{"id":60844,"date":"2018-11-28T18:12:55","date_gmt":"2018-11-28T17:12:55","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=60844"},"modified":"2018-11-29T07:10:48","modified_gmt":"2018-11-29T06:10:48","slug":"il-kont-tieghek-tad-dawl-u-l-ilma-qed-jigik-bil-gholi-minhabba-n-negozju-korrott-li-sar-ma-tal-electrogas-dan-qed-ighidu-l-awditur-generali-wkoll","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/11\/il-kont-tieghek-tad-dawl-u-l-ilma-qed-jigik-bil-gholi-minhabba-n-negozju-korrott-li-sar-ma-tal-electrogas-dan-qed-ighidu-l-awditur-generali-wkoll\/","title":{"rendered":"Il-kont tieg\u0127ek tad-dawl u l-ilma qed ji\u0121ik bil-g\u0127oli min\u0127abba n-negozju korrott li sar ma&#8217; tal-Electrogas. Dan qed ig\u0127idu l-Awditur \u0120enerali wkoll."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-large wp-image-60610\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-1024x576.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/11\/konrad-mizzi-2-1200x675.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Illum l-Awditur \u0120enerali xandar ir-rapport tieg\u0127u ta&#8217; 600 pa\u0121na dwar il-kuntratt tal-<em>power station<\/em>. Rapport li jsemmi n-nuqqasijiet kbar li nstabu li lkoll kemm huma jindikaw li kien hemm il-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Wa\u0127da mis-sejbiet mill-aktar sinjifikanti tar-rapport hi li l-Enemalta kienet idde\u010bidiet li to\u0127ro\u0121 il-kuntratt tal-<em>power station<\/em> bil-mod mg\u0127a\u0121\u0121el li \u0127ar\u0121itu, ftit jiem biss wara li tal-Labour \u0127adu f&#8217;idejhom ir-riedni tal-gvern fl-2013. L-Awditur qal li, b&#8217;ri\u0127et din l-g\u0127a\u0121\u0121la kollha, ma kienx sar paragun serju bejn il-metodu li ntag\u0127\u017cel u bejn metodi o\u0127rajn b\u0127al, per e\u017cempju, x-xiri mill-Enemalta tal-apparat u t-tmexxija minnha stess tal-<em>power<\/em> <em>station<\/em> u dan minflok ix-xiri tal-ener\u0121ija ming\u0127and sid il-<em>power<\/em> <em>station<\/em>.<\/p>\n<p>X&#8217;hemm sinjifikanti f&#8217;dan kollu? Huwa ferm sinjifikanti l-fatt l-Awditur qabad lil tal-Labour f&#8217;gidba &#8211; gidba li komplew jirripetuha f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar \u0121img\u0127at. M&#8217;hemmx dubju li n-negozju dwar il-<em>power<\/em> <em>station<\/em> kien di\u0121\u00e0 miftiehem minn qabel l-elezzjoni tal-2013 u malli tal-Labour \u0127adu r-riedni tal-gvern, il-ftehim li kienu la\u0127qu mponewh fuq l-Enemalta. Din ma kienet xejn \u0127lief indikazzjoni \u010bara ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Fl-istess \u017cmien li Brian Tonna tqabbad minn Konrad Mizzi u minn Keith Schembri biex jo\u0127loqilhom il-kumpanniji sigrieti fil-Panama, Brian Tonna kien \u0121ie mqabbad biex jag\u0127\u017cel ir-rebbie\u0127 tal-kuntratt tal-Electrogas. Din ma kienet xejn \u0127lief indikazzjoni \u010bara ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Ir-rapport tal-Awditur isemmi wkoll it-ta\u0127wid u t-tba\u017cwir a skapitu tal-konsumaturi li sar mill-gvern biex jara li \u017cgur ise\u0127\u0127 in-negozju li kien ftiehem dwaru qabel l-elezzjoni tal-2013. L-Awditur qal li t-trasferiment tal-ishma fil-Gasol ma messux t\u0127alla jsir wara li l-istess Gasol kienet falliet. U li kieku ma sarx it-trasferiment tal-ishma, tas-Socar, ta&#8217; Tumas, ta&#8217; Gasan, Apap Bologna u tas-Siemens kienu jitilfu n-negozju. Ir-ri\u017cultat kien li l-gvern kiser ir-regolamenti tieg\u0127u stess biex in-negozju seta&#8217; jin\u017camm fil-wi\u010b\u010b. Din ma kienet xejn \u0127lief indikazzjoni \u010bara ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Sa qabel l-elezzjoni tal-2013 Konrad Mizzi kien di\u0121\u00e0 mda\u0127\u0127al fin-negozju tal-<em>power station<\/em>, wara l-elezzjoni n\u0127atar Ministru tal-Ener\u0121ija u meta, min\u0127abba l-<em>Panama Papers<\/em>, tilef postu u n\u0127atar Ministru tat-Turi\u017cmu, xorta wa\u0127da baqa&#8217; jinnegozja mal-Electrogas. L-Awditur baqa&#8217; skantat kif Ministru tat-Turi\u017cmu t\u0127alla jiffirma kuntratti mal-fornitur tal-ener\u0121ija qisu mhux hu. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Skond l-Awditur, il-gvern da\u0127al f&#8217;riskju kbir u kiser ir-regolamenti tieg\u0127u stess meta ta garanziji biex tal-Electrogas setg\u0127u jissellfu: il-gvern espona ru\u0127u g\u0127al riskji li ma jag\u0127mlux sens kummer\u010bjali. