{"id":5771,"date":"2018-04-02T12:48:23","date_gmt":"2018-04-02T11:48:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5771"},"modified":"2018-04-02T19:26:36","modified_gmt":"2018-04-02T18:26:36","slug":"xnaqset-li-tispjega-l-mfsa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/xnaqset-li-tispjega-l-mfsa\/","title":{"rendered":"X&#8217;naqset li tispjega l-MFSA"},"content":{"rendered":"<p>Mhux bi\u017c\u017cejjed li tal-MFSA joqg\u0127odu jippruvaw iserr\u0127ulna mo\u0127\u0127na li l-funzjoni regolatorja tag\u0127ha kienet t\u0127addmet filwaqt li kien g\u0127addej bix-xog\u0127ol tieg\u0127u l-Pilatus Bank. (Aqra l-istqarrija tag\u0127hom hawn isfel). Qalulna li kienu qabbdu ditta barranija biex ti\u0121brilhom l-informazzjoni qabel idde\u010bidew li jag\u0127tu li\u010benzja lil tal-Pilatus u li kienu \u017cammew g\u0127assa stretta fuq il-Bank sakemm dan\u00a0kien li\u010benzjat.<\/p>\n<p>B&#8217;dak kollu li kien qed ji\u0121ri ta\u0127t imnie\u0127er tal-MFSA, g\u0127andi kur\u017cit\u00e0 kbira li nsir naf x&#8217;kienet din l-informazzjoni kollha li suppost in\u0121abret.\u00a0M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, \u0127add m&#8217;hu jippretendi l-perfezzjoni ming\u0127and \u0127add u r-regolaturi ma jistg\u0127ux \u0127lief joqg\u0127odu fuq l-informazzjoni li jkun irnexxielhom ji\u0121bru u li jekk taqb\u017cilhom xi \u0127a\u0121a\u00a0nistg\u0127u biss nittamaw li sservihom ta&#8217; lezzjoni biex l-i\u017cball ma jer\u0121ax jirrepeti ru\u0127u.<\/p>\n<p>I\u017cda dalg\u0127odu tal-MFSA \u0127ar\u0121u stqarrija li mhux biss hi nieqsa g\u0127al kollox mill-umilt\u00e0 i\u017cda naqsu wkoll li jisku\u017caw ru\u0127\u0127om mal-poplu Malti talli kienu taw li\u010benzja lil bankier nieqes mill-kwalifiki li, qabel applika mal-awtoritajiet lokali biex ting\u0127atalu li\u010benzja, kien di\u0121\u00e0 mda\u0127\u0127al sa ru\u0127 ommu f&#8217;attivit\u00e0 kriminali finanzjarja.<\/p>\n<p>Tal-MFSA, biex jo\u0127or\u0121u bi sku\u017ca, qishom qed ig\u0127idulna: &#8220;isma&#8217;, a\u0127na\u00a0wettaqna xog\u0127olna; g\u0127addejna l-applikazzjoni mill-g\u0127arbiel;\u00a0regolarment \u017cammejnilu l-g\u0127assa; g\u0127andna patafjun karti dwaru; u allura mhuwiex \u0121ust li toqg\u0127odu tikkritikawna&#8221;.<\/p>\n<p>Dan l-attentat minn na\u0127a tal-MFSA biex ig\u0127attu xturhom ifakkarni f&#8217;episodju mis-sensiela televi\u017civa &#8220;Yes, Minister&#8221;. Episodju li\u00a0fih sptar jitpin\u0121a b\u0127ala wie\u0127ed li hu minn ta&#8217; quddiem nett f&#8217;dik li hi effi\u010bjenza: kollox ise\u0127\u0127\u00a0f&#8217;\u0127inu,\u00a0\u017cmien ta&#8217; stennija ine\u017cistenti u nfiq skond kif programmat.\u00a0I\u017cda l-bu\u017cillis hu li dan l-isptar ma jilqax pazjenti. U hekk g\u0127andu jkun. G\u0127ax inkella d-d\u0127ul tal-pazjenti l-effi\u010bjenza tonqos sew u l-istatistika ma tibqax tlellex.<\/p>\n<p>Huwa minn ewl id-dinja li wie\u0127ed forsi jifhem &#8211; madankollu mhux kul\u0127add ikun\u00a0propens li\u00a0jemmen &#8211; meta ssir xi forma ta&#8217; apolo\u0121ija ming\u0127and tal-MFSA u dan talli \u0127arbilhom dak li\u00a0l-a\u0121enti barranin kienu xammew mill-ewwel.<\/p>\n<p>M&#8217;hi rilevanyti xejn id-distinzjoni li saret bejn l-akku\u017ci li saru kontra Ali Sadr fl-Istati Uniti u l-\u0127idma tal-Pilatus Bank. Awtorit\u00e0 regolatorja serja ma tista&#8217; qatt tag\u0127ti li\u010benzja lil\u00a0\u0127alliel. Li kieku\u00a0jkun hemm persuna suspettata b&#8217;traffikar ta&#8217; armi jew traffikar ta&#8217; drogi u tmur b&#8217;10 miljun ewro f&#8217;idha biex titlob li\u010benzja ming\u0127and l-MFSA biex topera bank f&#8217;Malta, g\u0127andi nippretendi li tal-MFSA jibg\u0127atuha tixxejjer. G\u0127andi nippretendi li f&#8217;mo\u0127\u0127 tal-MFSA mill-ewwel g\u0127andu jid\u0127ol is-suspett\u00a0li\u00a0Bank suppost nadif immexxi minn \u0127alliel jintu\u017ca biex jostor attivitajiet illegali.