{"id":66239,"date":"2018-12-05T13:07:44","date_gmt":"2018-12-05T12:07:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=66239"},"modified":"2018-12-10T17:07:47","modified_gmt":"2018-12-10T16:07:47","slug":"a-borg-cardona-illum-fil-qorti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/a-borg-cardona-illum-fil-qorti\/","title":{"rendered":"A Borg Cardona: Illum fil-Qorti"},"content":{"rendered":"<p><em>Andrew Borg-Cardona llum kien fl-Awla tal-Qorti fejn Matthew Caruana Galizia xehed dwar il-memorji tieg\u0127u tal-jum li fih ommu nqatlet b&#8217;karozza bomba.<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-66002\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201.jpg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"420\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/MCG-630x4201.jpg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n<p>Illum kont il-Qorti g\u0127all-kumpilazzjoni tal-evidenza dwar l-allegati qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.\u00a0 Is-soltu ma nattendix g\u0127al dan it-tip ta&#8217; ka\u017cijiet, g\u0127ax ma nispe\u010bjalizzax f&#8217;dan il-qasam ta&#8217; li\u0121i, i\u017cda g\u0127al ra\u0121unijiet ovvji, huwa importanti li fejn nista&#8217;, nag\u0127ti s-sapport morali tieg\u0127i.<\/p>\n<p>Illum kien wie\u0127ed minn dawk il-jiem:\u00a0kien imiss jixhed Matthew Caruana Galizia.\u00a0 Sintendi, il-kaw\u017ca ma kinitx biss qed issir g\u0127al din ix-xhieda, u kien hemm g\u0127add ta&#8217; argumenti irritanti dwar xi\u00a0<em>data<\/em> li l-kellha tippre\u017centa l-Vodafone u li g\u0127al xi ra\u0121uni ma setg\u0127etx, i\u017cda dan, meta tara l-istampa kollha, huwa biss dettall li qajla jiswa.<\/p>\n<p>Meta fl-a\u0127\u0127ar issejja\u0127 Matthew (nista&#8217; nsejja\u0127lu b&#8217;ismu, ta&#8217; mpar ibni), l-Isp. Arnaud mexxieh pass pass tul dak li \u0121ara dakinhar.\u00a0 Tistg\u0127u taqraw is-sommarji fuq portali o\u0127ra, xog\u0127li hawn illum huwa li nipprova niddeskrivi, aktarx bla ma jirnexxili, l-atmosfera hemm \u0121ew, aspett li m&#8217;g\u0127andu l-ebda interess legali i\u017cda li je\u0127tie\u0121 jasal hemm barra.<\/p>\n<p>G\u0127ax ejja ma ninsewx li hawn qed nitkellmu dwar \u017cag\u0127\u017cug\u0127 jiddeskrivi l-jum li ommu nqatlet brutalment ftit mijiet ta&#8217; metri &#8216;l bog\u0127od minn darhom.\u00a0 Ma tistax toqrob iktar minn hekk biex ikollok xhieda \u0127ajja ta&#8217; dak li \u0121ara, u nemmen li n-nies hemm b\u017conn infakkruhom x&#8217;\u0121ara nhar is-16 t&#8217;Ottubru 2017, g\u0127all-\u0127abta tat-3pm, fil-Bidnija, limiti tal-Mosta.<\/p>\n<p>Hu u jixhed bl-Ingli\u017c, Matthew beda billi rrakkonta l-fatti banali ta&#8217; kif g\u0127addiet dik il-\u0121urnata sa&#8217; ftit qabel it-3pm, qabel il-banali sar il-wa\u0127x, dak li lanqas tazzarda ta\u0127seb fih.\u00a0 Qal lill-Qorti li hekk\u00a0 kif sema&#8217; l-isplu\u017cjoni, \u0127are\u0121 ji\u0121ri barra, hu u j\u017comm lill-klieb milli jsegwuh.\u00a0 Lill-Qorti qalilha kif it-triq, is-si\u0121ar fil-vi\u010bin, il-\u0127dura fl-g\u0127elieqi tal-madwar kienu \u0127u\u0121\u0121ie\u0121a wa\u0127da, qalilha dwar l-orrur tieg\u0127u hekk kif irrealizza li dik kienet il-karozza t&#8217;ommu u dwar kif ra l-fdalijiet ta&#8217; \u0121isimha.