.png\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"129\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Screen-Shot-2017-04-20-at-17.33.01-300x129.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Screen-Shot-2017-04-20-at-17.33.01-604x259.png 604w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Screen-Shot-2017-04-20-at-17.33.01-768x329.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/Screen-Shot-2017-04-20-at-17.33.01.png 870w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>\u0126sibijieti jduru fuq Michelle Muscat li,\u00a0minn diversi\u00a0g\u0127ejjun mill-Pilatus Bank stess, inkixfet li hi s-sid ta&#8217; kumpannija fil-Panama li in\u0127olqot minn Brian Tonna biex fiha jitqieg\u0127du\u00a0mijiet tal-eluf \u0121ejjin mit-tix\u0127im. Din ma tista&#8217; tirri\u017cenja minn ebda kariga. I\u017cda tista&#8217; tag\u0127\u017cel li tgawdi mill-korruzzjoni ta&#8217; \u017cew\u0121ha jew li \u017c\u017comm &#8216;il bog\u0127od minnha.<\/p>\n<p>I\u017cda Michelle strie\u0127et fuq il-Pilatus Bank biex tostor is-sigrieti tag\u0127ha. Strie\u0127et fuq Ali Sadr biex fis-satra tal-lejl ja\u0127rab u ja\u0127bi l-provi li jinkriminawha.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5334 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-12-300x169.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"169\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-12-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-12-480x270.jpg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/file-12.jpg 640w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>\u0126sibijieti jduru fuq Joseph Muscat, mexxej tal-gamorra li\u00a0g\u0127andha l-pajji\u017c f&#8217;idejha, li b\u0127alissa jinsab inkwetat li l-\u0121ebla tax-xewka li fuqha bena&#8217; t-torri kriminali\u00a0tieg\u0127u issa tinsab f&#8217;idejn awtoritajiet li fuqhom m&#8217;g\u0127andu ebda kontroll.<\/p>\n<p>Issa se jkollu ji\u0121\u0121ieled biex jibqa&#8217; fil-wi\u010b\u010b u mistenni li jimmobilizza favuri\u0127 lil\u00a0dawk kollha li gawdew ta\u0127t il-gvern tieg\u0127u. Ir-rabja kontra t-&#8220;tradituri&#8221; se\u00a0toktor.\u00a0It-tradiment\u00a0kbir ta&#8217; Daphne Caruana Galizia se jitpatta bl-ikra\u0127.\u00a0Jekk int \u0127sibt li, huma u jmaqdru dak kollu li jfakkarna fiha, kienu qed ikunu biss kefrin lestu ru\u0127kom g\u0127al affarijiet aktar koro\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"size-full wp-image-5146 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/download-1.jpg\" alt=\"\" width=\"197\" height=\"256\" \/>G\u0127aliex anki l-partitarji l-aktar\u00a0\u0127orox ta&#8217; Joseph Muscat\u00a0jifhmu li, kieku Daphne Caruana Galizia ma kixfitx il-borom, Ali Sadr illejla g\u0127adu qed ji\u0121ri barra. U dawn il-partitarji jifhmu wkoll li l-arrest ta&#8217; Ali Sadr\u00a0huwa biss il-bidu ta&#8217; katina ta&#8217; \u0121rajjiet li ser ikollu\u00a0ma&#8217; wi\u010b\u010bu\u00a0l-benjamin tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Joseph Muscat kien messu rri\u017cenja meta xxandru a\u0127barijiet dwar il-korruzzjoni tieg\u0127u u ta&#8217; familtu. U llejla stess g\u0127andu jirri\u017cenja.<\/p>\n<p>Fidil min isostni\u00a0li g\u0127andna ni\u017cguraw li Daphne Caruana\u00a0Galizia\u00a0ma tkunx mietet g\u0127al xejn.\u00a0Daphne Caruana Galizia g\u0127al xejn mietet.\u00a0G\u0127all-mag\u0127mul m&#8217;hemmx kunsill.\u00a0I\u017cda\u00a0nistg\u0127u nassiguraw li x-xog\u0127ol li wettqet tul \u0127ajjitha ma kienx g\u0127alxejn.<\/p>\n<p>Illejla \u0127sibijieti jduru fuqha wkoll. Li kieku kienet g\u0127adha hawn, nazzarda ng\u0127id li b\u0127alissa kienet tkun qed titbissem.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mela\u00a0ma kinitx\u00a0qed ti\u0121\u0121ennen wara kollox. Ma kenitx qed tigdeb. Ma kenitx sa\u0127\u0127ara mo\u0127\u0127ha biss biex tag\u0127mel \u0127sara lil Labour g\u0127aliex ma fel\u0127itx tara s-su\u010b\u010bessi. Mhux g\u0127ax kellu ji\u0121ri dak li \u0121ara biex nikkonvin\u010bu ru\u0127na li tal-Pilatus Bank m&#8217;humiex \u0127lief bejta tal-\u0127allelin u bank g\u0127all-\u0127allelin immexxi mill-\u0127allelin g\u0127ax kienet\u00a0ilha li\u00a0xanderet il-fatti u ppre\u017centat il-provi. I\u017cda g\u0127al [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5338,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5340\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5340"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5340\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5377,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5340\/revisions\/5377\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5338\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5340"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5340"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5340"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}