{"id":58711,"date":"2018-11-23T12:21:08","date_gmt":"2018-11-23T11:21:08","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=58711"},"modified":"2018-11-26T17:24:39","modified_gmt":"2018-11-26T16:24:39","slug":"sfiducja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/sfiducja\/","title":{"rendered":"Sfidu\u010bja"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-57544\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-200x108.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-400x216.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file-600x324.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/file.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/> Il-mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Konrad Mizzi li ppre\u017centa l-Partit Demokratiku hi importanti u kienet me\u0127tie\u0121a. Jekk il-Parlament ma jikkonfrontax lill-gvern, min huwa lest li jag\u0127mel dan? B&#8217;ri\u017cq l-istabilit\u00e0 l-gvernijiet jkunu je\u0127tie\u0121u l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; ma\u0121\u0121oranza Parlamentari. Dan huwa \u0121ust u hekk g\u0127andu jkun.<\/p>\n<p>I\u017cda l-gvern g\u0127andu dejjem ikun kontabbli lejn il-minoranzi Parlamentari. U l-Parlament m&#8217;huwiex kompost biss minn 3 gruppi. Huwa kompost mill-individwi. Kull wie\u0127ed minn dawn huwa msejja\u0127 biex jivvota b&#8217;\u010bertu mod. I\u017cda kull wie\u0127ed ikun ukoll je\u0127tie\u0121 li ja\u0121ixxi skond il-kuxjenza b&#8217;rispett lejn ir-responsabbilt\u00e0 diretta li g\u0127andu lejn il-votanti u jivvota fil-Parlament skond il-\u0127ti\u0121ijiet tad-demokrazija tag\u0127na. Tabil\u0127aqq, kull wie\u0127ed huwa mg\u0127obbi bir-responsabbilt\u00e0 li jidde\u010biedi u kull wie\u0127ed huwa kontabbli g\u0127ad-de\u010bi\u017cjonijiet li jkun \u0127a. Mhux bi\u017c\u017cejjed li wie\u0127ed joqg\u0127od jilmenta u jgerger minn ta\u0127t l-ilsien li l-prim ministru baqa&#8217; ma \u0127elisx minn Konrad Mizzi. Kull membru tal-gvern huwa membru parlamentari bid-drittijiet u d-dmirijiet li kariga b\u0127al din i\u0121\u0121ib mag\u0127ha. Dawn se jissejj\u0127u biex jivvutaw u, m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, nafu li kull membru parlamentari tal-Partit Laburista se jivvota kontra l-mozzjoni biex jitne\u0127\u0127a Konrad Mizzi u se ner\u0121g\u0127u naraw is-sa\u0127\u0127a tremenda li Joseph Muscat g\u0127andu fil-partit tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Forsi jkun hawn min jistaqsi x&#8217;inhu l-iskop ta&#8217; dan kollu. L-iskop huwa wie\u0127ed tajjeb g\u0127aliex il-membri parlamentari tal-Labour je\u0127tie\u0121 li ji\u0121u sfidati jikkonfermaw il-lejalt\u00e0 tag\u0127hom lejn il-kollega \u0127alliel tag\u0127hom u g\u0127al darb&#8217;o\u0127ra jing\u0127aqdu mal-img\u0127allem tag\u0127hom il-prim ministru biex Konrad Mizzi jibqa&#8217; jing\u0127ata l-kenn mill-\u0121ustizzja. Jg\u0127idu x&#8217;jg\u0127idu, Konrad Mizzi kien messu ilu li ddabbritlu rasu. Kien messu telaq hekk kif tfa\u010b\u010ba l-iskandlu tal-Panama. U issa li sa fl-a\u0127\u0127ar hemm inkjesta kriminali g\u0127addejja, il-membri parlamentari kif qatt jistg\u0127u jg\u0127idu li qed i\u0127allu l-\u0121ustizzja titwettaq u fl-istess \u0127in jippermettu lil Konrad Mizzi jibqa&#8217; parti mill-gvern?<\/p>\n<p>Barra minn dan, m&#8217;hemm ebda ra\u0121uni g\u0127aliex il-Parlament m&#8217;g\u0127andux ukoll jiddiskuti mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Keith Schembri. Wara kollox, kull uffi\u010bjal li m&#8217;huwiex elett u li huwa ma\u0127tur mill-gvern huwa kontabbli lejn dak li jkun g\u0127amel il-\u0127atra. Jekk il-Parlament ma jkollux fidu\u010bja f&#8217;persuna li tkun in\u0127atret mill-prim ministru, lill-prim ministru l-Parlament jista&#8217; jitolbu biex ike\u010b\u010bieha u jekk din ma titke\u010b\u010biex, jista&#8217; wkoll jg\u0127addi mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja fil-prim ministru. Din il-lo\u0121ika \u010bertament ma \u0121ietx applikata meta Joseph Muscat kien Kap tal-Oppo\u017cizzjoni u meta kien nieda mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Richard Cachia Caruana.