{"id":6085,"date":"2018-04-12T15:54:54","date_gmt":"2018-04-12T13:54:54","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6085"},"modified":"2018-04-12T19:04:56","modified_gmt":"2018-04-12T17:04:56","slug":"maria-efimova-mharsa-mill-qorti-griega-mid-dwiefer-tal-klikka-ta-joseph-muscat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/maria-efimova-mharsa-mill-qorti-griega-mid-dwiefer-tal-klikka-ta-joseph-muscat\/","title":{"rendered":"Maria Efimova m\u0127arsa mill-Qorti Griega mid-dwiefer tal-klikka ta&#8217; Joseph Muscat"},"content":{"rendered":"<p>Il-Qrati ta&#8217; pajji\u017c membru tal-Unjoni Ewropea llum iddikjaraw li Malta mhix kunsidrata b\u0127ala pajji\u017c li jista&#8217; jiggarantixxi s-sigurt\u00e0 g\u0127al whistle-blower u g\u0127al xhud dwar korruzzjoni fl-og\u0127la livelli tal-gvern.<\/p>\n<p>U l-Qrati ta&#8217; dak il-pajji\u017c membru tal-UE g\u0127andhom ra\u0121un biex ibieg\u0127u.<\/p>\n<p>Huwa ta&#8217; sodisfazzjon li Maria Efimova issa ng\u0127atat protezzjoni mit-theddid ta&#8217; Joseph Muscat u s\u0127abu. Lawrence Cutajar, Silvio Valletta, Ian Abdilla, Brian Hansford, Glen Bedingfield, Kurt Farrugia, Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom seba&#8217; mitt sena biex lil jaraw Efimova ta\u0127t difrejhom. U l-Qrati Griegi fehmu l-implikazzjonijiet kollha ta&#8217; dan kollu u dde\u010bidew li Malta hi post fejn min jieqaf lill-\u0127allelin jispi\u010b\u010ba assassinat.<\/p>\n<p>Jien tkellimt ma&#8217; Maria Efimova wara li l-Qorti tat is-sentenza. \u010aemplitli mill-\u0127abs fejn g\u0127adha qed tistenna&#8217; biex jintemmu l-pro\u010beduri g\u0127all-\u0127elsien tag\u0127ha mill-arrest. Qaltli li issa setg\u0127et tie\u0127u nifs qawwi. G\u0127andha seba&#8217; mitt sena biex ter\u0121a&#8217; tara lil uliedha. Lil uliedha qalulhom li kienet marret g\u0127al vaganza fit-tul.<\/p>\n<p>T\u0127oss \u010berta gratitudni u talbitni nirringrazzja lill-MEPs David Casas u Stelios Kouloglou li llum it-tnejn kienu fl-awla tal-Qorti Griega. Talbitni biex nirringrazzja lill-attivisti tas-socjet\u00e0 \u010bivili f&#8217;Malta u fil-Gre\u010bja li tawha kull appo\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Le\u0127inha kien mimli entu\u017cja\u017cmu. Issa qieg\u0127da t\u0127oss is-sigurt\u00e0. Mill-maltemp se tg\u0127addi g\u0127all-bnazzi.<\/p>\n<p>Wara li xxandret l-a\u0127bar, tkellimt ukoll mar-ra\u0121el ta&#8217; Maria Efimova. Kien emozzjonat. U tabil\u0127aqq kellu g\u0127al xiex ikun emozzjonat. Ma kienx possibbli g\u0127alih li jkun ma&#8217; martu llum fl-awla tal-Qorti ta&#8217; Ateni g\u0127ax kellu jie\u0127u \u0127sieb lil uliedhom. Hu u uliedhom dalwaqt jer\u0121g\u0127u jarawha. Kellu kliem ta&#8217; ringrazzjament g\u0127al kull min appo\u0121\u0121ja lil martu. Qal li huwa ta&#8217; sodisfazzjon jara li hemm bosta Maltin li jg\u0127o\u017c\u017cu s-sewwa. U li kullimkien hemm ukoll \u0127afna nies \u0127\u017ciena. Dawn kienu l-kliem ta&#8217; bniedem li f&#8217;pajji\u017cna daq il-qares u l-morr.<\/p>\n<p>Tkellimt ukoll ma&#8217; David Casa li vvja\u0121\u0121a apposta lejn Ateni biex jixhed. Kien emozzjonat \u0127afna. Fil-\u0127ajja ta&#8217; politiku ftit huma dawk il-mumenti fejn jista&#8217; j\u0127oss li ta sehmu biex salva \u0127ajjet \u0127addie\u0127or. Fl-esperjenza ta&#8217; votant je\u017cistu wkoll dawk il-mumenti rari meta dan i\u0127oss li l-Membru Parlamentari intervjena g\u0127an-nom tieg\u0127u biex ise\u0127\u0127u l-\u0121ustizzja u s-sewwa aktar milli l-vanta\u0121\u0121 politiku. Dak li se\u0127\u0127 illum kien wie\u0127ed minn dawk il-mumenti rari.<\/p>\n<p>Tkellimt ukoll ma&#8217; attivisti li, quddiem l-Ambaxxata Griega, ipprotestaw u talbu l-protezzjoni g\u0127al Maria Efimova. \u0126afna minnhom ukoll kienu emozzjonati. G\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar sitt xhur kellhom jissaportu t-tg\u0127ajjir u t-tmaqdir. Mhix \u0127a\u0121a tas-soltu g\u0127alihom li jkun hemm min jisma&#8217; l-karbiet sin\u010bieri tag\u0127hom u li jaraw is-sewwa, l-onest\u00e0, is-sin\u010berit\u00e0, l-\u0127niena u l-\u0121ustizzja jse\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>\u0126add minn na\u0127a tal-gvern m&#8217;hu qed ji\u010b\u010belebra llum. Huwa ta&#8217; sodisfazzjon li t-talba ta&#8217; Malta g\u0127all-estradizzjoni ta&#8217; Maria Efimova \u0121iet mi\u010b\u0127uda. Din hija telfa kbira g\u0127all-gvern. In-nuqqas tal-gvern li j\u0127ares u jassigura l-\u0121ustizzja f&#8217;pajji\u017cna issa \u0121ie \u010bertifikat mill-qrati ta&#8217; pajji\u017c ie\u0127or membru tal-UE. \u0126add ma reba\u0127 b&#8217;dak li se\u0127\u0127 illum.