{"id":5734,"date":"2018-03-31T17:55:27","date_gmt":"2018-03-31T16:55:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5734"},"modified":"2018-04-02T19:39:07","modified_gmt":"2018-04-02T18:39:07","slug":"edward-scicluna-jichad-li-l-iip-qed-tiffinanzja-lil-puttinu-imbaghad-ihassar-dak-li-kiteb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/03\/edward-scicluna-jichad-li-l-iip-qed-tiffinanzja-lil-puttinu-imbaghad-ihassar-dak-li-kiteb\/","title":{"rendered":"Edward Scicluna ji\u010b\u0127ad li l-IIP qed tiffinanzja lil Puttinu &#8230; imbag\u0127ad i\u0127assar dak li kiteb"},"content":{"rendered":"<p>Edward Scicluna, il-ministru responsabbli g\u0127all-infiq kollu li jag\u0127mel il-gvern, illum \u0127are\u0121 g\u0127onqu biex ji\u010b\u010bara li l-gvern kien ser jiffinanzja lil Puttinu direttament mill-ba\u0121it tal-istat u mhux mid-d\u0127ul mill-bejg\u0127 tal-passaporti.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5726 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-18.04.53-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"774\" height=\"958\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-18.04.53-1-218x270.jpeg 218w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-18.04.53-1-242x300.jpeg 242w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-18.04.53-1-768x951.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-18.04.53-1.jpeg 774w\" sizes=\"(max-width: 774px) 100vw, 774px\" \/><\/p>\n<p>Hu minn ewl id-dinja li l-ministru jkun jaf dan g\u0127ax hu proprju hu li jiffirma d-dokumenti li jkunu me\u0127tie\u0121a.\u00a0G\u0127alkemm imissu jaf ukoll li l-mod kif\u00a0il-gvern g\u0127andu jonfoq flus il-poplu fuq pro\u0121etti umanitarji suppost huwa permezz ta&#8217; kompetizzjoni pubblika skond il-li\u0121i u mhux billi je\u0127ro\u0121 flus g\u0127all-karit\u00e0.<\/p>\n<p>I\u017cda dak li stqarr il-ministru ma kien jaqbel xejn\u00a0ma&#8217; dak li stqarr il-gvern meta Joseph Muscat g\u0127amel dik il-famu\u017ca telefonata lil Peppi Azzopardi nhar il-\u0120img\u0127a filg\u0127axija biex iwassal de\u010bi\u017cjoni li, aktar milli ttie\u0127det biex\u00a0ji\u0121u mg\u0127ejjuna t-tfal morda\u00a0bil-kan\u010ber, se sservi biex jitnaddaf il-\u0127mie\u0121 li qed t\u0127alli warajha l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passporti.<\/p>\n<p>U, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kelliema tal-gvern ma \u017cammewx lura milli jg\u0127ollu mas-smewwiet kemm lil din l-iskema kif ukoll il-\u0121enero\u017cit\u00e0 \u0127anina tal-prim ministru.\u00a0Robert Musumeci qalha fi ftit kliem meta stqarr li l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti qeg\u0127da sservi g\u0127all-iskop li g\u0127alih in\u0127olqot.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frobert.musumeci.9%2Fposts%2F10210863341450518&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"171\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>I\u010b-\u010bifra tad-d\u0127ul mill-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti b\u0127alissa tg\u0127odd il-miljuni\u00a0u allura wasal i\u017c-\u017cmien li sservi &#8220;g\u0127all-iskop li g\u0127alih in\u0127olqot&#8221;\u00a0wara dawk il-\u0127lasijiet kollha\u00a0ta&#8217; flejjes mit-tix\u0127im lil min f&#8217;idejh g\u0127andu s-setg\u0127a, mid-dehra\u00a0kompri\u017c ukoll\u00a0\u0127lasijiet fil-kontijiet bankarji personali ta&#8217; Keith Schembri.<\/p>\n<p>G\u0127aliex g\u0127andkom tifhmu li jekk g\u0127andu ra\u0121un Edward Scicluna li l-g\u0127ajnuna g\u0127all-pazjenti morda bil-kan\u010ber se ti\u0121i mill-ba\u0121it tal-istat, jaqa&#8217; zoptu l-argument politiku tal-Labour dwar l-involviment tal-iskema tal-bejg\u0127 tal-passporti.