{"id":5930,"date":"2018-04-07T13:27:54","date_gmt":"2018-04-07T12:27:54","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5930"},"modified":"2018-04-08T16:18:44","modified_gmt":"2018-04-08T15:18:44","slug":"proporzjonatament-il-kampjun-minn-malta-misruq-minn-cambridge-analytica-hu-t-tieni-l-akbar-fl-ewropa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/proporzjonatament-il-kampjun-minn-malta-misruq-minn-cambridge-analytica-hu-t-tieni-l-akbar-fl-ewropa\/","title":{"rendered":"Proporzjonatament il-kampjun minn Malta misruq minn Cambridge Analytica hu t-tieni l-akbar fl-Ewropa"},"content":{"rendered":"<p>\u0126afna drabi il-fatti tkun trid ittemmag\u0127hom bl-img\u0127arfa.<\/p>\n<p>Bosta kienu t-<em>trolls<\/em> tas-soltu li kitbu kummenti stupidi fuq l-interent wara li xxandret l-a\u0127bar li Cambridge Analytica kienet serqet 6,000 <em>account<\/em> tal-Facebook minn Malta.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed b\u0127al donnu ried jurina l-g\u0127erf li jinsab im\u017cejjen bih meta kiteb: &#8220;x&#8217;ni\u0121u naqg\u0127u u nqumu minn 6000 <em>account<\/em> meta l-ma\u0121\u0121oranza li \u0121ab il-Labour kienet ta&#8217; 40,000?&#8221; Skond din il-&#8220;lo\u0121ika&#8221;, anke jekk wie\u0127ed kellu jie\u0127u in konsiderazzjoni li 6000 ru\u0127 \u0121ew manipulati bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; l-u\u017cu abbu\u017civ ta&#8217; informazzjoni personali &#8211; dejjem li kieku dawn kienu jivvotaw PN &#8211; tal-Labour xorta wa\u0127da kien jibqag\u0127lhom ma\u0121\u0121oranza ta&#8217; 28,000.<\/p>\n<p>A\u0127jar Alla jag\u0127tini s-sabar.<\/p>\n<p>\u0126add ma jista&#8217; jag\u0127milha fatta li l-manipulazzjoni li twettqet bis-sa\u0127\u0127a tas-serq ta&#8217; informazzjoni personali kien irnexxielha \u0121\u0121ibha \u017cew\u0121. Madankollu intqal \u0127afna diskors fis-sens r-ri\u017cultati ta&#8217; elezzjonijiet \u0121ew influwenzati b&#8217;mod li dawn spi\u010b\u010baw marru kontra x-xejra e\u017cistenti fil-pajji\u017ci li fihom ikunu saru l-elezzjonijiet.<\/p>\n<p>Is-6,000 huma kampjun li huwa wie\u0127ed imdaqqas.<\/p>\n<p>Bosta huma dawk li g\u0127adhom sal-lum ma jistg\u0127ux jifhmu r-regoli ba\u017ci\u010bi tal-istatistika u tal-probabilit\u00e0. Jekk wie\u0127ed isir jaf aktar dwar il-gosti u l-preferenzi ta&#8217; grupp ta&#8217; nies mag\u0127\u017cula bix-xorti, wie\u0127ed ikun jista&#8217; jbassar x&#8217;aktarx se jag\u0127mlu nies o\u0127rajn li jifhmuha u ja\u0127sbuha b\u0127alhom.<\/p>\n<p>Issa jekk wie\u0127ed jifhem sew x&#8217;inhuma x-xewqat ta&#8217; 100 ru\u0127, mir-reazzjonijiet li jkun hemm minn dan il-kampjun wie\u0127ed ikun jista&#8217; jbassar b&#8217;\u010bertu grad ta&#8217; \u010bertezza x&#8217;aktarx ikunu r-reazzjonijiet u x-xewqat ta&#8217; popolazzjoni s\u0127i\u0127a. Din i\u010b-\u010bertezza tonqos jekk ikollok kampjun ta&#8217; 80 minflok 100 u ti\u017cdied jekk ikollok kampjun ta&#8217; 200 minflok ta&#8217; 100.<\/p>\n<p>Dan kollu hu minn ewl id-dinja.<\/p>\n<p>Madankollu ssib xi <em>trolls<\/em> o\u0127ra li kitbu li minn Malta insterqu 6000 profil biss u li minn pajji\u017ci o\u0127ra insterqu aktar u allura ma kienx hemm daqshekk interess f&#8217;Malta.<\/p>\n<p>O Mulej ag\u0127tini aktar sabar.<\/p>\n<p>Il-livell ta\u010b-\u010bertezza jo\u0127ro\u0121 mill-proporzjon tal-kampjun b\u0127ala frazzjoni tal-popolazzjoni. Biex jin\u017camm l-istess livell ta&#8217; \u010bertezza, iktar ma tkun \u017cg\u0127ira l-popolazzjoni, il-kampjun li jittie\u0127ed je\u0127tie\u0121 li jkun proporzjonatament \u017cg\u0127ir ukoll.<\/p>\n<p>Mill-komunikazzjoni li g\u0127addiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Facebook jirri\u017culta li l-kampjun li ttie\u0127ed minn Malta huwa t-tieni l-akbar fl-Ewropa. B&#8217;hekk \u0121ejna kwa\u017ci &#8220;l-aqwa fl-Ewropa&#8221; g\u0127alkemm je\u0127tie\u0121 niftakru li l-kampjun li ttie\u0127ed mir-Renju Unit jinsab fl-ewwel post x&#8217;aktarx min\u0127abba x-xog\u0127ol li wettqet Cambridge Analytica fir-referendum dwar il-Brexit.<\/p>\n<p>Hawn ta\u0127t tista&#8217; ssib l-istatistika dwar il-kobor ta&#8217; kull kampjun b\u0127ala proporzjon tal-istatisika mag\u0127rufa ta&#8217; dawk li jag\u0127mlu u\u017cu mill-Facebook:<\/p>\n<p>Renju Unit 2.45%<\/p>\n<div>Malta 1.94%<\/div>\n<div>Irlanda 1.65%<\/div>\n<div>Rumanija 1.34%<\/div>\n<div>Slovenja 1.24%<\/div>\n<div>Kroazja 1.19%<\/div>\n<div>Gre\u010bja 1.18%<\/div>\n<div>Danimarka 1.13%<\/div>\n<div>Portugall 1.09%<\/div>\n<div>Bulgarija 1.08%<\/div>\n<div>Litwanja 1.08%<\/div>\n<div><\/div>\n<div>Il-bqija jinsabu ta\u0127t il-1%; il-Polonja g\u0127andha l-inqas per\u010bentwali b&#8217;0.41%.<\/div>\n<div><\/div>\n<div>Hemm xi \u0127add li verament xtaq ikun jaf int kif ta\u0127sibha.<\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0126afna drabi il-fatti tkun trid ittemmag\u0127hom bl-img\u0127arfa. Bosta kienu t-trolls tas-soltu li kitbu kummenti stupidi fuq l-interent wara li xxandret l-a\u0127bar li Cambridge Analytica kienet serqet 6,000 account tal-Facebook minn Malta. Wie\u0127ed b\u0127al donnu ried jurina l-g\u0127erf li jinsab im\u017cejjen bih meta kiteb: &#8220;x&#8217;ni\u0121u naqg\u0127u u nqumu minn 6000 account meta l-ma\u0121\u0121oranza li \u0121ab il-Labour [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5930\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5930"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5930\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5984,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5930\/revisions\/5984\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5930"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5930"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5930"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}