{"id":5360,"date":"2018-03-21T02:19:57","date_gmt":"2018-03-21T01:19:57","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5360"},"modified":"2018-03-21T12:49:57","modified_gmt":"2018-03-21T11:49:57","slug":"ic-chairman-tal-bank-pilatus-arrestat-fl-istati-uniti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/ic-chairman-tal-bank-pilatus-arrestat-fl-istati-uniti\/","title":{"rendered":"I\u010b-Chairman tal-Bank Pilatus arrestat fl-Istati Uniti"},"content":{"rendered":"<p class=\"first-p_2htdt\">Ir-Reuters qed jirrapporta li Ali Sadr Hasheminejad, i\u010b-<em>Chairman<\/em> tal-Bank Pilatus, qed jin\u017camm arrestat fl-Istati Uniti mixli li pparte\u010bipa fi skema biex ji\u0121u evitati sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u biex aktar minn $115-il miljun li t\u0127allsu ta\u0127t kuntratt tal-kostruzzjoni fil-Venezwela ji\u0121u mg\u0127oddija baxx baxx mis-sistema finanzjarja Amerikana.<\/p>\n<p>L-Istati Uniti ressqu akku\u017ci formali fil-konfront ta&#8217; Ali Sadr, li g\u0127andu 38 sena, quddiem qorti federali f&#8217;Manhattan. Skont il-prosekuturi, l-att tal-akku\u017ca li jikkonsisti f&#8217;sitt kapi differenti ta&#8217; akku\u017ci, jixli lil Ali Sadr li kellu sehem fi skema biex ji\u0121u evitati sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran.<\/p>\n<div>Sadr, li huwa \u010b-<em>chairman\u00a0<\/em>tal-Bank Pilatus &#8211; li huwa rre\u0121istrat f&#8217;Malta &#8211; kien arrestat nhar it-Tnejn f&#8217;Dulles fl-istat tal-Virginia, skont dokumenti tal-qorti. L-avukat tieg\u0127u rrifjuta li jag\u0127ti kummenti.<\/div>\n<div><\/div>\n<div>Skont il-prosekuzzjoni, il-familja ta&#8217; Sadr kienet tikkontrolla korporazzjoni msej\u0127a Stratus Group, li kienet involuta f&#8217;negozju internazzjonali li wassal g\u0127al pro\u0121ett biex jinbnew eluf ta&#8217; <em>units <\/em>tal-<em>housing<\/em> fil-Venezwela.<\/div>\n<div><\/div>\n<div>Il-pro\u0121ett kien il-frott ta&#8217; diversi ftehim li la\u0127qu bejniethom l-Iran u l-Venezwela fl-2004 u fl-2005, liema ftehim kienu ja\u0127sbu g\u0127al koperazzjoni akbar bejn il-gvernijiet ta\u017c-\u017cew\u0121 pajji\u017ci fil-kostruzzjoni ta&#8217; <em>units <\/em>tal-<em>housing<\/em> fil-pajji\u017c tal-Amerika t&#8217;Isfel.<\/div>\n<p class=\"\">L-akku\u017ca tg\u0127id li kumpanija Iranjana li waqqfet legalment l-iStratus, bl-isem Iranian International Housing Corporation, fl-2006 da\u0127let f&#8217;kuntratt ta&#8217; $476 miljun ma&#8217; kumpanija tal-ener\u0121ija tal-istat fil-Venezwela biex jinbnew 7,000 <em>unit<\/em> tal-akkomodazzjoni so\u010bjali. Skont il-prosekuturi, Sadr kien jifforma parti minn kumitat li twaqqaf biex ji\u017cgura li l-pro\u0121ett jitwettaq.<\/p>\n<p>Intqal li b\u0127ala parti minn dan il-pro\u0121ett, Sadr \u0127a passi biex ji\u0121u evitati s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti billi \u0127eba r-rwol tal-Iran u tal-imsie\u0127ba Iranjani fi \u0127lasijiet li saru permezz tas-sistema bankarja Amerikana.<\/p>\n<p>&#8220;Skont dak li qed ji\u0121i allegat, Ali Sadr Hasheminejad \u0127oloq netwerk ta&#8217; hekk imsej\u0127a <em>front companies <\/em>&#8211; ji\u0121ifieri kumpaniji li jin\u0127olqu biex iservu b\u0127ala paraventu g\u0127all-<em>parent company<\/em> u jiddefenduha milli ti\u0121i mfittxija legalment <em>&#8211; <\/em>flimkien ma&#8217; kontijiet bankarji barranin biex warajhom ji\u0121u mo\u0127bija n-negozjati sigrieti Iranjani fil-Venezwela u b&#8217;hekk ji\u0121u evitati s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti,&#8221; sa\u0127aq l-Avukat \u0120enerali ta&#8217; Manhattan Geoffrey Berman fi stqarrija.<\/p>\n<p>Il-kumpanija tal-ener\u0121ija tal-istat tal-Venezwela \u0127allset b&#8217;kollox $115-il miljun f&#8217;pagamenti lill-Iranian International Housing Corporation u biex g\u0127amlet dawn il-\u0127lasijiet, u\u017cat entitajiet fl-I\u017cvizzera u fit-Turkija sabiex ma tkun tista&#8217; ti\u0121i rintra\u010b\u010bata bl-ebda mod il-konnessjoni Iranjana ma&#8217; dawn il-flus.<\/p>\n<p>Sadr qed jiffa\u010b\u010ba sitt kapi ta&#8217; akku\u017ca, fosthom dik li kkomplotta biex jiffroda lill-Istati Uniti u anke li kkomplotta biex tinkiser l-li\u0121i federali Amerikana mag\u0127rufa b\u0127ala l-International Emergency Economic Powers Act.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ir-Reuters qed jirrapporta li Ali Sadr Hasheminejad, i\u010b-Chairman tal-Bank Pilatus, qed jin\u017camm arrestat fl-Istati Uniti mixli li pparte\u010bipa fi skema biex ji\u0121u evitati sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u biex aktar minn $115-il miljun li t\u0127allsu ta\u0127t kuntratt tal-kostruzzjoni fil-Venezwela ji\u0121u mg\u0127oddija baxx baxx mis-sistema finanzjarja Amerikana. L-Istati Uniti ressqu akku\u017ci formali fil-konfront ta&#8217; Ali Sadr, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5329,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5360\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5360"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5360\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5376,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5360\/revisions\/5376\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5329\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5360"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5360"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5360"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}