{"id":5388,"date":"2018-03-21T17:29:09","date_gmt":"2018-03-21T16:29:09","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5388"},"modified":"2018-03-22T12:07:30","modified_gmt":"2018-03-22T11:07:30","slug":"azzjoni-kontra-l-pilatus-proprju-issa-stembahtu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/azzjoni-kontra-l-pilatus-proprju-issa-stembahtu\/","title":{"rendered":"Azzjoni kontra l-Pilatus: proprju issa stemba\u0127tu?"},"content":{"rendered":"<p>Il-MFSA &#8220;ke\u010b\u010biet&#8221; lil Ali Sadr minn direttur\u00a0tal-Pilatus Bank u ordnat li ma jibqg\u0127ux irisu transazzjonijiet la minnu, la mid-diretturi l-o\u0127ra, la mit-tmexxija tal-Bank u lanqas minn membri tal-familji tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Allura issa ma jistg\u0127ux isiru telefonati tard bil-lejl biex jinfeta\u0127 kont ta&#8217; self ta&#8217; miljun f&#8217;isem o\u0127t i\u010b-Chairman\u00a0u biex isir trasferiment malajr \u0121o kont f&#8217;New York f&#8217;isem &#8220;Buttardi&#8221;?<\/p>\n<p>Patetika s-sitwazzjoni. Proprju issa \u010b\u010baqilqu g\u0127ax l-Istati Uniti g\u0127alqed il-bieb f&#8217;wi\u010b\u010b \u0127alliel li konna a\u0127na lqajnie\u0127 bi drieg\u0127i miftu\u0127in. U issa tal-Labour\u00a0sabu sku\u017ca: qed ig\u0127idu li l-uffi\u010bjali tal-MFSA li kienu g\u0127arblu u approvaw l-applikazzjoni ta&#8217; Ali Sadr biex jing\u0127ata li\u010benzja kienu in\u0127atru mill-gvern tal-PN. \u0126alluna tridu?<\/p>\n<p>Ilkom tafu sentejn s\u0127a\u0127 x&#8217;kien bit-ta\u0127wid u kontu akku\u017cajtu lil Daphne Caruana Galizia, lil Simon Busuttil u lil o\u0127rajn b&#8217;tradiment, a\u0121ir ta&#8217; s\u0127a\u0127ar\u00a0 u sedizzjoni.<\/p>\n<p>\u0126allejtu lil dan il-ma\u0127mu\u0121\u00a0jaqdi lill-klienti kriminali tieg\u0127u u ju\u017ca lil Malta b\u0127ala ba\u017ci.<\/p>\n<p>\u0126ammi\u0121tu isem pajji\u017cna.<\/p>\n<p>U llum Edward Scicluna kellu l-wi\u010b\u010b\u00a0ig\u0127id li fl-Amerika Ali Sadr ma \u0121ie akku\u017cat b&#8217;ebda reat li se\u0127\u0127 f&#8217;Malta. U \u017cgur li ma kienx. Dak huwa xog\u0127ol il-gvern tieg\u0127ek, ja \u010bu\u010b. L-Istati Uniti tinforza l-li\u0121ijiet tag\u0127ha. I\u017cda hawn Malta il-\u0127bieb tal-gvern ig\u0127adduha lixxa.<\/p>\n<p>Hekk hu, l-\u0127bieb. Ali Sadr, il-mistieden tat-tie\u0121 il-favorit ta&#8217; Christian Kalin, il-\u0127alliel l-ie\u0127or li jsejjhilkom &#8220;Keith u Joseph&#8221; b\u0127allikieku jiekol il-kirxa mag\u0127kom.<\/p>\n<p>Ali Sadr, li l-FIAU skopriet li hu \u0127abib intimu ma&#8217; Keith Schembri g\u0127al ra\u0121unijiet mhux dokumentati li nittamaw li nsiru nafu x&#8217;inhuma.<\/p>\n<p>Ali Sadr, l-istess persuna li intom beriktu\u0127 meta \u0127arrek lil Daphne Caruana Galizia fl-Arizona biex jipprova jeqridha u je\u0127liskom minnha.<\/p>\n<p>Lil dan il-bniedem, b&#8217;aktar passaporti fi bwietu milli g\u0127andu snin ta&#8217; esperjenza bankarja, po\u0121\u0121ejtuh fi\u010b-\u010bentru tar-reputazzjoni tal-pajji\u017c. Irrendejtuna l-prostituti tieg\u0127u.<\/p>\n<p>U proprju issa issospendejtuh?\u00a0X&#8217;ippretendejtu? Li kien se jit\u0127alla jippresiedi l-laqg\u0127at tal-bord tad-diretturi tal-Pilatus mill-\u0127abs federali ta&#8217; New York? \u0126sibtu li se\u00a0timpressjonaw g\u0127ax ktibtu ittra bi kliem pulit lil xi \u0127add li g\u0127andu \u010bans kbir li jiekol ikla \u0127abs g\u0127al g\u0127omru?