{"id":5602,"date":"2018-03-27T06:26:26","date_gmt":"2018-03-27T05:26:26","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5602"},"modified":"2018-03-29T08:54:52","modified_gmt":"2018-03-29T07:54:52","slug":"meps-lill-bank-centrali-ewropew-aghlaq-lill-pilatus","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/meps-lill-bank-centrali-ewropew-aghlaq-lill-pilatus\/","title":{"rendered":"MEPs lill-Bank \u010aentrali Ewropew: Ag\u0127laq lill-Pilatus!"},"content":{"rendered":"<p>Membri tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jinvestigaw fuq il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f&#8217;Malta, kitbu lil Mario Draghi tal-Bank \u010aentrali Ewropew u talbuh jag\u0127laq il-Bank Pilatus u jirtiralu l-li\u010benzja.<\/p>\n<p>Dan wara li l-gvern ma \u0127a l-ebda passi biex jag\u0127laq il-Pilatus minkejja l-fatt li l-uniku proprjetarju ta&#8217; dan il-bank spi\u010b\u010ba mi\u017cmum f&#8217;\u0127abs federali Amerikan mixli b&#8217;sitt kapi ta&#8217; akku\u017ca marbutin ma&#8217; frodi bankarju, \u0127asil ta&#8217; flus u reati kriminali o\u0127ra.<\/p>\n<p>Il-li\u0121i ta&#8217; Malta tag\u0127ti s-sa\u0127\u0127a lir-regolatur li jirtira l-li\u010benzja ta&#8217; bank. F&#8217;dak li g\u0127andu x&#8217;jaqsam ma&#8217; banek \u017cg\u0127ar li jipprovdu servizzi personalizzati din hija xi \u0127a\u0121a li rarament isse\u0127\u0127 u tkun tfisser verament l-a\u0127\u0127ar pass &#8211; dak li bl-Ingli\u017c isej\u0127ulu &#8216;last resort&#8217;. L-impatt ta&#8217; de\u010bi\u017cjoni b\u0127al din fuq il-klijenti li jkollhom depo\u017citi f&#8217;bank b\u0127al dan ikun wie\u0127ed devastanti.<\/p>\n<p>Madanakollu l-Bank Pilatus mhux bank li jaqa&#8217; f&#8217;din il-kategorija u &#8211; bl-e\u010b\u010bezzjoni ta&#8217; Keith Schembri u John Dalli &#8211; ma jidhirx li g\u0127andu \u0127afna klijenti lokali li g\u0127andhom kontijiet mieg\u0127u.<\/p>\n<p>L-introduzzjoni ta&#8217; &#8216;persuna kompetenti&#8217; biex tie\u0127u f&#8217;idejha l-amministrazzjoni tal-bank hija t-tieni soluzzjoni, u fi kwalunkwe ka\u017c jidher li din l-g\u0127a\u017cla g\u0127adha ma \u0121ietx implimentata. G\u0127adu mhux \u010bar jekk il-persuna kompetenti li \u0121iet mag\u0127\u017cula biex tmexxi l-bank da\u0127litx f&#8217;postha jew le u \u0127aditx f&#8217;idejha t-tmexxija.<\/p>\n<p>L-g\u0127eluq tal-bank probabbilment ikun segwit minn inkjesta li g\u0127andha titfa&#8217; dawl fuq l-attivitajiet tal-bank fl-img\u0127oddi. Imma l-gvern jidher li g\u0127andu kull intenzjoni li jevita dan akkost ta&#8217; kollox u jkompli jipprote\u0121i l-interessi tal-madwar 100 klijent tal-Bank Pilatus u tas-sid tieg\u0127u li issa jinsab il-\u0127abs.<\/p>\n<p>Bla dubju ta&#8217; xejn Joseph Muscat huwa konxju mija fil-mija li l-fatt li qed ikompli jipprote\u0121i lill-Bank Pilatus anke f&#8217;dan l-istadju ma tantx jirrifletti tajjeb fuqu. Il-fatt li qed ikompli jag\u0127mel dan b&#8217;\u010berta sa\u0127\u0127a jkompli jikkonferma ming\u0127ajr ebda dell ta&#8217; dubju li l-episodju ta&#8217; meta siefer lejn l-Italja g\u0127at-tie\u0121 tas-sid tal-Pilatus kien jifforma parti minn relazzjoni mill-vi\u010bin \u0127afna mal-proprjetarju tal-bank.<\/p>\n<p>It-tielet persuna involuta f&#8217;dan i\u010b-\u010birku bejn tlieta huwa Christian Kalin, \u0127abib komuni ta&#8217; Joseph Muscat u ta&#8217; Ali Sadr, li mhux biss huwa s-sid ta&#8217; Henley and Partners imma huwa wkoll dak li jmexxi din il-kumpanija.<\/p>\n<p>Jekk g\u0127al mument kellna nemmnu dak li qal <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180327\/local\/pilatus-account-only-used-to-buy-passport-new-zealand-billionaire.674606?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">is-sid tal-kumpanija Legatum Christopher Chandler<\/a> li sostna li feta\u0127 kont fil-Pilatus sempli\u010biment biex jiffa\u010bilita l-kisba ta&#8217; passaport Malti, allura jidher li l-Bank Pilatus u s-servizzi pprovduti minn Henley and Partners \u0121ew reklamati b\u0127al \u0127a\u0121a wa\u0127da, naturalment fa\u010bilitati mill-atte\u0121\u0121jament servili tal-Gvern Malti.<\/p>\n<p>Jidher g\u0127alhekk li l-Bank Pilatus kien fattur ewlieni fl-iskema tal-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza Maltija u issa li l-Pilatus jinsab fl-inkwiet hu me\u0127tie\u0121 perjodu ta&#8217; tran\u017cizzjoni sakemm tinstab alternattiva. Jekk ti\u0121i rtirata l-li\u010benzja tal-bank b\u0127alissa, din it-tran\u017cizzjoni ti\u0121i interrotta.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Issegwi l-ittra li bag\u0127tu l-Membri Parlamentari Ewropej lill-Bank \u010aentrali Ewropew.<img class=\"aligncenter wp-image-5572 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-001.jpg\" alt=\"\" width=\"1240\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-001-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-001-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-001.jpg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-001-768x1086.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1240px) 100vw, 1240px\" \/> <img class=\"aligncenter wp-image-5573 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-002.jpg\" alt=\"\" width=\"1240\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-002-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-002-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-002.jpg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-002-768x1086.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1240px) 100vw, 1240px\" \/> <img class=\"aligncenter wp-image-5574 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-003.jpg\" alt=\"\" width=\"1240\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-003-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-003-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-003.jpg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/20180323_ECB_pilatus_followup_final-1-page-003-768x1086.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1240px) 100vw, 1240px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Membri tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jinvestigaw fuq il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f&#8217;Malta, kitbu lil Mario Draghi tal-Bank \u010aentrali Ewropew u talbuh jag\u0127laq il-Bank Pilatus u jirtiralu l-li\u010benzja. Dan wara li l-gvern ma \u0127a l-ebda passi biex jag\u0127laq il-Pilatus minkejja l-fatt li l-uniku proprjetarju ta&#8217; dan il-bank spi\u010b\u010ba mi\u017cmum f&#8217;\u0127abs federali Amerikan mixli b&#8217;sitt kapi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5575,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5602\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5602"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5602\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5604,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5602\/revisions\/5604\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5575\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5602"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5602"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5602"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}