{"id":5997,"date":"2018-04-08T16:09:45","date_gmt":"2018-04-08T15:09:45","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=5997"},"modified":"2018-04-09T17:38:11","modified_gmt":"2018-04-09T16:38:11","slug":"ta-henley-kienu-talbu-lil-sclcambridge-analytica-tintroducihom-ma-joseph-muscat-fl-2011","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/ta-henley-kienu-talbu-lil-sclcambridge-analytica-tintroducihom-ma-joseph-muscat-fl-2011\/","title":{"rendered":"Ta&#8217; Henley kienu talbu lil SCL\/Cambridge Analytica tintrodu\u010bihom ma&#8217; Joseph Muscat fl-2011"},"content":{"rendered":"<p>Korrispondenza bejn Christian Kaelin ta&#8217; Henley &amp; Partners u l-SCL Group turi li Kaelin kien talab lil SCL tintrodu\u010bih ma&#8217; Joseph Muscat f&#8217;\u0120unju 2011. Dak i\u017c-\u017cmien f&#8217;Malta kien hawn gvern tal-PN immexxi minn Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kien ilu Kap tal-Oppo\u017cizzjoni tliet snin.<\/p>\n<p>Il-korrispondenza tindika li SCL &#8211; li aktar tard waqqfet il-kumpanija Cambridge Analytica &#8211; kien ilha tag\u0127ti l-pariri lill-Partit Laburista ta&#8217; Malta g\u0127al diversi snin qabel l-elezzjoni \u0121enerali tal-2013.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5619 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/christian-kalin-joseph-muscat-keith-schembri-300x200.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/christian-kalin-joseph-muscat-keith-schembri-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/christian-kalin-joseph-muscat-keith-schembri-406x270.jpg 406w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/03\/christian-kalin-joseph-muscat-keith-schembri.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>L-istess korrispondenza ti\u017cvela wkoll l-ewwel tentattivi minn Henley &amp; Partners biex jibnu relazzjoni mal-Partit Laburista li inqas minn sentejn wara appuntahom biex ikunu responsabbli esklussivament mill-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza Maltija.<\/p>\n<p>Henley &amp; Partners u l-SCL ikkollaboraw b&#8217;mod regolari f&#8217;diversi \u0121urisdizzjonijiet fuq pro\u0121etti kon\u0121unti, b&#8217;mod partikolari f&#8217;St Kitts &amp; Nevis u fi Grenada fejn l-SCL assistiet lil Henley &amp; Partners biex ti\u017cgura li jer\u0121g\u0127u ji\u0121u eletti fil-gvern partiti politi\u010bi li kienu favur il-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza u, fil-ka\u017c ta&#8217; Grenada, iffa\u010bilitat il-kollass tal-partit tal-oppo\u017cizzjoni wara li dan mexxa kampanja biex titne\u0127\u0127a l-iskema tal-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza.<\/p>\n<p>Fi \u017cvilupp separat, Delara Taylor, li huwa <em>shareholder<\/em> ta&#8217; Henley &amp; Partners Russia &#8211; kumpanija sussidjarja ta&#8217; Henley &amp; Partners &#8211; qed jikkontesta l-elezzjoni interna li qed issir g\u0127all-e\u017cekuttiv tal-partit prin\u010bipali tal-oppo\u017cizzjoni ta&#8217; St Kitts &amp; Nevis.<\/p>\n<p>Il-korrispondenza tal-2011 bejn Henley and Partners u SCL turi li wara li talab lil SCL biex tlaqqg\u0127u mal-Partit Laburista ta&#8217; Malta, Christian Kaelin informa wkoll lill-SCL li kien se jipprova jsib mezz kif jiltaqa&#8217; mal-Partit Nazzjonalista. F&#8217;dan il-ka\u017c SCL ma setg\u0127etx tg\u0127in lil Kaelin g\u0127ax ma kellha l-ebda kuntatti fil-PN.<\/p>\n<p>Fil-fatt Christian Kaelin \u017car lill-PN fis-sajf tal-2011 wara li rnexxielu jasal permezz tal-membru parlamentari David Agius, li llum huwa Vi\u010bi Kap tal-PN.<\/p>\n<p>Sorsi qalu li Christian Kaelin ippropona skema tal-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza lill-PN imma l-PN ma wera l-ebda interess f&#8217;dan il-pro\u0121ett. Minn dakinhar ma nstema&#8217; xejn i\u017cjed dwar Christian Kaelin sa ma re\u0121a&#8217; tfa\u010b\u010ba fl-2013 b\u0127ala l-g\u0127a\u017cla preferuta ta&#8217; Joseph Muscat g\u0127at-t\u0127addim tal-iskema tal-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza.<\/p>\n<p>Tmintax-il xahar wara l-ewwel tentattivi ta&#8217; Kaelin biex jinvolvi ru\u0127u f&#8217;Malta, f&#8217;Novembru 2012, Alexander Nix mill-kumpanija SCL &#8211; li aktar tard kellu jmexxi lil Cambridge Analytica sakemm kien im\u0121ieg\u0127el jirri\u017cenja ftit \u0121img\u0127at ilu hekk kif faqqa&#8217; l-iskandlu tal-manipulazzjoni tad-<em>data<\/em> u l-kampanji mimlija manuvri ma\u0127mu\u0121in &#8211; iltaqa&#8217; mal-Partit Nazzjonalista biex jipproponilu li jassistih fl-elezzjoni li kellha ssir xahrejn wara, fl-ewwel \u0121img\u0127a ta&#8217; Marzu.<\/p>\n<p><img class=\"size-medium wp-image-5981 alignleft\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/180320-alexander-nix-ew-449p_f9f95f7bef10a9bfc0b64fee95554157.focal-760x380-300x150.jpg\" alt=\"\" width=\"300\" height=\"150\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/180320-alexander-nix-ew-449p_f9f95f7bef10a9bfc0b64fee95554157.focal-760x380-300x150.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/180320-alexander-nix-ew-449p_f9f95f7bef10a9bfc0b64fee95554157.focal-760x380-540x270.jpg 540w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/180320-alexander-nix-ew-449p_f9f95f7bef10a9bfc0b64fee95554157.focal-760x380.jpg 760w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/>Il-proposta ta&#8217; Alexander Nix ma tte\u0127ditx bis-serjet\u00e0 mill-PN dakinhar min\u0127abba li \u017c-\u017cjara tieg\u0127u ntqieset b\u0127ala suspettu\u017ca qrib \u0127afna tal-elezzjoni, aktar u aktar f&#8217;dak l-istadju meta kien di\u0121\u00e0 tard wisq biex ji\u0121u \u017cviluppati xi inizjattivi li setg\u0127u jservu g\u0127al xi \u0127a\u0121a. Uffi\u010bjali tal-PN \u0127assew ukoll li anke n-natura ta\u017c-\u017cjara ta&#8217; Alexander Nix, li \u0127add ma kien staqsa g\u0127alih, kienet wa\u0127da suspettu\u017ca.<\/p>\n<p>Eksuffi\u010bjali tal-PN li tkellmu mieg\u0127i b&#8217;mod kunfidenzjali spjegaw li l-avvenimenti li se\u0127\u0127ew wara kkonfermaw is-suspett li kellhom dakinhar li l-SCL kienet avvi\u010binat lill-PN biex tipprova tilag\u0127bu, \u0127alli tikseb informazzjoni li setg\u0127et tkun utli g\u0127all-kampanja tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>L-informazzjoni fil-korrispondenza Henley &amp; Partners &#8211; SCL \u017cvelata minn The Spectator tikkonferma li \u017c-\u017cew\u0121 organizzazzjonijiet \u0127admu id f&#8217;id b&#8217;mod konsistenti f&#8217;diversi pajji\u017ci u g\u0127amlu l-istess f&#8217;Malta sa mill-2011 qabel i\u017c-\u017cmien meta l-Labour kien \u0127abbar il-famu\u017ca &#8216;roadmap&#8217; tieg\u0127u li kellha tinkludi b\u0127ala l-ewwel tappa importanti tag\u0127ha l-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza Maltija.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Korrispondenza bejn Christian Kaelin ta&#8217; Henley &amp; Partners u l-SCL Group turi li Kaelin kien talab lil SCL tintrodu\u010bih ma&#8217; Joseph Muscat f&#8217;\u0120unju 2011. Dak i\u017c-\u017cmien f&#8217;Malta kien hawn gvern tal-PN immexxi minn Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kien ilu Kap tal-Oppo\u017cizzjoni tliet snin. Il-korrispondenza tindika li SCL &#8211; li aktar tard waqqfet il-kumpanija Cambridge [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5981,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5997\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=5997"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5997\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6006,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5997\/revisions\/6006\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5981\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=5997"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=5997"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=5997"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}