<\/p>\n<p>Huwa \u010bar g\u0127alhekk li tal-MFSA ma jistg\u0127ux jisku\u017caw lilhom infushom billi joqg\u0127odu jg\u0127idu li l-akku\u017ci mi\u0121juba fl-Amerika kontra Ali Sadr\u00a0m&#8217;g\u0127andhomx x&#8217;jaqsmu mal-kwistjoni dwar jekk dan kienx \u0127aqqu li jing\u0127ata li\u010benzja jew le.<\/p>\n<p>Tal-MFSA\u00a0setg\u0127u forsi qalu li kienet qab\u017citilhom l-informazzjoni dwar x&#8217;kien qed i\u0127awwad fil-borma Ali Sadr. Setg\u0127u qalu lil dawk\u00a0li g\u0127addewlhom l-informazzjoni kienet qab\u017citilhom ukoll. U li jekk dan kien il-ka\u017c, hu minn ewl id-dinja li tal-MFSA ikollhom\u00a0jikxfu min kienu dawk li g\u0127addewlhom l-informazzjoni \u017cbaljata sabiex imbag\u0127ad ikunu jistg\u0127u jfittxuhom\u00a0bil-Qorti xejn xejn biex ji\u0121i \u017cgurat li dawn ma jitqabbdu g\u0127ax-xog\u0127ol minn ebda regolatur ie\u0127or fid-dinja.<\/p>\n<p>I\u017cda tal-MFSA mhux hekk qalu fl-istqarrija tag\u0127hom tal-lum. Kulma qalu kien li &#8220;huma kienu wettqu xog\u0127olhom u li huma m&#8217;humiex responsabbli g\u0127an-nuqqasijiet tag\u0127hom stess u g\u0127all-\u0127sara li saret lil Malta&#8221;.<\/p>\n<p>Tal-MFSA m&#8217;humiex kapa\u010bi li jammettu l-\u0127tija g\u0127all-i\u017cbalji kemm tag\u0127hom kif ukoll tal-kuntratturi mqabbda minnhom. U lanqas\u00a0indenjaw ru\u0127\u0127om ig\u0127idulna jekk Ali Sadr kienx gidbilhom dwar l-img\u0127oddi tieg\u0127u issa li nkixfet il-\u0127idma tieg\u0127u ta&#8217; qabel l-2014\u00a0bis-sa\u0127\u0127a tal-akku\u017ci li n\u0121iebu kontrih mill-awtoritajiet Amerikani. Naqsu li jg\u0127idulna Ali Sadr x&#8217;kien qalilhom u dwar x&#8217;kienu g\u0127addew mill-g\u0127arbiel tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Lanqas m&#8217;huma qed ig\u0127idluna lil min kienu qabbdu biex ji\u0121bor l-informazzjoni dwar Ali Sadr u dwar x&#8217;kien fiha din l-informazzjoni.<\/p>\n<p>Jekk tal-MFSA m&#8217;humiex kapa\u010bi li\u00a0g\u0127allinqas jippruvaw jisku\u017caw l-operat tag\u0127hom\u00a0billi jg\u0127idu li kienu \u0127atja ta&#8217; negli\u0121enza jew ta&#8217; inkompetenza jew li kienu ing\u0127ataw pariri \u0127\u017ciena, ma nistg\u0127ux ma ni\u0121bdux il-konklu\u017cjoni li lil Ali Sadr kienu g\u0127attewlu xturu meta taw\u0127\u00a0il-li\u010benzja, li g\u0127alqu g\u0127ajnejhom minkejja li kienu jafu li kien imda\u0127\u0127al f&#8217;reati kriminali ta&#8217; natura finanzjarja u li ttradew il-fidu\u010bja tal-Istati Uniti (barra wkoll dik ta&#8217; pajji\u017chom) meta ppermettew lil dan il-\u0127alliel u kriminal ig\u0127addi lid-dinja bi\u017c-\u017cmien minn Malta stess.<\/p>\n<p>Bl-istqarrija li \u0127ar\u0121u llum, tal-MFSA komplew ig\u0127oddsu fil-\u0127ama. U minflok \u0127ar\u0121u bi stqarrija li forsi setg\u0127et tifdihom xi ftit, komplew g\u0127axxquha.<\/p>\n<p>Tal-MFSA ma qalulna xejn dwar x&#8217;kienet ir-ra\u0121uni li\u00a0\u0121ieg\u0127lithom jag\u0127tu li\u010benzja lil Pilatus Bank. Ma qalulniex il-g\u0127ala tal-KPMG kienu a\u010b\u010bettaw lill-Bank b\u0127ala klijent meta o\u0127rajn kienu rrifjutaw\u0127. Ma qalulna xejn\u00a0dwar\u00a0dawk li\u00a0mill-KPMG kienu qed jag\u0127ti l-pariri lil Ali Sadr spi\u010b\u010baw da\u0127lu ja\u0127dmu mal-Pilatus Bank hekk kif il-Bank ing\u0127ata l-li\u010benzja.