{"id":6350,"date":"2018-04-17T06:50:05","date_gmt":"2018-04-17T04:50:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6350"},"modified":"2018-04-18T08:27:58","modified_gmt":"2018-04-18T06:27:58","slug":"it-tond-isejjhulu-kwadru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/it-tond-isejjhulu-kwadru\/","title":{"rendered":"It-tond isejj\u0127ulu kwadru"},"content":{"rendered":"<p>G\u0127adni ma nafx x&#8217;se jo\u0127ro\u0121 minn <em>The Daphne Project<\/em>. Mil-lum &#8216;il quddiem se naqraw stejjer mnebb\u0127a mix-xog\u0127ol ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Xog\u0127ol li ma le\u0127qitx temmet.<\/p>\n<p>I\u017cda ming\u0127and Joseph Muscat u l-klikka tieg\u0127u naf x&#8217;inhu \u0121ej. Nistenna li se jkun hemm salt gideb, aljenar, risposti u akku\u017ci bla ba\u017ci. G\u0127alihom il-fatti mhumiex daqstant importanti. Qatt ma tawhom importanza u \u017cgur mhux se jibdew jag\u0127tuhom importanza issa. G\u0127alihom bi\u017c\u017cejjed li jiskreditaw lill-awturi u li jakkwistaw rappurta\u0121\u0121 bi\u017c\u017cejjed fuq it-televi\u017cjoni lokali biex lin-nies tag\u0127hom ikollhom x&#8217;jirrepetu ma&#8217; \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Dan ix-xenarju jfakkarni fid-dibattiti televi\u017civi li ta&#8217; sikwit ikun hemm dwar il-tibdil fil-klima fejn issib persuni li jkunu lesti jiddikjaraw li &#8220;ma jemmnux&#8221; li l-klima qed tinbidel b\u0127allikieku din il-kwistjoni hi xi domma tal-fidi li wie\u0127ed jista&#8217; jemmen jew ma jemminx fiha. U r-&#8220;ra\u0121unar&#8221; tag\u0127hom jittie\u0127ed biex iservi ta&#8217; bilan\u010b g\u0127all-opinjonijiet xjentifi\u010bi ta&#8217; esperti fil-materja mid-dinja kollha.<\/p>\n<p>Issa se jkollna lis-Super 1 fuq na\u0127a wa\u0127da (mg\u0127ejjuna mit-TVM) u <em>The New York Times<\/em>, <em>Die Zeit<\/em>, <em>Direkt, France 2, La Repubblica, Le Monde, NDR, Radio France, Reuters, Sueddeutsche Zeitung, Tages Anzeiger, WDR<\/em> u <em>Times of Malta<\/em> fuq na\u0127a o\u0127ra. U \u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at se jitqiesu b\u0127allikieku huma indaqs.<\/p>\n<p>Hemm min jemmen fil-kreazzjoni u hemm min jemmen fl-evoluzjoni: dawn jemmnu biss f&#8217;teoriji. Hemm dawk li, b\u0127al Kopernikus, jemmnu li d-dinja hija tonda u dawk li jemmnu li d-dinja hija \u010batta: g\u0127alihom kwistjoni ta&#8217; opinjoni. U dawk bl-ideat \u017cbaljati jibqg\u0127u jsostnu li m&#8217;hemm xejn \u0127a\u017cin jew temmen fil-kreazzjoni jew li temmen li d-dinja hija \u010batta. Hekk hu. I\u017cda xorta wa\u0127da tibqa&#8217; \u017cbaljat.<\/p>\n<p>U l-kbir g\u0127adu \u0121ej.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/glennbedingfield.com\/ohmylaptop%E2%80%8B\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-biera\u0127 filg\u0127axija Glenn Bedingfield<\/a> qalilna li mhux possibbli li jinstab tarf tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia g\u0127ax il-pulizija ma rnexxilhomx isibu l-<em>laptop<\/em> tag\u0127ha. U nibex lill-attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili talli dan il-<em>laptop<\/em> g\u0127adu ma nstabx.<\/p>\n<p>X&#8217;qed i\u0127awwad dan Glenn?<\/p>\n<p>B&#8217;dan l-imbierek, li mo\u0127\u0127u biss biex jiddomina l-im\u0127u\u0127 tas-segwa\u010bi biex i\u0121ieg\u0127lhom jirrepetu l-\u0127merijiet u ji\u017cfnu skond dak li jkun qed idoqq Joseph Muscat, tal-Labour ma tantx g\u0127andhom biex jifta\u0127ru. X&#8217;qeg\u0127din ig\u0127idu dawn?<\/p>\n<p>L-ewwelnett, qed jag\u0127tuna x&#8217;nifhmu li Daphne Caruana Galizia kienet \u0127biet il-<em>laptop<\/em> u mbag\u0127ad qabbdet lil xi \u0127add biex jisplodilha l-karrozza waqt li kienet qed issuq.<\/p>\n<p>Jew inkella qed jag\u0127tuna x&#8217;nifhmu li membri tal-familja tag\u0127ha kienu qabbdu lil xi \u0127add biex jisplodi l-karrozza li kienet qed issuq u mbag\u0127ad \u0127bew il-<em>laptop<\/em> biex jostru l-provi dwar dan kollu.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127arnett, qed jag\u0127tuna x&#8217;nifhmu li l-membri tal-familja tag\u0127ha, <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">mill-informazzjoni li tinsab fil-<\/span><em>laptop,<\/em> jafu bl-identit\u00e0 ta&#8217; dak li qabbad lil dawk li xeg\u0127lu l-mi\u010b\u010ba li splodiet il-karrozza li kienet qed issuq Daphne Caruana Galizia i\u017cda ma jridux jixfu min hu.