{"id":5952,"date":"2018-04-07T12:24:48","date_gmt":"2018-04-07T11:24:48","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5952"},"modified":"2018-04-08T16:16:21","modified_gmt":"2018-04-08T15:16:21","slug":"cambridge-analytica-serqet-informazzjoni-personali-mill-facebook-ghax-xi-hadd-fmalta-inqeda-bis-servizzi-taghha","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/cambridge-analytica-serqet-informazzjoni-personali-mill-facebook-ghax-xi-hadd-fmalta-inqeda-bis-servizzi-taghha\/","title":{"rendered":"Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali mill-Facebook g\u0127ax xi \u0127add f&#8217;Malta inqeda&#8217; bis-servizzi tag\u0127ha"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/mobile\/articles\/view\/20180407\/local\/more-than-6000-maltese-facebook-users-have-had-their-data-harvested.675646?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u0126er\u0121in aktar provi li Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali minn Facebook accounts Maltin.<\/a><\/p>\n<p>Din l-informazzjoni personali g\u0127ala kienu je\u0127ti\u0121uha? \u0120ew b\u017conn din l-informazzjoni personali biex ikunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-profitti huma u jipprovdu servizz lil \u010bertu klijent minn Malta. Cambridge Analytica u sidha l-SCL jaqdu tip spe\u010bifiku ta&#8217; klijent: partiti politi\u010bi u kandidati politi\u010bi.<\/p>\n<p>Xi \u0127add f&#8217;Malta g\u0127amel u\u017cu minn kampjun imdaqqas sew ta&#8217; 6000 profil bil-g\u0127an li dak li jdejjaq jew li jbe\u017c\u017ca&#8217; lill-votanti u r-reazzjonijiet intuwittivi tag\u0127hom ji\u0121u manipulati b&#8217;manjiera li mbag\u0127ad i\u0121\u0121ieg\u0127elhom jivvutaw b&#8217;\u010bertu mod.<\/p>\n<p>Kandidati li jo\u0127or\u0121u g\u0127all-politika attiva suppost qeg\u0127din hemm biex, matul il-kampanji elettorali, ji\u017cviluppaw l-ideat u l-politika tag\u0127hom bil-g\u0127an li, b&#8217;mod trasparenti, jipperswadu lill-votanti biex jivvutawlhom.<\/p>\n<p>I\u017cda bl-u\u017cu ta&#8217; informazzjoni personali biex wie\u0127ed isir jaf b&#8217;mod psikolo\u0121iku votant kif ja\u0127sibha, il-qsim tal-ideat u l-u\u017cu tar-ra\u0121uni jintefg\u0127u &#8216;l ba\u0127ar filwaqt li t-t\u0127addim tal-istint u l-pre\u0121udizzji jing\u0127ataw is-sopravvent.<\/p>\n<p>Dak huwa li jse\u0127\u0127 fl-isfond ta&#8217; elezzjonijiet li, ma&#8217; l-ewwel daqqa t&#8217;g\u0127ajn, ikunu qed jindikaw xejra favur na\u0127a wa\u0127da. Mhux importanti l-argumenti validi kontra t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jew kontra li jkun hemm buffu b\u0127ala president tal-Istati Uniti jew kontra l-korruzzjoni fil-politika &#8211; l-importanti biss l-battalja-spettaklu li tkun g\u0127addejja fil-mezzi tax-xandir.<\/p>\n<p>I\u017cda din mhix battalja li qed tinfluwenza l-qlub u l-im\u0127u\u0127 ta&#8217; bosta votanti.<\/p>\n<p>Il-vera battalja qed ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda fuq il-<em>mobiles<\/em> u fuq l-i<em>screens<\/em> tal-komputer fejn ir-riklami u l-a\u0127barijiet &#8211; mhux importanti dawn ikunux foloz jew le &#8211; ji\u0121u mmirati lejn votanti spe\u010bifi\u010bi bil-g\u0127an li ti\u0121i provokata reazzjoni kwa\u017ci awtonoma.<\/p>\n<p>Il-kwistjoni dwar Cambridge Analytica mhix biss dwar il-ksur tal-privatezza tan-nies. Hi wkoll theddida serja g\u0127ad-demokrazija.<\/p>\n<p>Xi \u0127add f&#8217;Malta g\u0127amel u\u017cu minn dan il-metodu biex ikun jista&#8217; jimmanipula l-burdati u l-attitudnijiet tan-nies u, fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, biex jimmanipula r-ri\u017cultati elettorali. Kelliema tal-gvern qed ig\u0127idu li din hi biss &#8216;\u0127rafa&#8221;.<\/p>\n<p>Is-serq ta&#8217; informazzjoni personali m&#8217;hux qed ise\u0127\u0127 biss minn fuq il-Facebook. Qed ise\u0127\u0127 ukoll bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; <em>apps<\/em> li jinsabu fil-<em>mobiles<\/em> ta&#8217; persuni mqeg\u0127din fil-mira u bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; hekk informazzjoni dwar dawn il-persuni qed titti\u0127dilhom minn wara dahrhom.<\/p>\n<p>Meta jkollok f&#8217;idejk 6000 profil misruqa minn Malta, ikollok ukoll f&#8217;idejk stampa statistikament \u010bara dwar ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tal-membri tad-diversi oqsma tas-so\u010bjet\u00e0 u &#8211; aktar importanti &#8211; dwar dak kollu li jbe\u017c\u017cag\u0127hom. Paragunati mat-2.7 miljun profil misruqa minn madwar l-Ewropa, is-sitt elef profil misruqa minn Malta huma kampjun sproporzjonatement g\u0127oli ferm. Dan hu attentat sistematiku &#8211; attentat li spi\u010b\u010ba ressaq il-bo\u010b\u010ba qrib il-likk &#8211; biex wie\u0127ed ikun jista&#8217; jifhem ix-xewqat tan-nies ferm qabel jirrealizzaw li dawn huma fil-fatt ix-xewqat tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li \u0121udikant fl-appelli dwar id-<em>data protection<\/em> wriet it-t\u0127assib tag\u0127ha hekk kif xi \u0127add \u0127are\u0121 bl-idea li jirre\u0121istra l-ismijiet ta&#8217; dawk kollha li bi \u0127siebhom jattendu g\u0127all-<em>Isle of MTV<\/em>.<\/p>\n<p>Sirna qisna \u0127rief mi\u0121burin g\u0127all-qatla. U, b\u0127all-\u0127rief, fer\u0127anin se ntiru li se j\u0127anxrulna g\u0127onqna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u0126er\u0121in aktar provi li Cambridge Analytica serqet informazzjoni personali minn Facebook accounts Maltin. Din l-informazzjoni personali g\u0127ala kienu je\u0127ti\u0121uha? \u0120ew b\u017conn din l-informazzjoni personali biex ikunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-profitti huma u jipprovdu servizz lil \u010bertu klijent minn Malta. Cambridge Analytica u sidha l-SCL jaqdu tip spe\u010bifiku ta&#8217; klijent: partiti politi\u010bi u kandidati politi\u010bi. Xi \u0127add [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5907,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5952\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5952"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5952\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":5983,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5952\/revisions\/5983\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5907\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5952"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5952"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5952"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}