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm il-membri parlamentari je\u0127tie\u0121 li jidde\u010biedu humiex ser ikunu kompli\u010bi ma&#8217; Joseph Muscat fl-imminar tal-kors tal-\u0121ustizzja, wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li jifhem li t-te\u0127id ta&#8217; vot fil-Parlament m&#8217;huwiex xi log\u0127ba bejn ir-rebbie\u0127a u dawk telliefa. Ir-ri\u017cultat tal-vot di\u0121\u00e0 nafu minn issa kif se jkun: il-ma\u0121\u0121oranza fil-Parlament se tivvota kontra l-mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Konrad Mizzi. U li kieku kellu jittie\u0127ed vot fuq Keith Schembri, il-ma\u0121\u0121oranza fil-Parlament kienet tivvota kontra wkoll u tal-Labour jkunu jistg\u0127u jg\u0127idu li reb\u0127u.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi kien qal li l-inkjesta Egrant kienet tatu ra\u0121un meta kul\u0127add jaf li l-ma\u0121istrat lanqas biss da\u0127al fil-kwistjoni tat-ta\u0127wid li Mizzi kien imda\u0127\u0127al fih. Issa se jg\u0127id li l-Parlament espriema l-fidu\u010bja fih. U din hi appuntu r-ra\u0121uni g\u0127aliex il-membri parlamentari ma jistg\u0127ux jikkonfrontaw lill-gvern we\u0127idhom. Je\u0127tie\u0121 dejjem li jag\u0127mlu l-parti tag\u0127hom i\u017cda s-setg\u0127a li g\u0127andhom hi limitata.<\/p>\n<p>Il-mezzi tax-xandir indipendenti u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili huma rilevanti propju f&#8217;dan l-istadju. A\u0127na ma ng\u0127addux vot mhux g\u0127ax m&#8217;a\u0127niex demokrati\u010bi. Ma ng\u0127addux vot g\u0127aliex ma nixbg\u0127u qatt infakkru lill-politi\u010bi &#8211; kemm dawk onesti kif ukoll il-korrotti &#8211; li d-demokrazija ma tfissirx biss gvern tal-poplu. Tfisser ukoll gvern g\u0127all-poplu.<\/p>\n<p>I\u017cda Konrad Mizzi u Keith Schembri \u0127atfu s-setg\u0127a b&#8217;ri\u017cq il-but tag\u0127hom u, jg\u0127id x&#8217;jg\u0127id il-Parlament dwarhom, ma jista&#8217; qatt ikollna fidu\u010bja f&#8217;\u017cew\u0121 \u0127allelin li nqabdu fil-fatt. Daqs kemm ma jista&#8217; qatt ikollna fidu\u010bja f&#8217;min sal-lum baqa&#8217; jag\u0127tihom il-kenn.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-mozzjoni ta&#8217; sfidu\u010bja f&#8217;Konrad Mizzi li ppre\u017centa l-Partit Demokratiku hi importanti u kienet me\u0127tie\u0121a. Jekk il-Parlament ma jikkonfrontax lill-gvern, min huwa lest li jag\u0127mel dan? B&#8217;ri\u017cq l-istabilit\u00e0 l-gvernijiet jkunu je\u0127tie\u0121u l-appo\u0121\u0121 ta&#8217; ma\u0121\u0121oranza Parlamentari. Dan huwa \u0121ust u hekk g\u0127andu jkun. I\u017cda l-gvern g\u0127andu dejjem ikun kontabbli lejn il-minoranzi Parlamentari. U l-Parlament m&#8217;huwiex kompost biss [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":57545,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/58711\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=58711"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/58711\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":58718,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/58711\/revisions\/58718\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/57545\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=58711"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=58711"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=58711"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}