{"id":6040,"date":"2018-04-10T14:04:58","date_gmt":"2018-04-10T12:04:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6040"},"modified":"2018-04-10T15:08:03","modified_gmt":"2018-04-10T13:08:03","slug":"il-kwistjoni-tal-istampa-ta-malta-mal-barranin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/il-kwistjoni-tal-istampa-ta-malta-mal-barranin\/","title":{"rendered":"Il-Kwistjoni tal-istampa ta&#8217; Malta mal-barranin"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"http:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2018-04-09\/local-news\/Former-orizzont-editor-now-PM-consultant-to-contest-MEP-election-6736187697\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Josef Caruana jistqarr li jrid isir MEP<\/a> biex jikkumpensa g\u0127an-Nazzjonalisti kiefra li qed ipo\u0121\u0121u lil Malta f&#8217;dawk ikrah mad-dinja kollha.<\/p>\n<p>\u0126a n\u0127arsu naqra lejn it-track record ta&#8217; Josef Caruana mela, tridux?\u00a0 U se n\u017commu biss mal-avvenimenti ewlenin.<\/p>\n<p>Josef Caruana kien l-editur ta&#8217; l-orizzont, il-gazzetta tal-General Workors&#8217; Union.\u00a0 Ilbiera\u0127, il-Malta Indipendent fa\u0127\u0127ritu \u0121mielha meta qaltlu li huwa membru tal-&#8216;industrija tal-gazzetti&#8221;. Fil-verit\u00e0 huwa membru tal-industrija tal-propaganda tal-istat, imma ejja ma nin\u0127lewx infaqqg\u0127u l-a\u0121\u0121ettivi.<\/p>\n<p>Meta kien editur, kiteb dan il-kliem:<\/p>\n<p>\u201cIn-nies qalu LE g\u0127all-<em>blogging<\/em> tal-odju u g\u0127al dawk it-taparsi \u0121urnalisti ddettati mall-a\u0121enda Nazzjonalista ta&#8217; mibeg\u0127da.\u00a0 Rajna d-dg\u0127ufija ta&#8217; \u0121urnalisti bla sinsla li kienu kuntenti rekbin fuq il-karru, li jimxi biss b&#8217;qerq u mibeg\u0127da fil-qala (flok ri\u0127), b\u0127al\u00a0Daphne Caruana Galizia, Ivan Camilleri, Jacob Borg, Mario Frendo, Neil Camilleri u Pierre Portelli. Dawn u o\u0127rajn, li kellhom apendi i\u017cjed personali, b\u0127al Joe Borg u David Thake,iridu jbaxxu rashom quddiem il-verdett u jisparixxu mill-\u0121urnalizmu.\u00a0 Il-poplu tkellem u g\u0127a\u017cel&#8230;u g\u0127andu ji\u0121i rrispettat. Il-poplu jag\u0127mlek u l-poplu jwarrbek.<\/p>\n<p>\u201cHu l-waqt li l-lifg\u0127at ma jkomplux jisqu veleni lil \u0121ensna.\u00a0 Issa \u017cmien ta&#8217; rikon\u010biljazzjoni u g\u0127aqda. Qabel dan ise\u0127\u0127 irid jibda l-pro\u010bess ta&#8217; tindif.\u00a0 B&#8217;hekk nibqg\u0127u mexjin lejn l-aqwa \u017cmien\u201d.<\/p>\n<p>Ftit jiem wara li kiteb din is-silta mimlija intimidazzjoni faxxista, lil Daphne Caruana Galizia qatluha.<\/p>\n<p>Kitbietu, bil-Malti, ma kinux qed jidhru mill-ewwel fit-tiftix tal-Google.\u00a0 Allura malajr ittradu\u010bejtlu kliemu jien u kien hekk li Josef Caruana beda jitfag\u0127na f&#8217;dawl sabi\u0127 mal-bqija tad-dinja.<\/p>\n<p>Il-General Workors&#8217; Union, li t\u0127addmu, ma setg\u0127etx tiddefendi lil xi \u0127add li jikteb dwar il-\u0121urnalisti li jridu &#8216;jitnaddfu&#8217;, &#8216;jitne\u0127\u0127ew&#8217; u &#8216;jisparixxu&#8217;.<\/p>\n<p>Allura telaq.\u00a0 U min impjegah imbag\u0127ad?\u00a0 Joseph Muscat, mhux hekk!\u00a0 Da\u0127\u0127lu b\u0127ala parti mill-istaff personali tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Filwaqt li jippontifika dwar l-g\u0127aqda u t-tolleranza kollu fjuri ma&#8217; rasu, Joseph Muscat qabbad lil dal-faxxist, li mo\u0127\u0127u biex iwarrab lill-\u0121urnalisti min-nofs, b\u0127ala parti mill-istaff personali tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Li beda l-petizzjoni biex il-Papa ine\u0127\u0127i lill-Ar\u010bisqof, min\u0127abba bi\u010b\u010ba fake news li vvinta hu stess.<\/p>\n<p>Joseph Muscat malajr ikkjarifika li l-kampanja ta&#8217; mibeg\u0127da online kontra Charles Scicluna ma tirriflettix il-politika tal-gvern.\u00a0 Imma ke\u010b\u010bih?\u00a0 Talbu jirri\u017cenja?\u00a0 \u0126assu xortih tajba?<\/p>\n<p>Le, approvalu n-nominazzjoni tieg\u0127u b\u0127ala kandidat tal-Partit Laburista g\u0127all-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>Issa d-dinja g\u0127andha stampa ta&#8217; Malta mmexxija minn gvern ta&#8217; faxxisti, li mo\u0127\u0127hom biex iwarrbu l-\u0121urnalisti min-nofs, li lesti li jigdbu biex ine\u0127\u0127u lill-Ar\u010bisqof.<\/p>\n<p>Il-missjoni ta&#8217; Josef Caruana hi li jag\u0127milna nidhru sbie\u0127 ilkoll kemm a\u0127na.\u00a0 M&#8217;hawx g\u0127alih, sejjer tajjeb immens.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Josef Caruana jistqarr li jrid isir MEP biex jikkumpensa g\u0127an-Nazzjonalisti kiefra li qed ipo\u0121\u0121u lil Malta f&#8217;dawk ikrah mad-dinja kollha. \u0126a n\u0127arsu naqra lejn it-track record ta&#8217; Josef Caruana mela, tridux?\u00a0 U se n\u017commu biss mal-avvenimenti ewlenin. Josef Caruana kien l-editur ta&#8217; l-orizzont, il-gazzetta tal-General Workors&#8217; Union.\u00a0 Ilbiera\u0127, il-Malta Indipendent fa\u0127\u0127ritu \u0121mielha meta qaltlu li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6037,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6040\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6040"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6040\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6045,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6040\/revisions\/6045\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6037\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6040"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6040"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6040"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}