{"id":6381,"date":"2018-04-18T06:47:14","date_gmt":"2018-04-18T04:47:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6381"},"modified":"2018-04-18T17:50:42","modified_gmt":"2018-04-18T15:50:42","slug":"dabbar-rasek-issa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/dabbar-rasek-issa\/","title":{"rendered":"Dabbar rasek. Issa."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter wp-image-6359 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/chris-cardona-joseph-muscat.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"770\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/chris-cardona-joseph-muscat-300x241.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/chris-cardona-joseph-muscat-337x270.jpg 337w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/chris-cardona-joseph-muscat-768x616.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/chris-cardona-joseph-muscat.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><\/p>\n<p>Issa g\u0127addew aktar minn 12-il sieg\u0127a mit-tnedija ta&#8217; <em>The Daphne Project<\/em>. Organizzazzjonijiet ewlenin tal-a\u0127barijiet minn madwar id-dinja qed jiffokaw fuq Malta u qed jispjegaw storja mill-aktar kumplessa dwar il-qtil ta&#8217; mara u dwar \u0127akma fuq pajji\u017c s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p>Id-dinja ilha tistenna&#8217; 6 xhur s\u0127a\u0127 biex l-awtoritajiet Maltin ila\u0127\u0127mu kliem il-prim ministru li se jsir dak kollu li hemm b\u017conn biex jinqabad min qatel lil Daphne Caruana Galizia. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li mhux veru li sar dak kollu li je\u0127tie\u0121 u allura dawn ma jistg\u0127ux jitwemmnu.<\/p>\n<p>U tul dawk is-6 xhur isem Chris Cardona baqa&#8217; fuq fomm kul\u0127add.<\/p>\n<p>Dakinhar li mietet Daphne, il-Parlament iltaqa&#8217; u kien hemm u\u0127ud li g\u0127amlu diskorsi mill-aktar solenni. Xi membri parlamentari qaluli li wi\u010b\u010b Chris Cardona kien abjad karti u persuntu dehret qisha bla sa\u0127\u0127a.<\/p>\n<p>Dan mhux g\u0127eluq il-g\u0127aqal. Din kienet l-impressjoni li ttie\u0127det fil-\u0127in propizju.<\/p>\n<p>Ma jfissirx li dakinhar kien jew illum hu \u0127ati li wettaq xi \u0127a\u0121a illegali.<\/p>\n<p>I\u017cda hekk kif beda&#8217; jixtered <span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">minn ta\u0127t l-ilsien<\/span> \u0127afna diskors dwar konversazzjonijiet li kellu ma&#8217; wie\u0127ed mill-mixlija u hekk kif, minn investigazzjonijiet li saru, xirfu fil-wi\u010b\u010b ir-rabtiet bejn il-qattiela u persuna o\u0127ra li Chris Cardona jaf sew, qed jidher li l-e\u017cistenza ta&#8217; din ir-rabta fil-fatt hi possibbli.<\/p>\n<p>I\u017cda wie\u0127ed m&#8217;g\u0127andux jasal g\u0127al konklu\u017cjonijiet minn dak li jg\u0127idu n-nies minn ta\u0127t l-ilsien dwar \u0127tija fuq ka\u017c ta&#8217; qtil. Il-\u0127tija jew in-nuqqas tag\u0127ha lanqas ma ti\u0121i stabilita minn investigazzjonijiet \u0121urnalisti\u010bi.<\/p>\n<p>L-istejjer imxandra &#8216;l biera\u0127 ma kkonkludewx li Chris Cardona kien il-mo\u0127\u0127 wara l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. I\u017cda waslu g\u0127all-konklu\u017cjoni li jista&#8217; jkun li kellu xi sehem u li l-pulizija jidher li ma g\u0127amlet xejn &#8211; xejn affattu &#8211; biex jaraw g\u0127andhomx jinvestigaw\u0127 jew le.<\/p>\n<p>Mill-istejjer li xxandru &#8216;l biera\u0127 jirri\u017culta wkoll li l-istess konversazzjonijiet li ilhom jing\u0127adu minn avukati u minn politi\u010bi tal-oppo\u017cizzjoni, ing\u0127adu ukoll f&#8217;Kastilja. Konversazzjonijiet li ilhom g\u0127addejjin xhur s\u0127a\u0127 fis-sens li dak li kul\u0127add stenna u li kien qed jitkellem dwaru issa se\u0127\u0127.