{"id":6400,"date":"2018-04-18T20:39:01","date_gmt":"2018-04-18T18:39:01","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6400"},"modified":"2018-04-21T05:21:49","modified_gmt":"2018-04-21T03:21:49","slug":"ma-nibqghux-indifferenti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/ma-nibqghux-indifferenti\/","title":{"rendered":"Ma nibqg\u0127ux indifferenti"},"content":{"rendered":"<p>Jista&#8217; jitqies b\u0127ala surreali d<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\">ak li qed ji\u0121ri f&#8217;Malta b\u0127alissa.<\/span><\/p>\n<p>Ta&#8217; kuljum qed jo\u0127or\u0121u fil-bera\u0127 aktar fatti li jkomplu jg\u0127aqqdu flimkien il-bi\u010b\u010biet li Daphne Caruana Galizia kienet bdiet iddomm. Il-\u0121urnal<em> Sueddeutsche Zeitung<\/em> kixef it-transazzjonijiet bankarji marbuta ma&#8217; 17 Black li kkonfermaw dak li \u0127afna kienu di\u0121\u00e0 ssuspettaw: li Konrad Mizzi u Keith Schembri \u0127bew \u0121idhom bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; struttura finanzjarja kumplessa.<\/p>\n<p>Hemm min qed i\u0127oss li m&#8217;hemm xejn \u0121did f&#8217;dak li xxandar s&#8217;issa. Minn banda dan huwa minnu. I\u017cda mill-banda l-o\u0127ra dak li \u0121ie \u017cvelat ikompli jikkonferma dak li kien ixxandar permezz ta&#8217; provi o\u0127ra li kienu n\u0121iebu \u017cmien ilu.<\/p>\n<p>\u0126add m&#8217;g\u0127andu jistenna l-mirakli. Dak li \u0121ie \u017cvelat s&#8217;issa la se j\u0121ieg\u0127el lill-\u0127atja biex jassumu r-responsabbilt\u00e0, la se jixpruna lill-awtoritajiet biex ja\u0121ixxu, la se j\u0121ieg\u0127el lill-partitarji Laburisti biex joqg\u0127odu lura mill-fanati\u017cmu tag\u0127hom u lanqas se j\u0121ieg\u0127el lin-nies to\u0127ro\u0121 tipprotesta fit-toroq.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, issa qeg\u0127din nifhmu a\u0127jar dak li kienet ippruvat tfiehem Daphne Caruana Galizia dwar it-ta\u0127wid li Konrad Mizzi u Keith Schembri, bil-barka ta&#8217; Joseph Muscat, kienu qed i\u0127awdu fil-borma tag\u0127hom. Issa mhux hi biss qed ti\u017cvela dawn l-istejjer. G\u0127alkemm dan minnu nnisfu mhux daqstant importanti g\u0127aliex, wara kollox, jekk storja hi vera, tibqa&#8217; vera jirrakkuntawha kemm jirrakkuntawha nies.<\/p>\n<p>Din id-darba l-klikka ta&#8217; Joseph Muscat mhux lakemm tipprova tqieg\u0127ed sarima ma&#8217; \u0127alq il-\u0121urnalisti. Daphne Caruana Galizia kompliet tisfidahom minkejja l-fatt li kienu g\u0127amlu minn kollox biex isikktuha b&#8217;kaw\u017ci u mandati, SLAPPs, tg\u0127ajjir u intimidazzjoni: kellha tkun bomba li spi\u010b\u010bat sikktitha.<\/p>\n<p>Din id-darba ma jistg\u0127u jag\u0127mlu xejn fil-konfront ta&#8217; <em>The New York Times<\/em>, <em>The Guardian, Le Monde, La Repubblica, Sueddeutsche Zeitung<\/em> u l-o\u0127rajn kollha. Mhux se jkunu jistg\u0127u jag\u0127mlu l-mandati biex jissekwestraw flus depo\u017citati fil-bank biex jippruvaw ikissru lill-\u0121urnalisti. Is-Super 1 ta&#8217; xejn jipprova jag\u0127mel kampanji biex jiddemonizza l-\u0121urnalisti minn madwar id-dinja.<\/p>\n<p>U issa lanqas biss jistg\u0127u jeliminawhom kollha f&#8217;daqqa permezz ta&#8217; xi bomba.<\/p>\n<p>Jekk xejn, dak li nkixef din il-\u0121img\u0127a jikkonferma dak li kienet xandret wa\u0127edha Daphne Caruana Galizia u dan ikompli jag\u0127ti bixra rre\u017cistibbli ta&#8217; kredibilit\u00e0\u00a0 &#8211; kredibilit\u00e0 li kienet \u0121iet mi\u010b\u0127uda lilha, bla ma kien jist\u0127oqqilha, mix-xetti\u010bi li kienu baqg\u0127u ma ridux jemmnu dak li di\u0121\u00e0 kien ovvju.<\/p>\n<p>Dan issa nistg\u0127u nikkunsidraw\u0127 b\u0127ala ka\u017c mag\u0127luq g\u0127al dejjem? Le ma nistg\u0127ux. G\u0127aliex sirna qisna poplu lluppjat bid-droga: l-istejjer li xxandru ma jixxukkjawniex bl-istess mod kif l-imwiet u t-tbatija huma \u0127a\u0121a ta&#8217; kuljum g\u0127al dawk it-tfal li jg\u0127ixu f&#8217;\u017coni ta&#8217; gwerra.