<\/p>\n<p>Fejn hi l-inkjesta dwar l-operat tag\u0127kom b\u0127ala gvern? Fejn hi l-inkjesta dwar l-operat tar-regolatur li \u0127are\u0121 il-li\u010benzja? Fejn hi l-inkjesta dwar l-operat tal-a\u0121enzija ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in li kienet g\u0127addiet lill-Pilatus mill-g\u0127arbiel?\u00a0Fejn\u00a0hu r-rendikont tal-ispot checks u due diligence li minflok nasbu lil dan il-bniedem spi\u010b\u010baw biex g\u0127attewlu xturu?<\/p>\n<p>Fejn hi l-apolo\u0121ija tag\u0127kom lil dik il-\u0121urnalista li nqatlet wara li kixfet dak kollu li kien qed ise\u0127\u0127 ta\u0127t imne\u0127irkom? Intom injorajtuha g\u0127ax dak kollu\u00a0kien qed ise\u0127\u0127 bil-barka tag\u0127kom.<\/p>\n<p>Dik hi s-sinsla li g\u0127andek Edward Scicluna. U int Chris Fearne. U anke t-taparsi qaddisin l-o\u0127rajn li qalu li jridu j\u017commu &#8216;l bog\u0127od mill-korruzzjoni tal-kollegi tag\u0127kom u li issa qed jag\u0127mlu minn kollox biex jag\u0127tuha l-kenn sa\u0127ansitra anke fi\u017c-\u017cmien li qeg\u0127da ti\u0121i konfermata mill-a\u0121enziji ta&#8217; infurzar federali tal-Istati Uniti.<\/p>\n<p>Proprju issa qed ti\u010b\u010baqalqu fuq Ali Sadr? Issa li mhux possibbli g\u0127alih li jil\u0127aqkom u jirrikattakom\u00a0bil-fa\u0127am kollu li jaf li g\u0127andkom? Ta\u0127sbu li issa ma jista&#8217; g\u0127alikom \u0127add u li mhux possibbli li tag\u0127rqu mieg\u0127u? Mhux probabbli. Il-Bank g\u0127adu hemm. Il-klieti ta&#8217; Ali Sadr g\u0127adhom hemm. Il-mod li bi\u0127 irnexxielu jakkwista li\u010benzja meta kien nieqed mill-kwalifiki u l-mod kif irnexxielu j\u017comm il-li\u010benzja meta kien di\u0121\u00e0 \u010bar li dan il-bniedem hu \u0127alliel, huma sigrieti li bqajtu tostruhom.<\/p>\n<p>\u0126sibtu li issa qlibna g\u0127al pa\u0121na \u0121dida. I\u017cda l-istorja g\u0127adha kif bdiet. U l-ismijiet tag\u0127kom se jitni\u017c\u017clu fi ktieb li g\u0127ad irid jinkiteb.<\/p>\n<p>Hu \u0127aseb li seta&#8217; ig\u0127addiha lixxa g\u0127ax \u0127abib tag\u0127kom. Intom \u0127sibtu li se tg\u0127adduha lixxa g\u0127ax intom \u0127bieb tieg\u0127u.<\/p>\n<p>\u017bmienkom g\u0127ad jasal\u00a0ukoll.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-MFSA &#8220;ke\u010b\u010biet&#8221; lil Ali Sadr minn direttur\u00a0tal-Pilatus Bank u ordnat li ma jibqg\u0127ux irisu transazzjonijiet la minnu, la mid-diretturi l-o\u0127ra, la mit-tmexxija tal-Bank u lanqas minn membri tal-familji tag\u0127hom. Allura issa ma jistg\u0127ux isiru telefonati tard bil-lejl biex jinfeta\u0127 kont ta&#8217; self ta&#8217; miljun f&#8217;isem o\u0127t i\u010b-Chairman\u00a0u biex isir trasferiment malajr \u0121o kont f&#8217;New York [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5386,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5388\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5388"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5388\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5430,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5388\/revisions\/5430\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5386\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5388"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5388"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5388"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}