<\/p>\n<p>Joseph Muscat irid li jkun hemm bi\u017c\u017cejjed imzazen li jkunu lesti jibilg\u0127u din l-istorja: imzazen li, wara snin s\u0127a\u0127 ta&#8217; propaganda fero\u010bi u qarrieqa, darrewhom ja\u0127sbu li Daphne Caruana Galizia ma kinitx bniedma tad-demm u l-la\u0127am u li g\u0127alhekk dan il-\u0127sieb tal-wa\u0127x issa jista&#8217; wkoll japplika g\u0127all-membri tal-familja tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Darrewhom ja\u0127sbu b\u0127al dawk li jsostnu li t-tibdil fil-klima hi biss qlajja&#8217; jew li d-dinja hija \u010batta u n\u0127olqot fis-7 ta&#8217; filg\u0127odu f&#8217;Marzu tas-sena 4004 QK.<\/p>\n<p>U allura dawn il-\u0127sibijet ta&#8217; barra minn hawn jippruvaw ila\u0127\u0127muhom permezz tal-azzjonijiet tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 Glenn Bedingfield kiteb hekk: &#8220;Forsi issa nibdew naraw xi <em>banners<\/em> bil-kliem &#8220;Fejn hu l-<em>laptop<\/em>?&#8221;<\/p>\n<p>U balle\u010b dawn il-<em>banners<\/em> dlonk tfa\u010b\u010baw.<\/p>\n<p><img class=\"alignnone wp-image-6291 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-17-at-06.49.18.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-17-at-06.49.18-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-17-at-06.49.18-360x270.jpeg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-17-at-06.49.18-768x576.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-17-at-06.49.18.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><img class=\"aligncenter wp-image-6289 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-23.27.34.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-23.27.34-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-23.27.34-360x270.jpeg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-23.27.34-768x576.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-16-at-23.27.34.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Dawk li sal-biera\u0127 kienu kontra l-li\u0121i u li allura kellhom jitne\u0127\u0127ew malli jittellg\u0127u &#8211; banners bi kritika kontra l-gvern &#8211; issa saru g\u0127odda ta&#8217; oppressjoni.<\/p>\n<p>Dak li l-biera\u0127 Jason Micallef sejja\u0127 b\u0127ala provokazzjoni &#8211; \u0127a\u0121a li l-gvern ma fela\u0127x ma jaqax g\u0127aliha g\u0127aliex g\u0127amel u\u017cu mis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u b&#8217;mod illegali biex ine\u0127\u0127ihom &#8211;\u00a0 issa sar sfida g\u0127al min hu rrabjat biex jaqbad u jne\u0127\u0127i dawn il-<em>banners<\/em>. Biex imbag\u0127ad ji\u0121u jg\u0127idulna: &#8220;Qed taraw! Intom mo\u0127\u0127kom biss fil-libert\u00e0 tal-kelma tag\u0127kom biss!<\/p>\n<p>Meta l-kwistjoni rilevanti hi l-gvern g\u0127andu s-sa\u0127\u0127a li jg\u0127id li jrid i\u017cda \u0127addie\u0127or qed isib lil min isoddlu \u0127alqu.<\/p>\n<p>G\u0127ax Joseph Muscat irid ifakkarna li dak li jg\u0127idu fuqu\u00a0<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\"><em>The New York Times<\/em> jew <em>Die Zeit<\/em> mhux importanti. Hawn Malta qeg\u0127din ng\u0127ixu fuq pjaneta o\u0127ra fejn hu jikkontrolla l-informazzjoni kollha li tixxandar. \u00a0<\/span><\/p>\n<p>Mhux importanti dak li jinkiteb fil-<em>banners <\/em>minn dawk li jmorru jipprotestaw. G\u0127ax dawk malajr jitne\u0127\u0127ew mill-pulizija biex imbag\u0127ad jitqieg\u0127du flokhom o\u0127rajn tal-Partit Laburista li jwa\u0127\u0127lu fil-vittma g\u0127all-qtil tag\u0127ha stess.<\/p>\n<p>X&#8217;se jibdew ixandru mil-lum stess il-\u0121urnali mid-dinja kollha jien ma nafx. Naf biss x&#8217;bi \u0127siebu jag\u0127mel Joseph Muscat. M&#8217;huwiex se jitmewwet i\u017cda se ji\u0121\u0121ieled b&#8217;kull mezz biex jibqa&#8217; fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p>Il-kbir tassew g\u0127adu \u0121ej.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127adni ma nafx x&#8217;se jo\u0127ro\u0121 minn The Daphne Project. Mil-lum &#8216;il quddiem se naqraw stejjer mnebb\u0127a mix-xog\u0127ol ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Xog\u0127ol li ma le\u0127qitx temmet. I\u017cda ming\u0127and Joseph Muscat u l-klikka tieg\u0127u naf x&#8217;inhu \u0121ej. Nistenna li se jkun hemm salt gideb, aljenar, risposti u akku\u017ci bla ba\u017ci. G\u0127alihom il-fatti mhumiex daqstant importanti. Qatt [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6291,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6350\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6350"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6350\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6366,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6350\/revisions\/6366\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6291\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6350"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6350"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6350"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}