{"id":6660,"date":"2018-04-24T15:09:58","date_gmt":"2018-04-24T13:09:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6660"},"modified":"2018-04-25T17:58:55","modified_gmt":"2018-04-25T15:58:55","slug":"pilatus-bank-se-jinghalaq-ighid-sidu-mill-habs","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/pilatus-bank-se-jinghalaq-ighid-sidu-mill-habs\/","title":{"rendered":"&#8216;Pilatus Bank se jing\u0127alaq,&#8217; ig\u0127id sidu mill-\u0127abs"},"content":{"rendered":"<p>Il-Pilatus Bank se jing\u0127alaq. Din l-a\u0127bar ing\u0127atat minn \u0127add anqas mill-avukati ta&#8217; Ali Sadr innifsu permezz ta&#8217; dokumenti li \u0121ew sottomessi fil-qorti federali ta&#8217; New York fejn l-Iranjan mixli dwar frodi qed jissielet biex jing\u0127ata l-liberta provi\u017corja.<\/p>\n<p>L-istorja xandarha id-Deputat Parlamentari Karol Aquilina fi <em>tweet<\/em> aktar kmieni llum.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">BREAKING: Dokunemti li g\u0127andi fil-pussess tieg\u0127i jindikaw li <a href=\"https:\/\/twitter.com\/PilatusBank?ref_src=twsrc%5Etfw\">@PilatusBank<\/a> bdiet il-pro\u010bess biex ti\u0121i likwidata. Il-bankier sigriet ta&#8217; <a href=\"https:\/\/twitter.com\/keithaschembri?ref_src=twsrc%5Etfw\">@keithaschembri<\/a> Ali Sadr Hashemi Nejad \u0127arab u rran\u0121a r-reputazzjoni ta&#8217; <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a> g\u0127all-frisk <a href=\"https:\/\/t.co\/ibTeUtY5uF\">pic.twitter.com\/ibTeUtY5uF<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Karol Aquilina (@KarolAquilina) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/KarolAquilina\/status\/988764987891113985?ref_src=twsrc%5Etfw\">April 24, 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>L-avukati tieg\u0127u infurmaw lill-qorti ta&#8217; New York li Pilatus Bank qed ti\u0121i likwidata min\u0127abba azzjonijiet li \u0127a l-gvern Amerikan kontra Ali Sadr li m&#8217;humiex marbutin mal-Pilatus Bank. Dawn l-avukati qed isostnu wkoll li l-awtorit\u00e0 Maltija ma kinitx tie\u0127u azzjoni kontra l-Pilatus Bank li kieku l-gvern Amerikan ma arrestax u ma xeliex lil sid il-bank.<\/p>\n<p>Aqraw estratt mid-dokument hawn isfel:<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6656 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-24-at-14.29.57.jpeg\" alt=\"\" width=\"1301\" height=\"969\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-24-at-14.29.57-300x223.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-24-at-14.29.57-363x270.jpeg 363w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-24-at-14.29.57-768x572.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-24-at-14.29.57.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1301px) 100vw, 1301px\" \/><\/p>\n<p>Dan seta&#8217; tabil\u0127aqq kien il-ka\u017c. L-awtoritajiet Maltin ilhom jafu x-xhur u s-snin bl-istejjer dwar \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in u r-ri\u0127a tinten ta&#8217; korruzzjoni fl-uffi\u010b\u010bji dilettanteski, kaoti\u010bi u informali tal-Pilatus Bank u xorta baqg\u0127u m&#8217;g\u0127amlu xejn.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a tad-diversi a\u0121enziji regolatorji u tal-infurzar, \u0127add a\u0127jar mill-gvern Malti ma seta&#8217; jkun f&#8217;po\u017cizzjoni li jxomm ir-ri\u0127a u jinduna bit-ta\u0127wid li kien hemm fil-Pilatus Bank. \u0126add minn dawn l-a\u0121enziji tal-gvern ma \u0127a xi azzjoni kontra l-Pilatus Bank u bis-sa\u0127\u0127a t&#8217;hekk kien hemm salt ri\u017cenji, tke\u010b\u010bijiet u, f&#8217;ka\u017c wie\u0127ed, sa\u0127ansitra l-arrest ta&#8217; persuni li kienu xhieda dwar l-illegalitajiet li kienu qed ise\u0127\u0127u fil-Pilatus Bank.<\/p>\n<p>U fi stadju minnhom, il-poplu Malti sar jaf b&#8217;dawn l-illegalitiajiet bis-sa\u0127\u0127a tal-istejjer imxandra minn Daphne Caruana Galizia. Minn dakinhar &#8216;l hawn, dawn l-istejjer \u0121ew verifikati u konfermati u w\u0127ud minnhom komplew ji\u017cviluppaw b&#8217;skoperti o\u0127ra ta&#8217; diversi a\u0121enziji tal-a\u0127barijiet madwar id-dinja.<\/p>\n<p>Il-gvern Malti beda&#8217; ji\u010b\u010baqlaq biss u beda&#8217; jie\u0127u mi\u017curi biex jie\u0127u l-Pilatus Bank ta\u0127t idejh meta Ali Sadr \u0121ie arrestat u ttie\u0127du passi kontrih.<\/p>\n<p>Madankollu l-informazzjoni li qed jing\u0127ata l-pubbliku hija skarsa, jekk mhux ine\u017cistenti, u dan minkejja l-interess politiku ovvju li hemm f&#8217;dan il-Bank u issa fl-g\u0127eluq tieg\u0127u.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6657 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/ali-sadr-990x556.jpg\" alt=\"\" width=\"990\" height=\"556\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/ali-sadr-990x556-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/ali-sadr-990x556-481x270.jpg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/ali-sadr-990x556-768x431.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/ali-sadr-990x556.jpg 990w\" sizes=\"(max-width: 990px) 100vw, 990px\" \/><\/p>\n<p>B&#8217;xorti tajba l-informazzjoni li jonqos li jxandar il-gvern Malti xi drabi insibuha \u0121ejja minn g\u0127ejjun fejn l-inqas nistennewha. Din id-darba \u0121iet minn fomm il-bankier tal-\u0127allelin innifsu.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Pilatus Bank se jing\u0127alaq. Din l-a\u0127bar ing\u0127atat minn \u0127add anqas mill-avukati ta&#8217; Ali Sadr innifsu permezz ta&#8217; dokumenti li \u0121ew sottomessi fil-qorti federali ta&#8217; New York fejn l-Iranjan mixli dwar frodi qed jissielet biex jing\u0127ata l-liberta provi\u017corja. L-istorja xandarha id-Deputat Parlamentari Karol Aquilina fi tweet aktar kmieni llum. BREAKING: Dokunemti li g\u0127andi fil-pussess tieg\u0127i jindikaw [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6657,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6660\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6660"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6660\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6734,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6660\/revisions\/6734\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6657\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6660"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6660"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6660"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}