{"id":69010,"date":"2018-12-08T19:54:46","date_gmt":"2018-12-08T18:54:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69010"},"modified":"2018-12-10T17:10:58","modified_gmt":"2018-12-10T16:10:58","slug":"illum-fi-triq-ir-repubblika","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/illum-fi-triq-ir-repubblika\/","title":{"rendered":"Illum fi Triq ir-Repubblika"},"content":{"rendered":"<p>Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-attivisti g\u0127all-verit\u00e0 u l-\u0121ustizzja ma tantx kellhom b&#8217;xiex jifir\u0127u. Din il-kwistjoni m&#8217;hix kerha biss min\u0127abba l-bidu fa\u0127xi tag\u0127ha. Hi kerha g\u0127aliex il-Partit Laburista xewwex tant persuni biex ji\u0121i attakkat id-dritt li wie\u0127ed jipprotesta, li l-protesti nnifishom qed jitpin\u0121ew b\u0127allikieku huma xi atti llegali. It-tqeg\u0127id tal-fjuri u x-xemg\u0127at qed jitpin\u0121a b\u0127ala att ta&#8217; provokazzjoni u l-kelma &#8220;provokazzjoni&#8221; tg\u0127idx kemm qed ti\u0121i abbu\u017cata.<\/p>\n<p>Il-lejla ra\u0121el anzjan ta&#8217; 81 sena dda\u0127\u0127al l-isptar u bosta huma dawk li qed jinkwetaw dwar l-istat ta&#8217; sa\u0127\u0127tu. Mhux tort tieg\u0127u li spi\u010b\u010ba l-isptar. Lanqas ma hu t-tort ta&#8217; nies b\u0127ali li da\u0127lu l-Belt Valletta biex iqieg\u0127du l-fjuri u x-xemg\u0127at mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir. Silvio Parnis, id-deputat Laburista li nzerta li kien qrib il-mafkar, lill-istazzjoni televi\u017civ tal-Labour qallu li kienet attivista li mbuttat lill-anzjan mal-art. B&#8217;xorti tajba ma kienx hemm l-attivisti u Silvio Parnis biss fuq il-post. Kien hemm ukoll il-\u0121urnalista tat-<em>Times of Malta<\/em> Philip Leone Ganado li kien hemm biex jirrapporta dwar it-tqeg\u0127id tal-fjuri u li ra kollox b&#8217;g\u0127ajnejh. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181208\/local\/great-siege-monument-restoration-works-completed.696179\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Lit-<em>Times of Malta<\/em> stess qalilha: \u201cIr-ra\u0121el kien aggressiv, l-attivisti li kienu qed iqieg\u0127du l-fjuri bdew jiffilmjaw\u0127, ipprova jerfa&#8217; jdejh fuqhom, waqa&#8217; mal-art u \u0127abat rasu mal-art\u201d<\/a>.<\/p>\n<p>Lil Philip Leone Ganado, \u0127add minna ma kellmu. Dak li kiteb huwa frott dak li ra huwa stess u dak li ra iktar tard ikkonfermah fil-<em>Facebook<\/em>. Aktar tard Philip Leone Ganado ra kif tal<em>-One TV<\/em>, wara li tkellmu ma&#8217; Silvio Parnis, serr\u0127u bil-g\u0127ama fuq dak li qalilhom u xandru storja fis-sens li attivista tal-<em>Occupy Justice<\/em> imbuttat lill-anzjan u sabbtitlu rasu mal-art. Din ma kienet xejn \u0127lief gidba mmirata biex to\u0127loq rabja u biex ixewwex lin-nies kontra l-attivisti. Fil-<em>Facebook<\/em>, Philip Leone Ganado din l-istorja sejj\u0127ilha \u201cgidba xokkanti\u201d.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fleoneganado%2Fposts%2F10158039020069972&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"491\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><span class=\"Apple-converted-space\">Hi tabil\u0127aqq xokkanti g\u0127aliex l-anzjan we\u0121\u0121a&#8217; sew. \u0126add ma skanta jew irrabja meta beda&#8217; jkun aggressiv fil-konfront tal-attivisti u meta pprova je\u0127dilhom il-<em>mobiles<\/em> minn-idejhom u job\u017coq fuqhom. Mhux l-ewwel darba li g\u0127amel dan. Kien hemm okka\u017cjonijiet o\u0127ra li fihom aggredixxa u mbotta lill-attivisti u je\u017cistu <em>videos<\/em> li huma xhieda ta&#8217; dan<\/span>. U kien hemm ukoll episodji o\u0127ra ta&#8217; aggressjoni u mbuttar li ma kinux \u0121ew iffilmjati.<\/p>\n<p>Kien \u0127aqqu jaqa&#8217;, jwe\u0121\u0121a&#8217; u jispi\u010b\u010ba l-isptar? U \u017cgur li le. Madankollu min jaf \u010bertu nies kif kienu jirrea\u0121ixxu li kieku kien wie\u0127ed mill-attivisti li spi\u010b\u010ba l-isptar. Hija \u0127a\u0121a verament tan-niket li jkollok ra\u0121el anzjan li tant g\u0127andu mo\u0127\u0127u manipulat li g\u0127alih dmiru hu li jkun aggressiv fil-konfront ta&#8217; attivisti u sa\u0127ansitra jipprova je\u0127dilhom il-<em>mobiles<\/em> minn idejhom u job\u017cqilhom, dan kollu g\u0127aliex marru jqieg\u0127du l-fjuri u x-xemg\u0127at. Jiena xhud ta&#8217; dak li se\u0127\u0127 illum g\u0127ax kont pre\u017centi. Parti minn dak li se\u0127\u0127 &#8211; i\u017cda mhux kollu &#8211; n\u0121ibed f&#8217;filmat. L-anzjan