<\/p>\n<p>Isem pajji\u017cna re\u0121a&#8217; \u0127a majnata kbira o\u0127ra: issa wasalna g\u0127all-punt fejn il-qrati ta&#8217; pajji\u017c ie\u0127or i\u0127ossu li min qed imexxi lil pajji\u017cna mhux ta&#8217; min jafdah biex i\u0127ares u jassigura li sse\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja u biex jit\u0127arsu x-xhieda. Issa stennew lill-kelliema tal-gvern jg\u0127idu li s-sentenza ing\u0127atat kif ing\u0127atat g\u0127ax David Casa u l-attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili huma tradituri ta&#8217; pajji\u017chom.<\/p>\n<p>Di\u0121\u00e0 smajniha kemm il-darba din il-qanpiena m\u0121en\u0121la. Meta xi Membri tal-Parlament Ewropew u xi Parlamentari o\u0127ra minn madwar l-Ewropa lil Joseph Muscat kienu qalulu f&#8217;wi\u010b\u010bu li Malta hi post perikolu\u017c g\u0127al Maria Efimova (u o\u0127rajn) tort tad-de\u010bi\u017cjonijiet, l-azzjonijiet u l-fehmiet tal-gvern tieg\u0127u, Muscat stqarr li ji\u0121i jaqa&#8217; jqum minn dak li qalu l-Parlamentari. G\u0127alih dawn m&#8217;humiex ikkalkulati g\u0127alkemm meta kien fosthom g\u0127al snin twal ippretenda r-rispett u l-attenzjoni ming\u0127andhom.<\/p>\n<p>Dakinhar stqarr li jag\u0127ti ka\u017c biss ta&#8217; dak li jg\u0127idulu prim ministri o\u0127ra.<\/p>\n<p>Illum se jg\u0127id li ji\u0121i jaqa&#8217; u jqum minn mill-fehma ta&#8217; m\u0127allef Grieg u li se jag\u0127mel pressjoni diplomatika biex is-sentenza tal-Qorti tinqaleb. Se jg\u0127id ukoll li l-im\u0127allfin, b\u0127all-Parlamentari, g\u0127alih ma jiswew xejn. U li se jinjorahom sakemm ikellmuh prim ministri o\u0127ra.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li dawn se jkellmuh \u017cgur.<\/p>\n<p>U mistennija li jkellmuh g\u0127aliex se jkomplu jisimg\u0127u l-il\u0127na ta&#8217; dawk il-Maltin li j\u0127ossu sens ta&#8217; mist\u0127ija min\u0127abba l-g\u0127aw\u0121 li Joseph Muscat \u0121ab fuq il-pajji\u017c. U dak li se\u0127\u0127 illum se jkompli j\u0127e\u0121\u0121i\u0121hom biex jipprotestaw minkejja t-theddid u l-intimidazzjoni.<\/p>\n<p>Dawn il-Maltin se jqieg\u0127du fjura u xemg\u0127a kuljum. Se jkomplu j\u0127ejju l-protesti. U wliedhom ma jkunu jafu b&#8217;ebda theddid u intimidazzjoni.<\/p>\n<p>Li hu \u017cgur hu li \u0127alqhom mhux bi \u0127siebhom isoddu\u0127. G\u0127aliex hemm min qed jisma&#8217;. U biex ise\u0127\u0127 dak li hu sewwa je\u0127tie\u0121 li ting\u0127ad il-verit\u00e0.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<div id=\"attachment_6082\" style=\"width: 1290px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-6082\" class=\"wp-image-6082 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/download-2.jpg\" alt=\"\" width=\"1280\" height=\"904\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/download-2-300x212.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/download-2-382x270.jpg 382w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/download-2-768x542.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/download-2.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1280px) 100vw, 1280px\" \/><p id=\"caption-attachment-6082\" class=\"wp-caption-text\">Photo: REUTERS\/Darrin Zammit Lupi<\/p><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Qrati ta&#8217; pajji\u017c membru tal-Unjoni Ewropea llum iddikjaraw li Malta mhix kunsidrata b\u0127ala pajji\u017c li jista&#8217; jiggarantixxi s-sigurt\u00e0 g\u0127al whistle-blower u g\u0127al xhud dwar korruzzjoni fl-og\u0127la livelli tal-gvern. U l-Qrati ta&#8217; dak il-pajji\u017c membru tal-UE g\u0127andhom ra\u0121un biex ibieg\u0127u. Huwa ta&#8217; sodisfazzjon li Maria Efimova issa ng\u0127atat protezzjoni mit-theddid ta&#8217; Joseph Muscat u s\u0127abu. Lawrence [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6082,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6085\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6085"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6085\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6095,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6085\/revisions\/6095\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6082\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6085"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6085"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6085"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}