{"id":6705,"date":"2018-04-25T11:22:31","date_gmt":"2018-04-25T09:22:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6705"},"modified":"2018-04-25T17:41:56","modified_gmt":"2018-04-25T15:41:56","slug":"il-klieb-tal-glied-ta-joseph","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/il-klieb-tal-glied-ta-joseph\/","title":{"rendered":"Il-klieb tal-\u0121lied ta&#8217; Joseph"},"content":{"rendered":"<p>Il-<em>mass meeting<\/em> li se jorganizza l-Partit Laburista nhar it-Tlieta mistenni li jkun kbir \u0127afna, forsi wkoll wie\u0127ed mill-akbar <em>meetings<\/em> politi\u010bi li qatt kien hawn. Il-folol qed ji\u0121u m\u0127e\u0121\u0121a u t-tensjoni tidher li qed ti\u017cdied ma&#8217; kull \u0121urnata li tg\u0127addi. Il-Partit Laburista irid jimmobilizza lin-nies permezz ta&#8217; dan il-<em>meeting <\/em>biex jag\u0127ti wirja ta&#8217; appo\u0121\u0121 mill-partitarji lill-kbir mexxej f&#8217;dan il-mument ta&#8217; kri\u017ci.<\/p>\n<p>Dan ifakkarni \u0127afna fi\u017c-\u017cmien meta Afred Sant b\u0127ala prim ministru kien \u0121abar lin-nies fil-Birgu meta kien qed jiffa\u010b\u010bja kri\u017ci u ried li jing\u0127ata l-wens mill-appo\u0121\u0121 tal-partitarji.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6700 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/hqdefault-3.jpg\" alt=\"\" width=\"480\" height=\"360\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/hqdefault-3-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/hqdefault-3-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/hqdefault-3.jpg 480w\" sizes=\"(max-width: 480px) 100vw, 480px\" \/><\/p>\n<p>I\u017cda jidher li hemm aktar xeb\u0127 ma&#8217; meta f&#8217;dik l-okka\u017cjoni Alfred Sant tilef rasu f&#8217;dag\u0127diha ta&#8217; rabja. Dakinhar filg\u0127odu Alfred Sant fittex mhux biss li jkollu a\u010b\u010bess g\u0127at-televi\u017cjoni i\u017cda ried jinqeda&#8217; bil-folla ta&#8217; quddiemu biex jimmobilizzaha kontra dawk li fil-Partit Laburista kien bi \u0127siebhom jisfidawh. Dom Mintoff, li dakinhar kien \u0121ie mg\u0127ajjar traditur, kien fil-mira tieg\u0127u. Kien jaf li ma&#8217; Mintoff kien kisirha g\u0127al dejjem u ried li ma jkun hemm \u0127add li jsegwi lill-Perit.<\/p>\n<p>L-eluf li se jin\u0121abru nhar it-Tlieta biex iwer\u017cqu isem Joseph Muscat m&#8217;humiex se jintu\u017caw b\u0127ala twissija lin-Nazzjonalisti, lill-\u0121urnalisti, lill-g\u0127ejjun, lill-attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili jew il-familja Caruana Galizia. Se jintu\u017caw biex iwerwru lil dawk fil-membri tal-Partit Laburista li, g\u0127ax b\u0127alissa g\u0127andhom il-kuxjenza tag\u0127hom tniggi\u017chom, jistg\u0127u ikunu m\u0127ajrin li jag\u0127melu dak li hu sewwa u jisfidawh.<\/p>\n<p>Dawk l-eluf li se jg\u0127ajjtu \u2018Joseph, Joseph\u2019 huma l-klieb tal-\u0121lied politi\u010bi li se jintu\u017caw minn Joseph Muscat biex jhedded lil dawk il-membri tal-Partit Laburista li g\u0127alihom min jid\u0127ol g\u0127all-\u0127ajja pubblika huwa fid-dmir li jara li l-gvernijiet ma jkunux mag\u0127mulin minn persuni li g\u0127alihom buthom ji\u0121i l-ewwel u qabel kollox.<\/p>\n<p>Nhar it-Tlieta min ifettillu ja\u017c\u017carda jipprotesta jew juri d-dispja\u010bir tieg\u0127u g\u0127all-gideb u l-ingann ta&#8217; Konrad Mizzi u ta&#8217; Keith Schembri kif ukoll g\u0127all-kenn politiku li dawn qed jing\u0127ataw minn Joseph Muscat se jkollhom jisktu min\u0127abba l-bi\u017ca&#8217;.<\/p>\n<p>B\u0127alma se jkollhom jisktu dawk li m&#8217;humiex kuntenti bil-\u0127biberiji u t-tba\u0127rid ta&#8217; Chris Cardona u, bla dubju, bil-kenn politiku li dan qed jing\u0127ata minn Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Nhar it-Tlieta it-taqtieg\u0127a interna g\u0127ar-ru\u0127 tal-Partit Laburista se to\u0127ro\u0121 fil-bera\u0127 u kul\u0127add se jara b&#8217;g\u0127ajnejh li l-Partit jinsab totalment dominat minn Joseph Muscat u dan biex \u0127add ma ja\u017c\u017carda jmeri jew jisfida.<\/p>\n<p>Nhar it-Tlieta se jwassal il-messa\u0121\u0121 li hu biss jikkmanda. U se jkollu aktar su\u010b\u010bess milli kellu Alfred Sant f&#8217;dik l-g\u0127odwa fil-Birgu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-mass meeting li se jorganizza l-Partit Laburista nhar it-Tlieta mistenni li jkun kbir \u0127afna, forsi wkoll wie\u0127ed mill-akbar meetings politi\u010bi li qatt kien hawn. Il-folol qed ji\u0121u m\u0127e\u0121\u0121a u t-tensjoni tidher li qed ti\u017cdied ma&#8217; kull \u0121urnata li tg\u0127addi. Il-Partit Laburista irid jimmobilizza lin-nies permezz ta&#8217; dan il-meeting biex jag\u0127ti wirja ta&#8217; appo\u0121\u0121 mill-partitarji lill-kbir [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6700,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6705\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6705"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6705\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6731,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6705\/revisions\/6731\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6700\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6705"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6705"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6705"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}