b&#8217;mod aggressiv \u0121ibed attivista minn drieg\u0127ha biex jipprova je\u0127dilha l-<em>mobile<\/em>, tfixkel u waqa&#8217; g\u0127al dahru. Milli jidher \u0127abat il-parti ta&#8217; wara ta&#8217; rasu. Jien kont qrib tieg\u0127u hekk kif waqa&#8217; fl-art. \u017bamm ma&#8217; jdejja t-tnejn u ddendel mag\u0127hom. We\u0121ibni meta staqsejtu x&#8217;jismu u minn fejn hu u beda&#8217; jinsisti mieg\u0127i u ma&#8217; o\u0127rajn sabiex jing\u0127ata l-g\u0127ajnuna biex iqum mill-art. Jiena ppruvajt ng\u0127inu jqum fuq saqajh i\u017cda hu u jin\u0121abar mill-art, beda j\u0127ossu stordut. Dak il-\u0127in tfa\u010b\u010bat tfajla li qalet li kienet studenta tal-medi\u010bina fi Franza u din qalet li jkun a\u0127jar jekk l-anzjan jibqa&#8217; minxur mal-art sakemm ti\u0121i biex ti\u0121bru ambulanza.<\/p>\n<p>Dak il-\u0127in jien ilma\u0127t lil Silvio Parnis jitkellem fuq il-<em>mobile<\/em> tieg\u0127u u smajt xi nies ig\u0127idu li se tissejja\u0127 ambulanza. Nassumi li Silvio Parnis fuq dan kien qed jit\u0127addet bil-<em>mobile<\/em>, i\u017cda ma nistax inkun \u010bert. Fil-frattemp waslu l-Pulizija u dawn sabuni biswit l-anzjan li ta\u0127t rasu kellu l-gakketta ta&#8217; binti li servietu ta&#8217; m\u0127adda. Il-Pulizija staqsewh kif kien qed i\u0127ossu u hu qalilhom li xtaq iqum bil-wieqfa. Qbi\u017ct jien u g\u0127idtilhom li studenta tal-medi\u010bina kienet qalitlna li jkun a\u0127jar jekk g\u0127alissa jibqa&#8217; minxur mal-art u huma qalulu li jkun a\u0127jar jekk joqg\u0127od fuq il-parir li kienet tatna u jibqa&#8217; hemm sakemm tasal l-ambulanza.<\/p>\n<p>Jien bqajt mal-anzjan u bqajt in\u017commlu jdejh sakemm waslet l-ambulanza. L-infermiera e\u017caminawh, qieg\u0127duh fl-ambulanza u staqsew jekk kienx hemm qraba tieg\u0127u biex jakkumpanjawh. \u0120aladarba ma kien hemm ebda qraba, lill-infermiera jien staqsejthom jekk stajtx immur jien i\u017cda huma we\u0121buni li ma kienx hemm g\u0127alfejn la ma ni\u0121ix minnu.<\/p>\n<p>Aktar tard kellmit lill-Pulizija u mort mag\u0127hom l-g\u0127assa biex inkun nista&#8217; nirrakkontalhom dak li kont rajt b&#8217;g\u0127ajnejja. L-a\u0127\u0127ar attivista li kienet qrib l-anzjan meta&#8217; dan waqa&#8217; kienet di\u0121\u00e0 marret l-g\u0127assa minn jeddha biex tag\u0127mel stqarrija. Waqt li konna hemm, malajr malajr waslu fuq il-post il-propagandisti tal-<em>One TV<\/em> biex jintervistaw lil Silvio Parnis. Dak li qalilhom di\u0121\u00e0 xxandar.<\/p>\n<p>Ma n\u0127oss ebda rabja g\u0127all-anzjan. I\u017cda n\u0127oss rabja kbira lejn dawk li gidbulu u li issa ser ju\u017cawh biex ikomplu jigdbu dejjem aktar. Wara li ttie\u0127ed l-isptar bl-ambulanza, wasal fuq il-post grupp ta&#8217; r\u0121iel. Dawn qattg\u0127u r-ritratt li l-attivisti kienu qieg\u0127du mal-mafkar u tefg\u0127uh fil-landa ta\u017c-\u017cibel.<\/p>\n<p>Tg\u0127idx kemm huma kuntenti Jason Micallef u Owen Bonnici.<\/p>\n<p>L-istorja issa \u0127adet \u017cvolta o\u0127ra: persuni li jridu jipprotestaw b&#8217;mod pa\u010bifiku ming\u0127ajr ma jwe\u0121\u0121g\u0127u lil \u0127add jew iwettqu \u0127sarat, mhux qed jit\u0127allew jipprotestaw bil-kwiet.<\/p>\n<p>I\u017cda d<span class=\"Apple-converted-space\">an mhux se jaqtag\u0127lna qalbna. G\u0127ada se ner\u0121g\u0127u inkunu hemm.\u00a0<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-attivisti g\u0127all-verit\u00e0 u l-\u0121ustizzja ma tantx kellhom b&#8217;xiex jifir\u0127u. Din il-kwistjoni m&#8217;hix kerha biss min\u0127abba l-bidu fa\u0127xi tag\u0127ha. Hi kerha g\u0127aliex il-Partit Laburista xewwex tant persuni biex ji\u0121i attakkat id-dritt li wie\u0127ed jipprotesta, li l-protesti nnifishom qed jitpin\u0121ew b\u0127allikieku huma xi atti llegali. It-tqeg\u0127id tal-fjuri u x-xemg\u0127at qed [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":68335,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69010\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69010"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69010\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69021,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69010\/revisions\/69021\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/68335\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69010"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69010"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69010"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}