<\/p>\n<p>U minkejja dan kollu il-Pulizija baqg\u0127et ma bg\u0127atitx g\u0127al Chris Cardona.<\/p>\n<p>Ta&#8217; <em>The Daphne Project<\/em> tkellmu ma \u017cew\u0121 xhieda separatament li t-tnejn raw lil Chris Cardona jkellem lil wie\u0127ed mill-mixlija, kemm qabel, kif ukoll wara li twettaq il-qtil. Din l-informazzjoni kienet bi\u017c\u017cejjed biex ti\u0121i mxandra.<\/p>\n<p>Talbu lil Chris Cardona biex jikkummenta u hekk g\u0127amel. F&#8217;\u0127in minnhom qal: &#8220;Ma niftakarx sew kontx tkellimt ma&#8217; xi wie\u0127ed minn dawn l-individwi, i\u017cda \u017cgur li qatt ma kelli laqg\u0127at mag\u0127hom&#8221;.<\/p>\n<p>B&#8217;din it-twe\u0121iba forsi qed jirreferi g\u0127all-mistoqsija dwar jekk kellux diskussjonijiet ma&#8217; wie\u0127ed mill-qattiela fi\u017c-\u017cmien meta twettaq id-delitt. I\u017cda hi kategorika bi\u017c\u017cejjed biex wie\u0127ed jifhem li huwa qatt ma tkellem mal-qattiela.<\/p>\n<p>Din mhix il-verit\u00e0. Vince Muscat, wie\u0127ed mit-tliet mixlija, kien tkellem ma&#8217; Chris Cardona wara li kien \u0121ie arrestat hu u ji\u0121i mdewwi g\u0127all-\u0121rie\u0127i li sofra fis-serqa tal-HSBC f&#8217;\u0120unju 2010.<\/p>\n<p>Apparti l-konklu\u017cjonijiet li wie\u0127ed jista&#8217; jew ma jistax ji\u0121bed minn dawn il-konversazzjonijiet, jekk dawn qatt saru, hemm \u010berti konklu\u017cjonijiet li huma \u0121ustifikati:<\/p>\n<p>L-ewwelnett, g\u0127al diversi xhur il-Ministru tal-Ekonomija g\u0127ex ta\u0127t id-dell ta&#8217; suspetti li seta&#8217; kellu x&#8217;jaqsam ma&#8217; qtil. B\u0127alissa l-\u0127tija tieg\u0127u jew in-nuqqas tag\u0127ha mhix importanti daqs kemm hu importanti l-fatt li l-ekonomija tal-pajji\u017c tinsab f&#8217;idejn persuna li qed jissielet biex i\u0127ares ir-reputazzjoni tieg\u0127u. Minn kollox g\u0127amel tul dawn l-a\u0127\u0127ar 6 xhur biex jinjora din il-problema.<\/p>\n<p>I\u017cda issa ismu qed jixxandar mal-erbat irjie\u0127 minn postijiet b\u0127al Buenos Aires sa Tokjo. U sakemm jitnaddaf ismu, \u0127add mhu se je\u0127odlu b&#8217;idu jew jibda&#8217; ja\u0127seb biex jinvesti f&#8217;Malta. Jew inkella je\u0127dulu b&#8217;idu xorta wa\u0127da u minn wara dahru jims\u0127uhom mid-demm imma\u0121inarju.<\/p>\n<p>Il-po\u017cizzjoni tieg\u0127u m&#8217;g\u0127adhiex tenibbli. G\u0127andu jdabbar rasu sakemm ismu jitnaddaf, dejjem jekk huwa possibbli dan it-tindif.<\/p>\n<p>It-tieninett, fit-tmexxija tal-Partit Laburista hemm persuna li o\u0121\u0121ettivament g\u0127andu jitqies b\u0127ala bniedem suspettat bi qtil. Jasal \u017cmien fejn anke l-aktar partit politiku mag\u0127qud ikollu jne\u0127\u0127i s-solidarjet\u00e0 ma&#8217; wie\u0127ed ta&#8217; \u0121ewwa. Partit politiku jista&#8217; jag\u0127\u017cel li jilqa&#8217; g\u0127ad-daqqiet u jiddefendi l-inkompetenza ta&#8217; membru prominenti tieg\u0127u. Jekk irid, jista&#8217; wkoll jidde\u010biedi li jag\u0127laq g\u0127ajn wa\u0127da g\u0127all-korruzzjoni. I\u017cda li tg\u0127atti xtur lil min hu suspettat bi qtil sakemm ikun hemm kundanna u mbag\u0127ad naslu sal-punt li anke <em>The New York Times<\/em> qed tikteb dwarha, effettivament ifisser li tkun qed tag\u0127ti kenn lil min ikun qed jipprova ja\u0127rab minn xilja.<\/p>\n<p>Chris Cardona g\u0127andu ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el jirri\u017cenja jew imkella jmissu jitke\u010b\u010ba mill-Whip tal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista sakemm inaddaf ismu, dejjem hekk ikun possibbli dan it-tindif.