<\/p>\n<p>Min\u0127abba l-kritika internazzjonali li qed jaqla&#8217; g\u0127al skema li qed isservi biex baxx baxx ji\u0121u evitati s-sanzjonijiet minn \u010berti sinjuruni,\u00a0m&#8217;hemmx dubju li tal-Labour\u00a0kellhom b\u017conn ur\u0121enti li jg\u0127idu li d-donazzjoni saret bis-sa\u0127\u0127a tal-iskema. Huwa \u010bar li tal-Labour iridu jda\u0127\u0127luha f&#8217;mo\u0127\u0127 in-nies li jekk titne\u0127\u0127a l-iskema, it-tfal morda\u00a0bil-kan\u010ber jibqg\u0127u ming\u0127ajr g\u0127ajnuna.<\/p>\n<p>Lill-poplu Muscat jistmah l-istess kif kien jistma Pavlov lill-klieb tieg\u0127u. Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li bosta mbag\u0127ad waqg\u0127u fin-nasba.<\/p>\n<p>Dalg\u0127odu fit-toroq kien hemm min qal: &#8220;X&#8217;g\u0127amlilhom Joseph lin-Nazzjonalisti&#8221;.<\/p>\n<p>Bosta hekk jarawha l-affari.\u00a0Qisha xi reb\u0127a fuq Beppe Fenech Adami u fuq Jason Azzopardi li t-tnejn kitbu dwar il-mod kif il-gvern abbu\u017ca mit-tbatija ta&#8217; dawk morda\u00a0bil-kan\u010ber biex jipprova jirba\u0127 is-simpatija.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fbeppe.adami%2Fposts%2F10215021876956231&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"275\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjason.azzopardi.315%2Fposts%2F797484940446082&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"345\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>\u0126alli g\u0127al Adrian Delia biex jitlaq g\u0127al ri\u0127\u0127om lil Beppe Fenech Adami u lil Jason Azzopardi hu u jikteb b&#8217;mod\u00a0ambigwu fil-Facebook biex jinstema&#8217; \u0127elu f&#8217;widnejn min jaqra\u0127, tkun xi tkun il-fehma tal-qarrej dwar il-kwistjoni. Biex b&#8217;hekk la jinten u lanqas ifu\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5730 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-17.06.54.jpeg\" alt=\"\" width=\"473\" height=\"621\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-17.06.54-206x270.jpeg 206w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-17.06.54-229x300.jpeg 229w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/WhatsApp-Image-2018-03-31-at-17.06.54.jpeg 473w\" sizes=\"(max-width: 473px) 100vw, 473px\" \/><\/p>\n<p>Imbag\u0127ad hemm Edward Scicluna li b&#8217;ri\u0127et ix-xamma politika sofistikata\u00a0li g\u0127andu ma j\u0127abbilx rasu li ju\u017ca pazjent marid g\u0127all-finijiet politi\u010bi tieg\u0127u. I\u017cda\u00a0mid-dehra din ix-xamma\u00a0politika m&#8217;hix sofistikata bi\u017c\u017cejjed biex i\u0121\u0121ieg\u0127lu jinduna bit-ta\u0127wid li Joseph Muscat qed jo\u0127loq fl-im\u0127u\u0127 ta&#8217; poplu s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p>Din, wara kollox, kienet ir-ra\u0121uni li xi \u0127add \u0121ieg\u0127el lil Edward Scicluna i\u0127assar\u00a0dak li kiteb. G\u0127ax il-fatti mhumiex importanti daqs ir-rieda tal-mexxej suprem.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Edward Scicluna, il-ministru responsabbli g\u0127all-infiq kollu li jag\u0127mel il-gvern, illum \u0127are\u0121 g\u0127onqu biex ji\u010b\u010bara li l-gvern kien ser jiffinanzja lil Puttinu direttament mill-ba\u0121it tal-istat u mhux mid-d\u0127ul mill-bejg\u0127 tal-passaporti. Hu minn ewl id-dinja li l-ministru jkun jaf dan g\u0127ax hu proprju hu li jiffirma d-dokumenti li jkunu me\u0127tie\u0121a.\u00a0G\u0127alkemm imissu jaf ukoll li l-mod kif\u00a0il-gvern g\u0127andu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5731,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5734\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5734"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5734\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5810,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5734\/revisions\/5810\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5731\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5734"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5734"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5734"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}