{"id":6755,"date":"2018-04-25T19:26:56","date_gmt":"2018-04-25T17:26:56","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=6755"},"modified":"2018-04-30T11:24:49","modified_gmt":"2018-04-30T09:24:49","slug":"ghall-korruzzjoni-taghhom-qed-thallas-int","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/04\/ghall-korruzzjoni-taghhom-qed-thallas-int\/","title":{"rendered":"G\u0127all-korruzzjoni tag\u0127hom qed t\u0127allas int"},"content":{"rendered":"<p>Emmnuni li xbajt nisma&#8217; lil min joqg\u0127od ig\u0127id li kwa\u017ci kwa\u017ci fiha u ma fihiex li jkun hemm ministri korrotti kemm il-darba bis-sa\u0127\u0127a tax-xog\u0127ol li dawn iwettqu jibqa&#8217; ji\u017cdied il-\u0121id g\u0127al kul\u0127add. G\u0127an-nies li jirra\u0121unaw b&#8217;dan il-mod, mhux daqstant importanti li nfittxu dak li hu sewwa u nwarrbu dak li mhux. Nistenna li g\u0127allinqas dawn in-nies jinteb\u0127u li suppost il-qag\u0127da tag\u0127hom g\u0127andha tkun a\u0127jar milli hi li kieku llum m&#8217;hemmx il-korruzzjoni li hawn mifruxa mal-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Aqraw <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180425\/local\/watch-malta-losing-tens-of-millions-from-poor-1-billion-azerbaijan.677432?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-istorja li xxandret illum minn <em>The Daphne Project<\/em> bid-dettalji tan-negozju korrott li kien sar fil-ka\u017c tal-<em>power station<\/em> tal-Electrogas<\/a>. Tiftakruh i\u017c-\u017cmien meta Joseph Muscat kien qalilna li, g\u0127ax il-kuntrattur li kien forna l-<em>power station <\/em>kien \u0127allas<em> commission<\/em> lill-a\u0121ent lokali tieg\u0127u, il-gvern ta&#8217; dak i\u017c-\u017cmien kien \u0127a falza stikka u spi\u010b\u010ba ngidem?<\/p>\n<p>Baqg\u0127u jippersegwitaw lil dan l-a\u0121ent lokali daqslikieku kien xi kriminal u ppruvaw ibellg\u0127uha li meta a\u0121ent jaqla&#8217; lira minn negozju li jkun intreba\u0127 mill-prin\u010bipal tieg\u0127u, ikun qala&#8217; din il-lira min\u0127abba l-korruzzjoni u li b&#8217;hekk il-klijenti jkunu ngidmu. Argument ba\u017cwi g\u0127all-a\u0127\u0127ar.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad idde\u010bidew li jixtru impjant \u0121did tal-gass u tawna x&#8217;nifhmu li din kienet xi idea brillanti minn tag\u0127hom. Qalulna wkoll li kienu rran\u0121aw biex il-prezzijiet ma ji\u010b\u010baqilqux g\u0127al snin s\u0127a\u0127 u riedu jbellg\u0127uha li din kienet xi idea tajba.<\/p>\n<p>Fil-fatt ma kienet idea tajba xejn. Bellg\u0127ulna kanna. G\u0127amlu negozju korrott biex jimlew bwiethom u fil-frattemp g\u0127as-servizz tad-dawl int qed t\u0127allas darbtejn aktar milli suppost qed t\u0127allas.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi ftiehem li jixtri l-gass ming\u0127and s\u0127abu tal-A\u017cerbaj\u0121an fuq medda ta&#8217; \u017cmien bil-prezz fiss tas-suq tal-2015. Minn dakinhar &#8216;l hawn il-prezz tal-elettriku ni\u017cel sew i\u017cda int bqajt t\u0127allas bir-rata g\u0127olja. Is-sena li g\u0127addiet Malta \u0127allset g\u0127all-gass b&#8217;rata li hi d-doppju tar-rata li j\u0127allsu g\u0127aliha pajji\u017ci o\u0127ra Ewropej. U ovvjament dak li l-gvern \u0127allas bil-g\u0127oli re\u0121a&#8217; \u0121abru lura minn butek.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6739 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-18.59.11-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"545\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-18.59.11-1-300x102.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-18.59.11-1-604x206.jpeg 604w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-18.59.11-1-768x262.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-18.59.11-1.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>U d-differenza fil-prezz da\u0127let fil-bwiet tal-\u0127bieb ta&#8217; Konrad Mizzi fl-A\u017cerbaj\u0121an.<\/p>\n<p>Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li hu u sie\u0127bu Keith Schembri kienu qed jistennew li jda\u0127\u0127lu <strong>150,000 ewro fix-xahar<\/strong> barra l-paga li jda\u0127\u0127lu ming\u0127and il-gvern.<\/p>\n<p>Hekk sew. Huma jistag\u0127new u int t\u0127allas.