{"id":6649,"date":"2018-04-24T08:30:12","date_gmt":"2018-04-24T06:30:12","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6649"},"modified":"2018-04-25T18:00:59","modified_gmt":"2018-04-25T16:00:59","slug":"stejjer-riciklati","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/stejjer-riciklati\/","title":{"rendered":"Stejjer &#8220;ri\u010biklati&#8221;?"},"content":{"rendered":"<p>Meta sena ilu u anki ftit aktar, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar bank f&#8217;Malta li kien in\u0127oloq apposta biex jaqdi lir-re\u0121im tal-A\u017cerbaj\u0121an, kienu xlewha li kienet qed tigdeb. Meta mbag\u0127ad kitbet dwar il-fatt li fost il-klijenti tal-bank hemm ulied Ilham Aliyev tal-A\u017cerbaj\u0121an, tal-Labour qalulna li kienet qieg\u0127da tivvinta l-istejjer. U meta kitbet dwar kif il-ministru tal-ener\u0121ija \u2013 meqjus b\u0127ala l-persuna fost l-akbar sinjuri fl-A\u017cerbaj\u0121an \u2013 inqeda&#8217; bil-Pilatus Bank biex ikollu a\u010b\u010bess madwar l-Ewropa, Daphne \u0121iet injorata.\u00a0 Fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu dawn l-istejjer <em>The Daphne Project<\/em> issa da\u0127al aktar fil-fond. Xi \u0121urnalisti ivverifikaw dawn l-istejjer bid-dettall kollu b&#8217;mod indipendenti, rnexxielhom jiskopru aktar u mbag\u0127ad g\u0127addew biex xandruhom. Tal-Labour issa qed issejj\u0127ilhom\u00a0 \u201cstejjer ri\u010biklati\u201d u &#8220;xejn \u0121did&#8221;. Bil-wi\u010b\u010b tost kollu, hekk sejj\u0127ulhom. Dawn in-nies ag\u0127ar minn dawk it-tfal li minn minuta g\u0127all-o\u0127ra jigdbu kontinwament u jippruvaw isibu l-isku\u017ci minkejja l-kontradizzjonijiet li jkunu waqg\u0127u fihom.<\/p>\n<p>Il-\u0127asil ta&#8217; flejjes misruqa u l-konver\u017cjoni tag\u0127hom f&#8217;proprjet\u00e0 fl-Ewropa mill-irjus kbar tar-re\u0121im fl-A\u017cerbaj\u0121an hi kwistjoni ta&#8217; interess dinji: stejjer li mhux \u0127a\u0121a kbira li ssibhom f&#8217;<em>The Guardian<\/em> u <em>The New York Times<\/em>. I\u017cda hawn Malta je\u0127tie\u0121 li jin\u0121ibdu xi konklu\u017cjonijiet minn dawn l-istejjer li qed jixxandru minn <em>The Daphne Project<\/em>:<\/p>\n<ol>\n<li>l-investigazzjonijiet li kienet g\u0127amlet Daphne dwar il-Pilatus Bank kienu ta&#8217; min jorbot fuqhom u kienu ba\u017cati fuq provi verifikati u verifikabbli u konfermati minn investigazzjonijiet o\u0127ra;<\/li>\n<li>l-g\u0127ejjun ta&#8217; Daphne fil-Pilatus Bank wrew li huma nies li kellhom informazzjoni ta&#8217; min jorbot fuqha u pprovdew informazzjoni korretta dwar dak kollu li kien g\u0127addej fil-bank;<\/li>\n<li>l-istejjer li kitbet dwarhom Daphne dwar dak kollu li kien g\u0127addej fil-Pilatus Bank ixxandru mill-inqas sena s\u0127i\u0127a qabel ma ttie\u0127du passi mill-gvern Malti kontra l-bank;<\/li>\n<li>kien hemm min kellu l-interess li jara li Pilatus Bank ji\u0121i m\u0127ares u protett minn dak li Daphne kienet qed tikxef dwarhom, akkost li tintu\u017ca l-vjolenza biex jitwarrab min kien qed itellifhom.<\/li>\n<\/ol>\n<p>Dan kollu juri li Daphne Caruana Galizia mhux biss kienet \u0121urnalista straordinarjament kompetenti i\u017cda kellha wkoll sens ta&#8217; \u0121udizzju tajjeb \u0127afna spe\u010bjalment meta kienet ti\u0121i biex tg\u0127arbel l-informazzjoni u kellha a\u010b\u010bess g\u0127al g\u0127ejjun li \u0127addie\u0127or ma kellux. L-uni\u010bi ra\u0121unijiet g\u0127aliex dawn l-istejjer huma hekk imsejj\u0127a &#8220;ri\u010biklati&#8221; (li fil-fatt m&#8217;humiex) hi li tal-Labour kienu inqdew bir-ri\u017corsi kollha li kellhom biex ma tittie\u0127ed ebda azzjoni dwarhom. Li kieku l-Amerikani ma qaflux lil Ali Sadr il-\u0127abs, il-Pilatus Bank b\u0127alissa g\u0127adu qed jopera u nkunu wkoll qeg\u0127din nixlu lil <em>Die Zeit<\/em> u lil <em>France 2<\/em> li qed jigdbu g\u0127ax iridu lura lil Simon Busuttil. U, wara kollox, x&#8217;hemm daqshekk \u0127a\u017cin li wie\u0127ed jer\u0121a&#8217; jag\u0127ti daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn \u010berti veritajiet u jkompli jivverifikahom u jxandarhom ripetutament? Lit-tfal tag\u0127na l-istorja dwar l-Arka ta&#8217; Noe&#8217; darba biss nirrakkontawielhom?<\/p>\n<p>Mela er\u0121a&#8217; ismag\u0127ha Edward Scicluna. Ta\u0127t imnie\u0127rek tal-Pilatus Bank \u0127aslu flejjes ma\u0127mu\u0121in g\u0127ad-dittaturi u inqdew bit-tberika tieg\u0127ek, bil-li\u010benzja li tajthom u bir-reputazzjoni tajba li int writt ming\u0127and ta&#8217; qablek. U mill-kitbiet ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u ta&#8217; o\u0127rajn int kont taf x&#8217;kien qed ise\u0127\u0127. Allura er\u0121a&#8217; ismag\u0127ha kemm hemm b\u017conn sakemm int tammetti li int dan kollu \u0127allejtu jse\u0127\u0127. U li mitluf kif kont tg\u0127odd u ter\u0121a&#8217; tg\u0127odd il-muniti, er\u0127ejt l-u\u010bu\u0127 fil-g\u0127alqa mejtin bil-g\u0127atx f&#8217;xemx ti\u017cre\u0121.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6643 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/local_07_temp-1429943369-553b3449-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/local_07_temp-1429943369-553b3449-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/local_07_temp-1429943369-553b3449-620x348-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/local_07_temp-1429943369-553b3449-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta sena ilu u anki ftit aktar, Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwar bank f&#8217;Malta li kien in\u0127oloq apposta biex jaqdi lir-re\u0121im tal-A\u017cerbaj\u0121an, kienu xlewha li kienet qed tigdeb. Meta mbag\u0127ad kitbet dwar il-fatt li fost il-klijenti tal-bank hemm ulied Ilham Aliyev tal-A\u017cerbaj\u0121an, tal-Labour qalulna li kienet qieg\u0127da tivvinta l-istejjer. U meta kitbet dwar kif [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6643,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6649\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6649"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6649\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6735,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6649\/revisions\/6735\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6643\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6649"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6649"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6649"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}