{"id":6015,"date":"2018-04-09T17:25:41","date_gmt":"2018-04-09T16:25:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6015"},"modified":"2018-04-09T19:36:56","modified_gmt":"2018-04-09T18:36:56","slug":"euromoney-bla-fiducja-fmalta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/euromoney-bla-fiducja-fmalta\/","title":{"rendered":"EUROMONEY: &#8220;Bla fidu\u010bja f&#8217;Malta&#8221;"},"content":{"rendered":"<p>An\u0121lu Farrugia bla dubju g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li jag\u0127ti l-kenn lil Keith Schembri u li je\u017centah milli jwie\u0121eb g\u0127all-mistoqsija dwar jekk Schembri kienx wie\u0127ed mill-mistednin g\u0127at-tie\u0121 ta&#8217; Ali Sadr li kien sar fil-Four Seasons f&#8217;Firenze.<\/p>\n<p>I\u017cda \u010bertament ma jistax jipprote\u0121i lil Malta mill-konsegwenzi tal-\u0127biberija li te\u017cisti bejn Keith Schembri, Ali Sadr u l-bqija tal-klikka tal-\u0127allelin li \u0127atfu lil pajji\u017cna biex jaqdu l-interessi personali tag\u0127hom a skapitu tal-interessi tal-poplu.<\/p>\n<p>Min jaf, forsi An\u0121lu Farrugia issa jit\u0127ajjar ju\u017ca l-poteri kbar li g\u0127andu biex jipperswadi lil Euromoney, rivista <em>online<\/em> li tispe\u010bjalizza fil-banek u l-finanzi u li tinqara&#8217; minn investituri madwar id-dinja, li dak li kitbet illum intitolat &#8220;Il-<a href=\"https:\/\/www.euromoney.com\/article\/b17pq3ck38884y\/banking-no-trust-in-malta\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Banek: nuqqas ta&#8217; fidu\u010bja f&#8217;Malta<\/a>&#8221; mhuwiex \u0121ustifikat.<\/p>\n<p>U \u017cgur li \u0121ustifikat it-titlu.<\/p>\n<p>Illum kont qed nit\u0127addet ma&#8217; ekonomista veteran ta&#8217; esperjenza kbira li kien ta pariri lil diversi gvernijiet u negozji dwar l-istrate\u0121ija me\u0127tie\u0121a biex jit\u0127ejja programm ta&#8217; \u017cvilupp g\u0127al Malta. Ma qalli xejn \u0121did. Qalli li \u0127ames snin ilu Malta kellha dehra ta&#8217; pajji\u017c li kellu &#8220;storja ta&#8217; su\u010b\u010bess&#8221;. Pajji\u017ci zg\u0127ar madwar id-dinja kien jqisu lil Malta b\u0127ala e\u017cempju g\u0127al \u0127addie\u0127or. Pajji\u017ci akbar kienu jieqfu biex jisimg\u0127u meta kienet titkellem Malta.<\/p>\n<p>I\u017cda issa tlifna l-fidu\u010bja tad-dinja. U meta titlef il-fidu\u010bja, diffi\u010bli li ter\u0121a&#8217; tirba\u0127ha lura. Ta&#8217; dan kollu g\u0127andna g\u0127ax nirringrazzjaw lil Joseph Muscat u l-istediniet g\u0127at-ti\u0121ijiet li a\u010b\u010betta &#8212; u g\u0127al dak kollu li kien lest jag\u0127mel g\u0127al \u0127allelin b\u0127al Ali Sadr u o\u0127rajn li g\u0127adhom ma kilux il-\u0127abs. M&#8217;a\u0127niex il-bog\u0127od milli jibdew iqisuna b\u0127ala pajji\u017c li ma jistax ji\u0121i fdat.<\/p>\n<p>Araw x&#8217;g\u0127amiltu! G\u0127affi\u0121tuha!<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>An\u0121lu Farrugia bla dubju g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li jag\u0127ti l-kenn lil Keith Schembri u li je\u017centah milli jwie\u0121eb g\u0127all-mistoqsija dwar jekk Schembri kienx wie\u0127ed mill-mistednin g\u0127at-tie\u0121 ta&#8217; Ali Sadr li kien sar fil-Four Seasons f&#8217;Firenze. I\u017cda \u010bertament ma jistax jipprote\u0121i lil Malta mill-konsegwenzi tal-\u0127biberija li te\u017cisti bejn Keith Schembri, Ali Sadr u l-bqija tal-klikka tal-\u0127allelin li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6004,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6015\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6015"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6015\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6026,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6015\/revisions\/6026\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6004\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6015"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6015"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6015"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}