{"id":5582,"date":"2018-03-26T07:44:51","date_gmt":"2018-03-26T06:44:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5582"},"modified":"2018-03-29T09:03:57","modified_gmt":"2018-03-29T08:03:57","slug":"ali-sadr-mhuwiex-xi-oskar-schindler","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/ali-sadr-mhuwiex-xi-oskar-schindler\/","title":{"rendered":"Ali Sadr m&#8217;huwiex xi Oskar Schindler"},"content":{"rendered":"<p>Filwaqt li huwa pjuttost fa\u010bli li wie\u0127ed jipprova jpin\u0121i kerha lil mara Russa li wi\u010b\u010bha s&#8217;issa g\u0127adna ma rajnihx u li jdendel it-tabella tal-motivazzjoni politika mal-istqarrijiet ta&#8217; eks uffi\u010bjal tal-pulizija, diffi\u010bli \u0127afna li wie\u0127ed jipprova\u00a0jpin\u0121i lil Ali Sadr\u00a0&#8211; sinjurun bla skrupli mag\u0127ruf g\u0127as-swat sistematiku li kien jag\u0127ti lil martu u b&#8217;passaporti f&#8217;idu daqs kemm jesa&#8217; \u0121ildu &#8211; daqslikieku\u00a0hu xi eroj.<\/p>\n<p>U madankollu lit-<em>trolls<\/em> tal-Labour di\u0121\u00e0 qalulhom x&#8217;g\u0127andhom jag\u0127mlu. Qalulhom biex imexxuha li Ali Sadr jinsab f&#8217;\u0127abs g\u0127ax l-Amerikani riedu jpattuhielu talli sfidalhom is-sanzjonijiet oppressive u n\u0121usti li kienu g\u0127amlu kontra l-popli tal-Iran u tal-Vene\u017cwela. Qed ipin\u0121u\u0127 daqslikieku huwa xi Oskar Schindler li kien\u00a0po\u0121\u0121a \u0127ajtu fil-periklu meta sfida lil min kien qieg\u0127ed iwettaq\u00a0reati tal-gwerra.<\/p>\n<p>Jekk iriduna nag\u0127mlu tixbiha mimm \u017cmien il-gwerra, ng\u0127iduha bla tlaqliq li Ali Sadr\u00a0m&#8217;hu xejn \u0127lief\u00a0\u0127alliel\u00a0li qed jisfida\u00a0sanzjonijiet ekonomi\u010bi li minnhom infushom huma atti diplomati\u010bi ta&#8217; tra\u017c\u017cin. Ali Sadr m&#8217;akkwistax \u017cew\u0121 passporti tas-St Kitts &amp; Nevis biex seta&#8217; ja\u0127rab minn xi kamp tal-kon\u010bentament tan-Na\u017cisti. \u00a0M&#8217;huwiex xi pilota Ingli\u017c maqful f&#8217;xi \u0127abs \u0120ermani\u017c.\u00a0Huwa \u010bar li tal-Labour qed jag\u0127mlu minn kollox biex ire\u0121\u0121g\u0127u lura l-\u0127sara li\u00a0g\u0127amlet\u00a0ir-rabta li Joseph Muscat g\u0127andu ma&#8217; bniedem li f&#8217;Malta kien ilu li \u0121ie mixli li ma tistax torbot fuqu\u00a0u li issa l-Istati Uniti qed\u00a0tixlieh li ilu hekk sa minn \u017cog\u0127\u017citu.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li d-dehra ta&#8217; Joseph u Michelle Muscat pre\u017centi b\u0127ala mistednin fit-tie\u0121 f&#8217;Venezja ta&#8217; bniedem li issa jinsab maqful f&#8217;\u0127abs Amerikan g\u0127andha tag\u0127mlilhom il-\u0127sara. I\u017cda g\u0127at-<em>trolls<\/em> tal-Labour kien Ali Sadr li gawda mill-presenza xintillanti ta&#8217; Joseph u Michelle Muscat u dniebietu huma ma\u0127fura b&#8217;ri\u0127et il-fatt li j\u0127okk mal-benjamin tag\u0127hom u ma&#8217; martu.<\/p>\n<p>F&#8217;dan l-ambjent pervers\u00a0li fi\u0127\u00a0il-lo\u0121ika tinqaleb ta&#8217; ta\u0127t fuq, it-tixrid tas-sens komun isir impossibbli u b&#8217;konsegwenza\u00a0l-konsistenza ting\u0127ata l-\u0121enb.\u00a0U l-Kummissarju tal-Pulizija &#8211; bniedem\u00a0li baqa&#8217; \u010bass\u00a0meta Ali Sadr \u0127eba l-provi 11 il-xahar ilu &#8211; jibqa&#8217; jinsisti bir-rag\u0127wa f&#8217;\u0127alqu li Maria Efimova g\u0127andha tiffa\u010b\u010bja l-\u0121ustizzja. Dan huwa l-istess gvern li b&#8217;\u0127afna daqq ta&#8217; trombi g\u0127adda l-li\u0121i tal-whistleblower biex imbag\u0127ad g\u0127adu jag\u0127mel minn kollox biex dan l-istatus ji\u010b\u0127du lil Jonathan Ferris.<\/p>\n<p>Qed\u00a0ng\u0127ixu realt\u00e0 fejn is-sewwa huwa biss ir-rieda tal-kbir mexxej.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Filwaqt li huwa pjuttost fa\u010bli li wie\u0127ed jipprova jpin\u0121i kerha lil mara Russa li wi\u010b\u010bha s&#8217;issa g\u0127adna ma rajnihx u li jdendel it-tabella tal-motivazzjoni politika mal-istqarrijiet ta&#8217; eks uffi\u010bjal tal-pulizija, diffi\u010bli \u0127afna li wie\u0127ed jipprova\u00a0jpin\u0121i lil Ali Sadr\u00a0&#8211; sinjurun bla skrupli mag\u0127ruf g\u0127as-swat sistematiku li kien jag\u0127ti lil martu u b&#8217;passaporti f&#8217;idu daqs kemm jesa&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5551,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5582\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5582"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5582\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5588,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5582\/revisions\/5588\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5551\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5582"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5582"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5582"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}