<\/p>\n<p>Kwa\u017ci kwa\u017ci m&#8217;hemmx g\u0127alfejn ng\u0127id li l-Qorti kienet siekta matul dan kollu:\u00a0 il-familja, xi ftit membri tal-istampa u xi \u0127bieb biss kien hemm \u0121ewwa, minbarra l-parte\u010bipanti tal-kaw\u017ca.\u00a0 Kwa\u017ci kwa\u017ci lanqas m&#8217;hemm g\u0127alfejn ng\u0127id li l-bi\u010b\u010ba kbira minna kellna g\u0127ajnejna fid-dmug\u0127, a\u0127na u nisimg\u0127u lil Matthew jag\u0127ti rendikont tal-jum meta dinjietu u dinjet familtu nqalbet ta&#8217; ta\u0127t fuq.<\/p>\n<p>Madankollu, hemm g\u0127alfejn ng\u0127idhom dawn l-affarijiet u nis\u0127aq &#8211; ming\u0127ajr ma n\u0121eg\u0127elu jist\u0127i &#8211; kemm Matthew \u0121ab ru\u0127u b&#8217;mod dinjitu\u017c u b&#8217;sa\u0127\u0127tu.<\/p>\n<p>\u0126add m&#8217;g\u0127andu g\u0127alfejn jistag\u0127\u0121eb meta tara kif \u0121abu ru\u0127hom hu, \u0127utu s-subien u missierhom, kif ukoll il-bqija tal-familja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, tul din is-sena u iktar ta&#8217; tbatija, tul din is-sena u iktar ta&#8217; insulti kattivi u ta&#8217; insinwazzjonijiet \u0127odor mit-trolls tal-Labour, im\u0127e\u0121\u0121a mill-atte\u0121\u0121jamenti spre\u0121jevoli spjegati tant tajjeb f&#8217;dan il-portal u f&#8217;TheShiftNews.com u xi kultant anki f&#8217;oqsma o\u0127ra tal-midja.<\/p>\n<p>Is-skiet tal-Awla tal-Qorti nkiser, \u0121ustament, meta d-difi\u017ca bdiet issaqsi mistoqsijiet tat-tip &#8220;G\u0127aliex \u0127allejt il-karozza pparkjata quddiem il-grada?&#8221; u &#8220;G\u0127aliex il-laptop ing\u0127ata lill-pulizija \u0120ermaniza?&#8221;\u00a0 Il-Ma\u0121istrat mill-ewwel waqqaf milli jsiru dawn il-mistoqsijiet, i\u017cda mhux qabel ma \u0127are\u0121 id-di\u017cgust ta&#8217; dawk kollha pre\u017centi.<\/p>\n<p>Meta wie\u0127ed ja\u0127seb ftit, xejn m&#8217;g\u0127andu g\u0127alfejn jistag\u0127\u0121eb li \u0121ara dan, g\u0127ax dawn huma propju mistoqsijiet li jistaqsu t-trolls tal-Labour u li \u0121eneralment jitqiesu b\u0127ala forma estrema ta&#8217; kif jiddevjaw u kif iwa\u0127\u0127lu fil-vittma.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Andrew Borg-Cardona llum kien fl-Awla tal-Qorti fejn Matthew Caruana Galizia xehed dwar il-memorji tieg\u0127u tal-jum li fih ommu nqatlet b&#8217;karozza bomba. Illum kont il-Qorti g\u0127all-kumpilazzjoni tal-evidenza dwar l-allegati qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.\u00a0 Is-soltu ma nattendix g\u0127al dan it-tip ta&#8217; ka\u017cijiet, g\u0127ax ma nispe\u010bjalizzax f&#8217;dan il-qasam ta&#8217; li\u0121i, i\u017cda g\u0127al ra\u0121unijiet ovvji, huwa importanti li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":46,"featured_media":66003,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/66239\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/46\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=66239"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/66239\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69018,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/66239\/revisions\/69018\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/66003\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=66239"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=66239"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=66239"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}