{"id":6134,"date":"2018-04-12T18:43:15","date_gmt":"2018-04-12T16:43:15","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6134"},"modified":"2018-04-13T16:57:10","modified_gmt":"2018-04-13T14:57:10","slug":"tahsbux-li-se-jaqtghu-qalbhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/tahsbux-li-se-jaqtghu-qalbhom\/","title":{"rendered":"Ta\u0127sbux li se jaqtg\u0127u qalbhom"},"content":{"rendered":"<p>Ara ma jkunx hawn min ja\u0127seb li dawk li qed isegwu l-passi ta&#8217; Maria Efimova issa se jaqtg\u0127u qalbhom. Is-sentenza li ng\u0127atat illum mill-Qorti Griega serviet biss b\u0127ala pawsa g\u0127ax din fadlilha triq twila x&#8217;timxi.<\/p>\n<p>A\u0127sbu ftit. Il-qtil brutali ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma waqqafhomx milli jkomplu jippruvaw jinbxu lil uliedha u lil \u017cew\u0121ha. Dawn in-nies tant huma mg\u0127omijin bil-mibg\u0127eda li ma j\u0127ossu ebda sens ta&#8217; mist\u0127ija g\u0127all-a\u0121ir deplorevoli tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Hekk kif il-Qorti Griega qatg\u0127et is-sentenza tag\u0127ha kontra t-talba ta&#8217; Malta g\u0127all-estradizzjoni, bdew isemmu pjan alternattiv li g\u0127andhom f&#8217;mo\u0127\u0127om.<\/p>\n<p>Dawk li qed isegwu l-passi ta&#8217; Maria Efimova g\u0127ad g\u0127andhom l-g\u0127a\u017cla li jag\u0127mlu pressjoni kemm jistg\u0127u fuq l-awtoritajiet ta&#8217; \u010aipru sabiex dawn ikomplu bit-talba li kienu g\u0127amlu f&#8217;Di\u010bembru li g\u0127adda imsejjes fuq rapport li kien sar erba&#8217; snin ilu mis-sid Russu tal-istabiliment fejn kienet ta\u0127dem Maria Efimova. Dan is-sid li huwa importatur tal-\u0121ojjelli kien allega, erba&#8217; snin wara li telqet mill-impjieg, li Maria Efimova kienet serqitlu g\u0127exieren tal-eluf ta&#8217; ewro.<\/p>\n<p>Ir-rapport sar meta xi \u0127add tarraf lill-\u0121urnalisti \u010aiprijotti b&#8217;informazzjoni li Maria Efimova qed ti\u0121i mfittxija g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>L-avukat ta&#8217; Maria Efimova \u0121ie kkwotat li qal lill-mezzi tax-xandir tal-Gre\u010bja li t-talba ta&#8217; \u010aipru ma \u0121ietx a\u010b\u010bettata mill-Interpol. I\u017cda sorsi mill-ministeru tal-intern ta&#8217; \u010aipru jsostnu li jista&#8217; jkun hemm tifsira o\u0127ra g\u0127al dan: din hi li t-talba ta&#8217; \u010aipru g\u0127all-estradizzjoni kienet tqieg\u0127det fil-\u0121enb biex ikunu l-awtoritajiet ta&#8217; Malta li jag\u0127mlu l-ewwel attentat biex jiksbu l-estradizzjoni tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Issa li l-attentat falla, l-awtoritajiet ta&#8217; \u010aipru possibilment qeg\u0127din jirrikonsidraw il-po\u017cizjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Hemm numru ta&#8217; persuni li g\u0127andhom wisq x&#8217;jitilfu u li m&#8217;humiex se jistrie\u0127u qabel jeliminaw lil kull min jista&#8217; jkompli jixkfilhom g\u0127awwarhom.<\/p>\n<p>Fil-frattemp f&#8217;Malta, peress li d-<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">dehra ta&#8217; infallibilita ta&#8217; Joseph Muscat ma tistax ti\u0121i mittiefsa,<\/span> hawn min qed jipprova jben\u0121ilha.<\/p>\n<p>Kif konna bassarna, illum Joseph Muscat qal lill-\u0121urnalisti li s-sentenza tal-Qorti Griega li dde\u010bidiet li ti\u010b\u0127ad it-talba tal-gvern tieg\u0127u mhix daqstant importanti. Qalilna li b&#8217;daqshekk ma kien \u0121ara&#8217; xejn u l-kummenti li g\u0127adda kienu qosra.<\/p>\n<p>I\u017cda dawk tal-klikka ta&#8217; madwaru ma \u017cammewx lura milli jikxfu snienhom.