{"id":5498,"date":"2018-03-23T12:28:52","date_gmt":"2018-03-23T11:28:52","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5498"},"modified":"2018-03-23T15:59:36","modified_gmt":"2018-03-23T14:59:36","slug":"meta-edward-zammit-lewis-hallas-miljun-ewro-lill-kumpanija-tal-ajru-li-ggorr-il-bagalji-bil-hwejjeg","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/meta-edward-zammit-lewis-hallas-miljun-ewro-lill-kumpanija-tal-ajru-li-ggorr-il-bagalji-bil-hwejjeg\/","title":{"rendered":"Meta Edward Zammit Lewis \u0127allas miljun ewro lill-kumpanija tal-ajru li \u0121\u0121orr il-bagalji &#8230; bil-\u0127wejje\u0121"},"content":{"rendered":"<p>B\u0127al din il-\u0121img\u0127a \u0127dax-il xahar, ilkoll konna qed insegwu l-a\u0127barijiet li kienu \u0127er\u0121in minuta wara l-o\u0127ra.<\/p>\n<p>Daphne Caruana Galizia tirraporta li l-Egrant hi ta&#8217; Michelle Muscat.\u00a0 Michelle Muscat ti\u010b\u0127ad. Joseph Muscat jg\u0127id li m&#8217;hemm xejn x&#8217;ji\u0121i investigat. Lawrence Cutajar jiekol il-fenek moqli. Ali Sadr jo\u0127ro\u0121 inkiss inkiss mill-bank bil-bagalji. Jekk irridu nemmnu lil Edward Zammit Lewis, li mid-dehra jaf, fil-baglji kien hemm biss \u0127wejje\u0121. Ajruplan tal-Vistajet jitlaq mill-MIA lejn Baku.\u00a0 Joseph Muscat jibdel fehemtu, isejja\u0127 lill-media u jifta\u0127 l-inkjesta dwar l-Egrant.\u00a0 L-ajurplan jin\u017cel Baku. L-ajruplan jitlaq minn Baku lejn Dubai.\u00a0 L-ajruplan jin\u017cel Dubai.\u00a0 Il-pulizija jmorru f&#8217;Pilatus Bank.<\/p>\n<p>Bla nifs.<\/p>\n<p>Sebat ijiem wara Ivan Camilleri <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20170430\/local\/mtas-1m-sponsorship-to-non-tourist-airline.646605\">jippubblika storja f&#8217;The Sunday Times<\/a>.\u00a0 L-Awtorit\u00e0 Maltija tat-Turi\u017cmu kienet g\u0127adha kem tat lil Vistajet miljun Ewro biex tirreklama lil Malta fir-rivista tag\u0127ha li titqassam fit-titjiriet.\u00a0 Il-Vistajet ma \u0121\u0121orx turisti la lejn Malta u lejn imkien ie\u0127or.\u00a0 Hija kumpanija privata tal-kiri tal-ajruplani li \u0121\u0121orr lill-plutokrati li g\u0127alihom il-biljetti First Class huma &#8216;l isfel sew mid-dinjit\u00e0 tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Jekk jistmerru t-titjiriet bi sekda, ma nafx kif ja\u0127sbuha fuq id-deck chairs g\u0127all-kiri fil-bajja tal-Mellie\u0127a jew il-wirja ta\u017c-\u017cwiemel f&#8217;Montekristo.<\/p>\n<p>Qatt ma rajna fil-fatt jekk ir-reklami qattx \u0121ew ipubblikati fir-rivista li titqassam fit-titjiriet.<\/p>\n<p>Dan il-pagament ta&#8217; miljun ewro sar minkejja r-re\u017cistenza tal-mani\u0121ment ta&#8217; livell g\u0127oli tal-Awtorit\u00e0 tat-Turi\u017cmu li raw li l-ba\u0121it tag\u0127hom kien qed ji\u0121i ssagrifikat g\u0127al dik li kkunsidraw b\u0127ala \u0127ela. Lanqas id-diretturi ma\u0127tura mill-gvern fl-MTA ma kienu fdati biex jirrie\u017caminaw dan il-pagament g\u0127ax sar ming\u0127ajr ma kienu jafu.<\/p>\n<p>Edward Zammit Lewis dak i\u017c-\u017cmien kien mistoqsi g\u0127aliex sar il-\u0127las. &#8220;Kien hemm biss \u0127wejje\u0121 fil-bagalja.&#8221;<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5493 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/d662e9f48e7841dd255247496994fad13d798357-1493528473-59056f99-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>B\u0127al din il-\u0121img\u0127a \u0127dax-il xahar, ilkoll konna qed insegwu l-a\u0127barijiet li kienu \u0127er\u0121in minuta wara l-o\u0127ra. Daphne Caruana Galizia tirraporta li l-Egrant hi ta&#8217; Michelle Muscat.\u00a0 Michelle Muscat ti\u010b\u0127ad. Joseph Muscat jg\u0127id li m&#8217;hemm xejn x&#8217;ji\u0121i investigat. Lawrence Cutajar jiekol il-fenek moqli. Ali Sadr jo\u0127ro\u0121 inkiss inkiss mill-bank bil-bagalji. Jekk irridu nemmnu lil Edward Zammit [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5493,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5498\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5498"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5498\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5515,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5498\/revisions\/5515\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5493\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5498"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5498"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5498"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}