\u00a0Ma qalulna xejn dwar kif lil dan is-suppost bankier spi\u010b\u010baw biex qdew\u0127 minkejja d-diffikultajiet kbar li kien hemm fl-applikazzjoni tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Tal-MFSA ma qalu xejn\u00a0dwar\u00a0dak li g\u0127adda bejnhom,\u00a0bejn il-Pilatus Bank u\u00a0bejn dawk li kienu qed jag\u0127tuhom il-pariri meta tfa\u010b\u010baw is-suspetti\u00a0dwar\u00a0\u0127idmet il-Bank fost in-nies tag\u0127ha stess u\u00a0dawk tal-FIAU. Tal-MFSA ma qalu xejn dwar kif kienu njoraw lill-impjegati tag\u0127hom stess meta dawn kienu wrew it-t\u0127assib tag\u0127hom dwar il-Bank; u dan anke meta rri\u017culta \u010bar li minn na\u0127a ta&#8217; min kien qed imexxi l-Bank kien hemm\u00a0intenzjoni\u00a0kriminali u malizzju\u017ca.<\/p>\n<p>U tal-MFSA iriduna nemmuhom li kienu g\u0127amlu xog\u0127olhom kif suppost minkejja n-nuqqasijiet fl-istqarrija tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Li kieku dak li \u0121ara, \u0121ara f&#8217;pajji\u017c \u010bivilizzat il-gvern\u00a0kien jordna\u00a0inkjesta indipendenti\u00a0komposta minn esperti\u00a0immexxijin minn awtorit\u00e0 \u0121udizzjarja jew parlamentari.\u00a0Minflok g\u0127andna awtorit\u00e0 li aktar mo\u0127\u0127ha li tg\u0127atti x-xtur bil-g\u0127an taqdi mill-koxxa lil dawk li pajji\u017cna sar il-proprjet\u00e0 privata tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-5764 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-001.jpg\" alt=\"\" width=\"1240\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-001-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-001-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-001.jpg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-001-768x1086.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1240px) 100vw, 1240px\" \/> <img class=\"aligncenter wp-image-5765 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-002.jpg\" alt=\"\" width=\"1240\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-002-191x270.jpg 191w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-002-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-002.jpg 724w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/Media-Release-MFSA-Pilatus-02-04-2018-page-002-768x1086.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 1240px) 100vw, 1240px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mhux bi\u017c\u017cejjed li tal-MFSA joqg\u0127odu jippruvaw iserr\u0127ulna mo\u0127\u0127na li l-funzjoni regolatorja tag\u0127ha kienet t\u0127addmet filwaqt li kien g\u0127addej bix-xog\u0127ol tieg\u0127u l-Pilatus Bank. (Aqra l-istqarrija tag\u0127hom hawn isfel). Qalulna li kienu qabbdu ditta barranija biex ti\u0121brilhom l-informazzjoni qabel idde\u010bidew li jag\u0127tu li\u010benzja lil tal-Pilatus u li kienu \u017cammew g\u0127assa stretta fuq il-Bank sakemm dan\u00a0kien li\u010benzjat. B&#8217;dak [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5768,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5771\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5771"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5771\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5807,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5771\/revisions\/5807\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5768\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5771"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5771"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5771"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}