<\/p>\n<p>It-tielet u l-aktar punt importanti, issa huwa \u010bar li l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia huma mxekkla mill-interessi politi\u010bi dojoq ta&#8217; Joseph Muscat. Min\u0127abba s-suspett \u010bar li seta&#8217; kien hemm motivazzjoni politika wara l-qtil, il-politi\u010bi g\u0127andhom jin\u017cammu &#8216;l bog\u0127od kemm jista&#8217; jkun mill-investigazzjonijiet.<\/p>\n<p><em>La Repubblica<\/em> irrappurtat li s-servizzi sigrieti Maltin kienu jafu minn qabel b&#8217;dak li kien qed jag\u0127mel wie\u0127ed mill-qattiela. U te\u017cisti l-possibilit\u00e0 li seta&#8217; kien hemm xi \u0127add li kellu l-mezzi biex jara li l-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia ma jse\u0127\u0127x i\u017cda baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel xejn u \u0127alliha tmut il-mewta li spi\u010b\u010bat mietet. \u00a0 \u00a0 <em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p>G\u0127alhekk kien min kien dak li qabbad lill-qattiela &#8211; kienx Chris Cardona jew le g\u0127adna ma nafux &#8211; min apposta m&#8217;g\u0127amel xejn u \u017camm sieket huwa kompli\u010bi g\u0127ax bis-sa\u0127\u0127a tas-skiet tieg\u0127u seta&#8217; jitwettaq id-delitt.<\/p>\n<p>Ir-ri\u017cenja ta&#8217; Chris Cardona mhix se sser\u0127ilna rasna li l-investigazzjonijiet ma jkunux mittiefsa mill-interessi politi\u010bi tal-\u0127allelin li b\u0127alissa jinsabu fit-tmun tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Inkunu biss nistg\u0127u nserr\u0127u rasna u ras id-dinja li Malta kapa\u010bi tara li ssir il-\u0121ustizzja mal-poplu tag\u0127ha jekk jitne\u0127\u0127a l-prim ministru, l-kummissarju tal-pulizija u l-investigatur ewlieni Silvio Valletta.<\/p>\n<p>Il-konklu\u017cjonijiet tal-istejjer li xxandru &#8216;l bierah minn <em>The Daphne Project<\/em> m&#8217;humiex konklu\u017cjonijiet forensi\u010bi. U nittama li ma jkun hemm \u0127add li ji\u0127i biex jistaqsini hemmx aktar x&#8217;jinkixef g\u0127ax b&#8217;dak li nkixef s&#8217;issa bqajna ma nafux min qatilha.<\/p>\n<p>Dan huwa appuntu dak li Malta naqset li tifhem f&#8217;xog\u0127ol Daphne. L-istampa g\u0127amlet xog\u0127olha u xandret il-fatti. Issa jmiss lill-pulizija li tag\u0127mel xog\u0127olha. U a\u0127na g\u0127andna wkoll nag\u0127mlu xog\u0127olna u nibqg\u0127u ninsistu li l-prim ministru jdabbar rasu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Issa g\u0127addew aktar minn 12-il sieg\u0127a mit-tnedija ta&#8217; The Daphne Project. Organizzazzjonijiet ewlenin tal-a\u0127barijiet minn madwar id-dinja qed jiffokaw fuq Malta u qed jispjegaw storja mill-aktar kumplessa dwar il-qtil ta&#8217; mara u dwar \u0127akma fuq pajji\u017c s\u0127i\u0127. Id-dinja ilha tistenna&#8217; 6 xhur s\u0127a\u0127 biex l-awtoritajiet Maltin ila\u0127\u0127mu kliem il-prim ministru li se jsir dak kollu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6359,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6381\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6381"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6381\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6391,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6381\/revisions\/6391\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6359\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6381"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6381"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6381"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}