{"id":6267,"date":"2018-04-16T09:01:12","date_gmt":"2018-04-16T07:01:12","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6267"},"modified":"2018-04-16T15:17:54","modified_gmt":"2018-04-16T13:17:54","slug":"id-demokrazija-ma-tfissirx-biss-elezzjonijiet","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/id-demokrazija-ma-tfissirx-biss-elezzjonijiet\/","title":{"rendered":"Id-demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet"},"content":{"rendered":"<p>B\u0127alissa hemm kwistjonijiet akbar fuqhiex g\u0127andna ninkwitaw, i\u017cda g\u0127ad ji\u0121i \u017cmien meta jkun je\u0127ti\u0121ilna nirriflettu ftit fuq il-mod kif id-dritt li wie\u0127ed jipprotesta qed ji\u0121i injorat.<\/p>\n<p>Attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili ilhom kull xahar iwa\u0127\u0127lu <em>banners<\/em> u kartelluni biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u biex jitolbu li ssir \u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Bl-azzjonijiet li ttie\u0127du minn dawn in-nies ma saret \u0127sara lil \u0127add. Xejn ma tkisser. Xejn ma n\u017cebag\u0127. Ma saret \u0127sara mkien.<\/p>\n<p>Dawn il-kartelluni, li kellhom messa\u0121\u0121i stampati fuq il-kanvas jew fuq il-kartun, twa\u0127\u0127lu b&#8217;galbu u b&#8217;mod li setg\u0127u jinqalg\u0127u fa\u010bilment. U\u0127ud minn dawn il-messa\u0121\u0121i \u0121ew stampati fuq drapp u mbag\u0127ad dawn tge\u017cwru ma&#8217; statwi tal-bron\u017c. \u0126afna drabi l-messa\u0121\u0121i \u0121ew riflessi b&#8217;log\u0127ob tad-dawl fuq \u0127itan.<\/p>\n<p>Il-protesta kienet dejjem fil-messa\u0121\u0121 u qatt f&#8217;xi atti ta&#8217; vandali\u017cmu. Wisq inqas li atti ta&#8217; vjolenza. Qatt.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant dawn l-atti ma kisru ebda li\u0121i dwar l-ordni pubbliku.<\/p>\n<p>I\u017cda, minkejja dan kollu, l-gvern jinsab b&#8217;seba&#8217; g\u0127ajnejn biex malli jittellg\u0127u kartelluni jew <em>banners<\/em> bi kliem ta&#8217; protesta, dawn jitne\u0127\u0127ew minnufi\u0127.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6255 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-09.01.41.jpeg\" alt=\"\" width=\"768\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-09.01.41-203x270.jpeg 203w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-09.01.41-225x300.jpeg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-09.01.41.jpeg 768w\" sizes=\"(max-width: 768px) 100vw, 768px\" \/><\/p>\n<p>Xi attivisti qaluli li l-lejl li g\u0127adda kien hemm numru akbar ta&#8217; pulizija g\u0127assa fit-toroq tal-Belt Valletta milli ta&#8217; attivisti jwa\u0127\u0127lu l-kartelluni u <em>banners<\/em>. -pulizija bdiet issegwi l-passi tal-attivisti u\u00a0 immedjatament ne\u0127\u0127iet kull kartellun jew <em>banner<\/em> li beda&#8217; jittella&#8217;.<\/p>\n<p>G\u0127al Jason Micallef din hi s-saltna tad-dritt: li l-li\u0121i g\u0127andha tapplika g\u0127al kul\u0127add bl-istess mod.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6252 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.23.16.jpeg\" alt=\"\" width=\"621\" height=\"733\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.23.16-229x270.jpeg 229w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.23.16-254x300.jpeg 254w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.23.16.jpeg 621w\" sizes=\"(max-width: 621px) 100vw, 621px\" \/><\/p>\n<p>Hekk hu. Nistennew li l-li\u0121i li tipprote\u0121i l-libert\u00e0 tal-kelma ti\u0121i m\u0127arsa. I\u017cda d-dritt li wie\u0127ed jipprotesta, id-dritt li wie\u0127ed jo\u0121\u0121ezzjona, id-dritt li wie\u0127ed jitlob il-\u0127arsien tad-drittijiet huma lkoll drittijiet li qeg\u0127din jing\u0127ataw il-\u0121enb.<\/p>\n<p>Id-demokrazija ma tit\u0127addimx biss permezz tal-elezzjonijiet. Fl-A\u017cerbaj\u0121an ukoll isiru l-elezzjonijiet i\u017cda hemmhekk d-demokrazija ma te\u017cistix g\u0127alkemm g\u0127all-g\u0127orrief li qed imexxuna, dan il-pajji\u017c g\u0127andu jservina ta&#8217; mudell.<\/p>\n<p>Id-demokrazija ta\u0127dem meta tkun \u0127ieles li titkellem ming\u0127ajr il-bi\u017ca&#8217; li jkun hemm xi \u0127add lest li jpattihielek.<\/p>\n<p>Id-demokrazija ta\u0127dem meta protesta tit\u0127alla ssir u le\u0127en jit\u0127alla jasal.<\/p>\n<p>Id-demokrazija ta\u0127dem meta l-\u0121urnalisti jit\u0127allew jag\u0127mlu xog\u0127olhom ming\u0127ajr il-bi\u017ca&#8217; li jinqatlu.<\/p>\n<p>Jekk qatt kellek xi dubju dwar jekk l-issuktar tal-protesti g\u0127adhomx rilevanti llum daqskemm kienu dakinhar li nqatlet, dan id-dubju \u017cgur warrbitulek l-effi\u010bjenza faxxista tal-gvern fl-attentat tieg\u0127u li jo\u0127noq id-dissens.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6253 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.27.33.jpeg\" alt=\"\" width=\"750\" height=\"1334\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.27.33-152x270.jpeg 152w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.27.33-169x300.jpeg 169w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-08.27.33.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 750px) 100vw, 750px\" \/><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>B\u0127alissa hemm kwistjonijiet akbar fuqhiex g\u0127andna ninkwitaw, i\u017cda g\u0127ad ji\u0121i \u017cmien meta jkun je\u0127ti\u0121ilna nirriflettu ftit fuq il-mod kif id-dritt li wie\u0127ed jipprotesta qed ji\u0121i injorat. Attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili ilhom kull xahar iwa\u0127\u0127lu banners u kartelluni biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u biex jitolbu li ssir \u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia. Bl-azzjonijiet li ttie\u0127du minn dawn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6255,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6267\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6267"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6267\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6285,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6267\/revisions\/6285\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6255\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6267"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6267"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6267"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}