<\/p>\n<p>Tag\u0127tux ka\u017c lil dawk li jixg\u0127elu x-xemg\u0127at lil Joseph Muscat g\u0127ax f&#8217;g\u0127ajnejhom hu l-eroj tag\u0127hom u li jibqg\u0127u jappo\u0121\u0121jaw\u0127 jag\u0127mel x&#8217;jag\u0127mel. G\u0127alihom m&#8217;hemmx tama. A\u0127sbu biss f&#8217;dawk in-nies li ju\u017caw mo\u0127\u0127hom u li xi drabi juru xetti\u010bi\u017cmu \u017cejjed anke meta jkollhom il-provi ta\u0127t imne\u0127irhom.<\/p>\n<p>L-istess b\u0127al dawk li jservu b\u0127ala \u0121urati f&#8217;\u0121uri, ma nisg\u0127u qatt naraw id-delitt li nkunu rridu ni\u0121\u0121udikaw dwaru ji\u0121i ripetut quddiem g\u0127ajnejna. Ne\u017caminaw il-provi li jin\u0121iebu u nixtarru d-diversi interpretazzjonijiet li jing\u0127atawlhom. I\u017cda fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar ikollna nidde\u010biedu.<\/p>\n<p>Hemm ukoll \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra. Il-provi li n\u0121iebu llum dwar il-miljuni li \u0121ew trasferiti f&#8217;17 Black m&#8217;humiex aktar jew inqas kredibbli mill-provi li kienu n\u0121iebu sentejn ilu dwar l-istrutturi li kienu n\u0127olqu fil-Panama.<\/p>\n<p>Ma rrid innaqqas xejn mill-mertu tax-xog\u0127ol brillanti li wettqu l-\u0121urnalisti ta&#8217;\u00a0<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\"><em>Sueddeutsche Zeitung<\/em>. I\u017cda qed nistenna li dawk ma \u010b\u010baqilqux fil-konvizjoni tag\u0127hom minkejja l-provi li kienu n\u0121iebu dwar l-istrutturi tal-Panama, xorta mhux se ji\u010b\u010baqalqu issa.\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Ejja nkunu \u010bari.\u00a0<span style=\"float: none; background-color: transparent; color: #333333; font-family: Georgia,'Times New Roman','Bitstream Charter',Times,serif; font-size: 16px; font-style: normal; font-variant: normal; font-weight: 400; letter-spacing: normal; line-height: 24px; text-align: left; text-decoration: none; text-indent: 0px;\"><em>Sueddeutsche Zeitung<\/em> ma \u0121abitx il-provi li xandret permezz ta&#8217; xi bakketta ma\u0121ika. \u0120abithom g\u0127ax g\u0127amlet xog\u0127ol investigattiv tal-istess kalibru ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Il-Pulizija m&#8217;g\u0127andhiex ikollha diffikult\u00e0 li ti\u0121bed l-istess konklu\u017cjonijiet. U r-rapporti tal-FIAU juru li min kien qed jinvestiga kien da\u0127al fil-fond sew. \u00a0<\/span><\/p>\n<p>Inkunu \u010bari wkoll li l-qrati Maltin di\u0121\u00e0 taw ordni lill-Pulizija biex jag\u0127mlu l-inda\u0121nijiet tag\u0127ha. I\u017cda dik l-ordni m&#8217;g\u0127o\u0121bitx lill-avukati ta&#8217; Keith Schembri, Konrad Mizzi u lill-kap suprem Joseph Muscat u kollox g\u0127adu mwa\u0127\u0127al fil-Qorti.<\/p>\n<p>Inevitabilment sirna pajji\u017c indifferenti. A\u0127na u naraw l-istituzzjonijiet tal-pajji\u017c jag\u0127mlu minn kollox biex jostru l-verit\u00e0, g\u0127aliex g\u0127andna na\u0127sbu li l-istess verit\u00e0 li kienu \u017cvelaw Daphne Caruana Galizia jew Simon Busuttil issa se \u0121\u0121ib mag\u0127ha konsegwenzi differenti dan kollu g\u0127ax qieg\u0127da tixxandar fuq l-ewwel pa\u0121na tal-\u0121urnali ewlenin ta&#8217; madwar id-dinja?<\/p>\n<p>Din hi r-realt\u00e0. B\u0127alissa l-pajji\u017c qed i\u0127ares lejn il-mera u jistaqsi: &#8220;issa x&#8217;se ji\u0121ri?&#8221; u dan minkejja l-fatt li t-twe\u0121iba g\u0127al din il-mistoqsija ilna nafuha g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar sentejn.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 nirrikonoxxu li din l-indifferenza hi konsegwenza tal-kruha, l-kumplessit\u00e0 u l-kobor tal-provi li n\u0121iebu u tal-impunit\u00e0 sfa\u010b\u010bata ta&#8217; min g\u0127adu qed jabbu\u017ca mill-poter u tal-kriminali li g\u0127alihom jidher li ma jista&#8217; \u0127add.<\/p>\n<p>B\u0127al da\u017c-\u017cmien sena ilu Daphne Caruana Galizia kienet \u0121ibdilti widinti. Iltqajt mag\u0127ha fi Triq ir-Repubblika, l-Belt Valletta. Kienet g\u0127adha kif \u0127asdet lil kul\u0127add bl-istorja dwar l-Egrant. U jien staqsejtha &#8220;fadallek x&#8217;tikxef?&#8221;<\/p>\n<p>&#8220;Dak li kxift mhux bi\u017c\u017cejjed?&#8221; we\u0121bitni.