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Minbarra l-garanziji, l-gvern g\u0127amel preferenza ma&#8217; tal-Electrogas fuq kompetituri o\u0127ra g\u0127all-kuntratt. Fi kliem ie\u0127or, li kieku l-kuntratt bl-istess kundizzjonijiet li ng\u0127ataw lil tal-Electrogas, ing\u0127ata lil kuntratturi o\u0127rajn, dawn kienu jkunu f&#8217;po\u017cizzjoni li jag\u0127mlu l-istess xog\u0127ol bi prezz or\u0127os. Indikazzjoni o\u0127ra \u010bara ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Minkejja l-fatt li tal-Electrogas ma \u017cammewx konformi mal-kundizzjonijiet, l-offerta tag\u0127hom xorta wa\u0127da \u0121iet a\u010b\u010bettata. Offerti o\u0127ra li ma \u017cammewx konformi mal-kundizzjonijiet kienu twarrbu mill-kumitat tal-g\u0127a\u017cla. I\u017cda l-offerta tal-Electrogas \u0121iet a\u010b\u010bettata. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Fil-frattemp, l-Awditur issuspetta li minn na\u0127a tan-Nexia BT l-affari kienet qed tinten. Dawn kienu fuq il-bord tal-g\u0127a\u017cla li g\u0127a\u017cel lil tal- Electrogas u kienu wkoll l-awdituri ta&#8217; kumpannija li s-sidien tag\u0127ha huma ta&#8217; Tumas, ta&#8217; Gasan u Apap Bologna li hi wkoll sid ta&#8217; terz tal-Electrogas. Minn na\u0127a tag\u0127hom, tal-Electrogas qalu li tan-Nexia kienu saru l-awdituri tag\u0127hom wara li kienet intg\u0127a\u017clet l-offerta, i\u017cda l-Awditur dan ma setax jinkkonfermah. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>Skond l-Awditur, in-negozju li sar dwar il-<em>power station<\/em> kien wie\u0127ed jinten. Bi\u017c\u017cejjed wie\u0127ed isemmi li l-kuntratt tne\u0127\u0127ewlu l-kundizzjonijiet li soltu jidda\u0127\u0127lu f&#8217;kuntratti ta&#8217; din in-natura. U mbag\u0127ad komplew tne\u0127\u0127ew aktar kundizzjonijiet sakemm \u0121ie ffirmat il-kuntratt. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>L-Awditur skopra li l-konsumaturi Maltin qeg\u0127din i\u0127allsu (skond ir-rati tal-llum) \u20ac10 miljun aktar kull 15 il-xahar li jinxtara l-elettriku ming\u0127and tal-Electrogas minflok mill-<em>interconnector<\/em> li tal-Labour kienu wirtu minn \u017cmien il-gvern ta&#8217; Gonzi. Je\u0127tie\u0121 niftakru li l-Enemalta issa tinsab marbuta li tixtri l-elettriku ming\u0127and tal-Electrogas anke jekk l-elettriku ma jintu\u017cax u l-prezz se jibqa&#8217; fiss anki jekk jinstab elettriku minn band&#8217;o\u0127ra li jkun ir\u0127as. Indikazzjoni \u010bara o\u0127ra ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p>L-Awditur g\u0127amilhielna \u010bara li, min\u0127abba l-korruzzjoni, l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li qeg\u0127din in\u0127allsu huma aktar g\u0127oljin milli suppost ikunu. Il-gvern issa qed ig\u0127id li r-rapport tal-Awditur qed jag\u0127tih ra\u0121un. U Konrad Mizzi bil\u0121ri \u0127are\u0121 ig\u0127id li r-rapport &#8220;juri&#8221; li l-allegazzjonijiet ta&#8217; korruzzjoni huma bla ba\u017ci.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi bir-ra\u0121un jassumi li l-kotra tan-nies m&#8217;hix se toqg\u0127od taqra&#8217; s-600 pa\u0121na tar-rapport tal-Awditur. Jien stess g\u0127adni ma qrajtux kollu. I\u017cda bi \u0127siebni naqrah kollu. G\u0127aliex ir-rapport fih id-dettalji ta&#8217; dak kollu li g\u0127amlu Konrad Mizzi and Keith Schembri biex jassiguraw li jse\u0127\u0127 in-negozju mas-sid tas-<em>17 Black<\/em> li, minn na\u0127a tieg\u0127u, kien wieg\u0127ed li j\u0127allashom $150,000 fix-xahar kull wie\u0127ed.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Illum l-Awditur \u0120enerali xandar ir-rapport tieg\u0127u ta&#8217; 600 pa\u0121na dwar il-kuntratt tal-power station. Rapport li jsemmi n-nuqqasijiet kbar li nstabu li lkoll kemm huma jindikaw li kien hemm il-korruzzjoni. Wa\u0127da mis-sejbiet mill-aktar sinjifikanti tar-rapport hi li l-Enemalta kienet idde\u010bidiet li to\u0127ro\u0121 il-kuntratt tal-power station bil-mod mg\u0127a\u0121\u0121el li \u0127ar\u0121itu, ftit jiem biss wara li tal-Labour \u0127adu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":60611,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/60844\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=60844"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/60844\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":61509,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/60844\/revisions\/61509\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/60611\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=60844"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=60844"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=60844"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}