<\/p>\n<p>Josef Caruana, impjegat fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Joseph Muscat u propagandista stil faxxist, kiteb <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">fil-Facebook <em>p<\/em><\/span><em>ost <\/em>li jqalla&#8217; l-istonku. F&#8217;dan il-<em>post<\/em> Caruana ittanta li jwa\u0127\u0127al ir-responsabbilta tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia\u2019s fuq binha l-kbir u fuq \u017cew\u0121ha. B\u0127allikieku ma sofrewx bi\u017c\u017cejjed mibg\u0127eda tul \u0127ajjitha. Fi kliem ie\u0127or, ing\u0127ataw l-g\u0127a\u017cliet li kellha hi: jew issoddu \u0127alqkom jew ikollkom tbatu.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjosef.caruana.92%2Fposts%2F220184102064186&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"558\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>U intom ta\u0127sbu li lil Maria Efimova se j\u0127alluha bi kwietha?<\/p>\n<p>Il-<em>Lord Haw Haw<\/em> ta&#8217; Joseph Muscat, Karl Stagno Navarra kiteb <em>post<\/em> li fiha stqarr li l-\u0127elsien ta&#8217; Maria Efimova kien ka\u0121un tal-manipulazzjoni ta&#8217; David Casa fuq il-Qorti Griega. M&#8217;hemmx dubju li g\u0127andna g\u0127alxiex nirringrazzjaw lil David Casa talli rsista kemm fela\u0127 biex akkwista l-\u0127elsien tag\u0127ha. I\u017cda li tmur tg\u0127id li David Casa g\u0127andu l-\u0127ila li jinfluwenza l-im\u0127u\u0127 tal-im\u0127allfin Griegi naqra \u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fksnavarra%2Fposts%2F10156151991529870&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"269\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dan huwa l-misteru l-kbir tal-PN kif irrakkuntat minn nies qaddejja tar-re\u0121im b\u0127al Karl Stagno Navarra. In-Nazzjonalisti mhumiex kapa\u010bi jirb\u0127u elezzjoni f&#8217;ra\u0127al \u017cg\u0127ir fejn Sindku Laburista xeba&#8217; jg\u0127affe\u0121 i\u017cda, g\u0127a\u0121eb tal-g\u0127e\u0121ubijiet, barra minn Malta inkiss inkiss jikkontrollaw id-dinja. Joseph Muscat huwa infallibbli \u0127lief meta dak l-antipatiku ta&#8217; David Casa jag\u0127mel u\u017cu mill-poteri enormi tieg\u0127u biex lill-barranin ibellag\u0127lhom li jrid.<\/p>\n<p>Brian Hansford g\u0127adu ma bediex jeqred i\u017cda nistenna&#8217; li jibda&#8217; bil-qrid tieg\u0127u dalwaqt<\/p>\n<p>Issa ilna g\u0127addejjin bil-maltemp. M&#8217;hemmx li jibbnazza&#8217;.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ara ma jkunx hawn min ja\u0127seb li dawk li qed isegwu l-passi ta&#8217; Maria Efimova issa se jaqtg\u0127u qalbhom. Is-sentenza li ng\u0127atat illum mill-Qorti Griega serviet biss b\u0127ala pawsa g\u0127ax din fadlilha triq twila x&#8217;timxi. A\u0127sbu ftit. Il-qtil brutali ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma waqqafhomx milli jkomplu jippruvaw jinbxu lil uliedha u lil \u017cew\u0121ha. Dawn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6097,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6134\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6134"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6134\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6149,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6134\/revisions\/6149\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6097\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6134"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6134"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6134"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}