<\/p>\n<p>U kif qed t\u0127allas? Indunajt li l-kontijiet tad-dawl qed jo\u0127or\u0121u aktar spiss? Qed jag\u0127mlu hekk biex ibag\u0127bsu l-<em>allowance<\/em> ta&#8217; dawk intitolati g\u0127al servizz tad-dawl or\u0127os. Aktar tard bi \u0127siebni nid\u0127ol f&#8217;aktar dettall dwar il-mod kif qed isir it-tbag\u0127bis. I\u017cda l-fatt jibqa&#8217; li hemm min qed i\u0127allas <strong>erba&#8217; darbiet aktar<\/strong> milli suppost min\u0127abba t-tbag\u0127bis fil-\u0127ru\u0121 tal-kontijiet minn na\u0127a tal-ARMS.<\/p>\n<p>Qed t\u0127allas \u0127afna aktar milli suppost t\u0127allas u dan int g\u0127adek ma tafux g\u0127ax il-Partit Laburista m&#8217;huwiex jag\u0127mel il-kjass u l-istorbju li kien g\u0127amel biex reba\u0127 l-elezzjoni tal-2013.<\/p>\n<p>Minflok g\u0127andna Oppo\u017cizzjoni fil-Parlament li ma tafx x&#8217;inhu ji\u0121ri g\u0127aliex b\u0127al donnu dak li kien di\u0121\u00e0 nkixef minn Daphne Caruana Galizia ma jistg\u0127ux jitkellmu dwaru.<\/p>\n<p>Niftakru li ftit qabel ma kkonkludew dan in-negozju, Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat kienu marru l-A\u017cerbaj\u0121an g\u0127al ta\u0127ditiet ma&#8217; Ilham Aliyev. G\u0127al Mizzi u Schembri x-xilep kien \u0121ewwa. Brian Tonna ta&#8217; Nexia BT kien irran\u0121a kollox.<\/p>\n<p>U Joseph Muscat? Dak irran\u0121a kollox b&#8217;ri\u0127et it-tjubija ta&#8217; qalbu. Mhux hekk tg\u0127id?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6740 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.36.25.jpeg\" alt=\"\" width=\"1334\" height=\"750\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.36.25-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.36.25-480x270.jpeg 480w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.36.25-768x432.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.36.25.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1334px) 100vw, 1334px\" \/><\/p>\n<p>Xbajt nisma&#8217; lil min ig\u0127id li din l-istorja di\u0121\u00e0 konna smajniha. U \u017cgur li smajniha. Smajniha g\u0127ax Daphne Caruana Galizia kienet l-ewwel li \u0127ar\u0121et biha. Huma kienu \u010ba\u0127du kollox u g\u0127ajjruha sa\u0127\u0127ara sakemm inqatlet.<\/p>\n<p>U kien hemm min qal li &#8220;m&#8217;hemmx provi&#8221;. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20180425\/local\/watch-schembri-mizzi-advisers-nexia-bt-sat-on-power-station-selection.677397?utm_source=tom&amp;utm_campaign=top5&amp;utm_medium=widget\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Hawn huma l-provi.<\/a> Issa x&#8217;se tag\u0127mel? Se tkompli tittama li Daphne Caruana Galizia se ti\u0121\u0121ieled g\u0127alik waqt li int toqg\u0127od id-dar bi kwietek u bejn \u0127alltejn?<\/p>\n<p>Qed jisirquk. L-inqas li tista&#8217; tag\u0127mel hu li tattendi g\u0127all-manifestazzjoni ta&#8217; nhar il-\u0126add li \u0121ej wara nofsinhar u turihom li mhux bi \u0127siebek t\u0127allihom ikomplu jg\u0127adduk bi\u017c-\u017cmien. Jekk mhux biex titlob li ssir \u0121ustizzja, attendi biex titlob flusek lura.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-6726 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.12.40.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"624\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.12.40-300x117.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.12.40-604x236.jpeg 604w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.12.40-768x300.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/04\/WhatsApp-Image-2018-04-25-at-17.12.40.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Emmnuni li xbajt nisma&#8217; lil min joqg\u0127od ig\u0127id li kwa\u017ci kwa\u017ci fiha u ma fihiex li jkun hemm ministri korrotti kemm il-darba bis-sa\u0127\u0127a tax-xog\u0127ol li dawn iwettqu jibqa&#8217; ji\u017cdied il-\u0121id g\u0127al kul\u0127add. G\u0127an-nies li jirra\u0121unaw b&#8217;dan il-mod, mhux daqstant importanti li nfittxu dak li hu sewwa u nwarrbu dak li mhux. Nistenna li g\u0127allinqas dawn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":6740,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6755\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=6755"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6755\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":6962,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6755\/revisions\/6962\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6740\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=6755"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=6755"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=6755"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}