{"id":6123,"date":"2018-04-13T07:49:23","date_gmt":"2018-04-13T05:49:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6123"},"modified":"2018-04-13T10:30:08","modified_gmt":"2018-04-13T08:30:08","slug":"konferma-ali-sadr-u-l-pilatus-bank-investigati-fmalta-dwar-hasil-ta-flus-mahmugin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/konferma-ali-sadr-u-l-pilatus-bank-investigati-fmalta-dwar-hasil-ta-flus-mahmugin\/","title":{"rendered":"KONFERMA: Ali Sadr u l-Pilatus Bank investigati f&#8217;Malta dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in"},"content":{"rendered":"<p>Dokumenti li \u0121ew ippre\u017centati f&#8217;Qorti Federali Amerikana jikkonfermaw li l-\u0127idma ta&#8217; Ali Sadr fil-Pilatus Bank \u0121iet investigata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u li din il-\u0127idma tifforma parti mill-ka\u017c li g\u0127andhom b\u0127alissa kontrih. L-Avukat \u0120enerali Amerikan sa\u0127ansitra nforma lill-Qorti Amerikana li Ali Sadr qed ji\u0121i wkoll investigat separatament dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in f&#8217;Malta.<\/p>\n<p>Fi stqarrija b&#8217;risposta g\u0127at-talba ta&#8217; Ali Sadr biex jing\u0127ata l-libert\u00e0 provisorja, Geoffrey Berman, Avukat \u0120enerali Amerikan g\u0127as-Southern District ta&#8217; New York, qal li \u201ckemm ilha li saret l-applikazzjoni g\u0127al-libert\u00e0 provisorja fit-28 ta&#8217; Marzu, il-Gvern ikkonferma permezz tal-uffi\u010bjali tieg\u0127u li l-Pilatus Bank u Sadr b\u0127alissa jinsabu ta\u0127t investigazzjoni f&#8217;Malta dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in\u201d.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali Amerikan li \u0127arrek lil Ali Sadr issottometta quddiem il-Qorti li jekk Sadr jing\u0127ata l-libert\u00e0 provisorja jkun hemm riskju kbir li dan ja\u0127rab biex jevita l-pro\u010beduri tal-Qorti.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali tkellem ukoll dwar il-\u0127idma ta&#8217; Ali Sadr f&#8217;Malta u rrifera g\u0127al ittra li Sadr kien kiteb fuq karti intestati ta&#8217; <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">Stark General Trading LLC li fiha talab it-trasferiment ta&#8217; madwar $500,000 lil Pilatus Bank mill-kont bankarju ta&#8217; Stark Trading LLC fl-Emirati G\u0127arab Mag\u0127quda. Ali Sadr kien naqas li jiddikjara t-trasferiment ta&#8217; dawn il-flejjes kif kien obbligat li jag\u0127mel skond il-li\u0121i.\u00a0<\/span><b><\/b><i><\/i><u><\/u><\/p>\n<p>Dan juri li, g\u0127allinqas f&#8217;dan il-ka\u017c, il-li\u0121ijiet dwar il-\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in inkisru f&#8217;Malta.<\/p>\n<p>Il-Qorti \u0121iet infurmata wkoll dwar il-\u0127idma ta&#8217; Ali Sadr f&#8217;Malta b\u0127ala fundatur u sid tal-Pilatus Bank. L-Avukat \u0120enerali Amerikan spjega li l-Pilatus Bank, Ali Sadr u o\u0127rajn jinsabu ta\u0127t investigazzjoni dwar \u0127asil ta&#8217; flus \u0121ejjin minn sorsi allegatament korrotti g\u0127an-nom ta&#8217; kumpanniji <em>offshore<\/em> u individwi, inklu\u017c i\u010b-<em>chief of staff<\/em> tal-Prim Ministru ta&#8217; Malta (li allegatament kellu sehem fl-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti) u l-President tal-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p>&#8220;Tul il-kors tal-investigazzjoni, \u0121urnalista investigattiva li kienet xandret stejjer <em>online<\/em> dwar il-Pilatus Bank \u0121iet assassinata permezz ta&#8217; karrozza-bomba&#8221;.<\/p>\n<p>Fit-talba tieg\u0127u biex jing\u0127ata l-libert\u00e0 provisorja, Ali Sadr allega li l-Avukat \u0120enerali Amerikan kien qarraq meta stqarr li Ali Sadr kien qed ji\u0121i investigat f&#8217;Malta dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in. L-Avukat \u0120enerali Amerikan wie\u0121eb li l-informazzjoni li g\u0127andu li b\u0127alissa g\u0127addejjin investigazzjonijiet f&#8217;Malta issa tinsab konfermata.<\/p>\n<p>L-Avukat \u0120enerali Amerikan talab lill-Qorti sabiex ti\u010b\u0127ad it-talba ta&#8217; Ali Sadr in vista tas-serjet\u00e0 tar-reati li jinsab akku\u017cat bihom u min\u0127abba l-provi li di\u0121\u00e0 je\u017cistu kontrih. Jekk jinstab \u0127ati, Ali Sadr jista&#8217; je\u0127el mill-inqas g\u0127exieren ta&#8217; snin \u0127abs u g\u0127alhekk g\u0127andu kull motivazzjoni li jipprova ja\u0127rab. Il-Qorti \u0121iet imfakkra wkoll li Ali Sadr huwa sinjurun kbir u li g\u0127alhekk m&#8217;hu diffi\u010bli xejn g\u0127alih li jsib lil min ig\u0127inu biex jipprova ja\u0127rab mill-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6117 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/file-4.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/file-4-300x162.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/file-4-500x270.jpg 500w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/file-4.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dokumenti li \u0121ew ippre\u017centati f&#8217;Qorti Federali Amerikana jikkonfermaw li l-\u0127idma ta&#8217; Ali Sadr fil-Pilatus Bank \u0121iet investigata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u li din il-\u0127idma tifforma parti mill-ka\u017c li g\u0127andhom b\u0127alissa kontrih. L-Avukat \u0120enerali Amerikan sa\u0127ansitra nforma lill-Qorti Amerikana li Ali Sadr qed ji\u0121i wkoll investigat separatament dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in f&#8217;Malta. Fi stqarrija b&#8217;risposta [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6117,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6123\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6123"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6123\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6129,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6123\/revisions\/6129\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6117\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6123"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6123"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6123"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}