<\/p>\n<p>Kellha ra\u0121un. Ebda prim ministru ta&#8217; pajji\u017c demokratiku ma baqa&#8217; f&#8217;postu wara li xxandret l-istorja dwar il-Panama Papers li fiha seta&#8217; kien imda\u0127\u0127al. A\u0127sbu ftit. Qed ng\u0127ixu f&#8217;pajji\u017c fejn 24 sieg\u0127a wara li l-\u0121urnali tad-dinja \u017cvelaw li ministru tal-gvern iltaqa&#8217; ma&#8217; assassin kemm qabel kif ukoll wara l-qtil ta&#8217; \u0121urnalista, dak il-ministru baqa&#8217; f&#8217;postu.<\/p>\n<p>U issa qed nitkellmu dwar xi \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra b\u0127allikieku dak li \u0121ie \u017cvelat il-biera\u0127 ma se\u0127\u0127x. Qed nitkellmu dwar kontijiet bankarji fil-Ba\u0127amas, flejjes u tix\u0127im minn kuntratti pubbli\u010bi u kontijiet bankarji sigrieti.<\/p>\n<p>Tant hemm ta\u0127wid li kollox jidher surreali u b\u0127al \u0127olma.<\/p>\n<p>A\u0127na Maltin. A\u0127na rridu s-sewwa. Sibna ru\u0127na ng\u0127ixu f&#8217;stat tal-Mafja fejn is-sidien g\u0127andhom impunit\u00e0 s\u0127i\u0127a u ma jista&#8217; g\u0127alihom \u0127add.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li ma nibqg\u0127ux indifferenti. Je\u0127tie\u0121 niftakru x&#8217;jin\u0127ass meta wie\u0127ed ikunu ixxukkjat u rrabjat. Je\u0127tie\u0121 li na\u0127dmu biex il-pajji\u017c li writna jer\u0121a&#8217; jaqbad it-triq it-tajba.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6398 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-18.41.13-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"576\" height=\"657\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-18.41.13-1-237x270.jpeg 237w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-18.41.13-1-263x300.jpeg 263w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-18.41.13-1.jpeg 576w\" sizes=\"(max-width: 576px) 100vw, 576px\" \/> \u00a0<img class=\"aligncenter wp-image-6396 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/30742759_10216037569038543_5856835541919596544_n.jpg\" alt=\"\" width=\"960\" height=\"720\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/30742759_10216037569038543_5856835541919596544_n-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/30742759_10216037569038543_5856835541919596544_n-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/30742759_10216037569038543_5856835541919596544_n-768x576.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/30742759_10216037569038543_5856835541919596544_n.jpg 960w\" sizes=\"(max-width: 960px) 100vw, 960px\" \/><img class=\"aligncenter wp-image-6397 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-20.15.25.jpeg\" alt=\"\" width=\"1279\" height=\"719\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-20.15.25-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-20.15.25-480x270.jpeg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-20.15.25-768x432.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-18-at-20.15.25.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1279px) 100vw, 1279px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Jista&#8217; jitqies b\u0127ala surreali dak li qed ji\u0121ri f&#8217;Malta b\u0127alissa. Ta&#8217; kuljum qed jo\u0127or\u0121u fil-bera\u0127 aktar fatti li jkomplu jg\u0127aqqdu flimkien il-bi\u010b\u010biet li Daphne Caruana Galizia kienet bdiet iddomm. Il-\u0121urnal Sueddeutsche Zeitung kixef it-transazzjonijiet bankarji marbuta ma&#8217; 17 Black li kkonfermaw dak li \u0127afna kienu di\u0121\u00e0 ssuspettaw: li Konrad Mizzi u Keith Schembri \u0127bew \u0121idhom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6396,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6400\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6400"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6400\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6465,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6400\/revisions\/6465\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6396\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6400"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6400"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6400"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}