{"id":69150,"date":"2018-12-13T15:26:24","date_gmt":"2018-12-13T14:26:24","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69150"},"modified":"2018-12-13T15:26:24","modified_gmt":"2018-12-13T14:26:24","slug":"attivisti-msawwta-fi-triq-ir-reppublika-llum","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/attivisti-msawwta-fi-triq-ir-reppublika-llum\/","title":{"rendered":"Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum"},"content":{"rendered":"<p><em>Stqarrija ta&#8217; Repubblika<\/em><\/p>\n<p>Illum wara nofsinhar, grupp ta\u2019 persuni n\u0121abru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jg\u0127ajtu u jheddu numru t\u2019attivisti li kienu qed jipprotestaw b\u2019mod g\u0127al kollox pa\u010bifiku billi jqieg\u0127du fjuri u xemg\u0127at quddiem il-Monument.<\/p>\n<p>F\u2019\u0127in minnhom \u017cew\u0121 persuni sawwtu wa\u0127da minn dawk li kienu qed jipprotestaw, tajjrulha l-mobajl minn idejha, sabbtuh mal-art u kissruh. Dwar dan sar rapport fl-G\u0127assa tal-Pulizija tal-Belt Valletta.<\/p>\n<p>Wa\u0127da minn dawn i\u017c-\u017cew\u0121 persuni tidher f\u2019dan il-filmat mi\u0121bud fuq it-telefon li wara \u0127ataf persuna o\u0127ra li kien mag\u0127hha u kissru.<\/p>\n<p>Repubblika tikkundanna bla riserva il-vjolenza, is-swat, it-theddid u t-tg\u0127ajjir ta\u2019 persuni li ma jittollerawx protesta g\u0127al kollox pa\u010bifika g\u0127ax hi fuq xi \u0127a\u0121a li ma jaqblux mag\u0127ha. Din issa saret drawwa ta\u2019 kuljum minn persuni li jidhru li huma koordinati u mibqg\u0127utha abiex jintimidaw lil dawk li qed jipprotestaw.<\/p>\n<p>Kif kien dikjarat aktar minn darba mill-pulizija il-protesta quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir li titlob \u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia u g\u0127all-\u0121urnali\u017cmu tag\u0127ha tirrispetta g\u0127al kollox il-li\u0121i.<\/p>\n<p>Id-dritt tal-protesta mhux biss m\u2019g\u0127andhux ikun mg\u0127affe\u0121 b\u2019mod attiv mill-Gvern. I\u017cda l-liberta\u2019 tal-espressjoni tfisser li l-Gvern g\u0127andu d-dmir jipprote\u0121i lil min jipprotesta b\u2019konformita\u2019 mal-li\u0121i.<\/p>\n<p>Jekk il-Gvern ma jipprote\u0121ix id-dritt ta\u2019 protesta ikun qed jg\u0127affe\u0121 hu d-dritt tal-espressjoni \u0127ielsa.<\/p>\n<p>Repubblika ma tifhimx kif fjuri u xemg\u0127at huma meqjusa att ta\u2019 provokazzjoni waqt li swat, tg\u0127ajjir u intimidazzjoni fi\u017cika huma meqjusa b\u0127ala \u0121ustifikati. Quddiem dan, il-Pulizija ma tistax tibqa\u2019 newtrali u a\u0127na nfakkruha fid-dmir tag\u0127ha li tipprote\u0121i l-protesta \u0127ielsa.<\/p>\n<div style=\"width: 848px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-69150-1\" width=\"848\" height=\"480\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/WhatsApp-Video-2018-12-13-at-15.09.12.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/WhatsApp-Video-2018-12-13-at-15.09.12.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/WhatsApp-Video-2018-12-13-at-15.09.12.mp4<\/a><\/video><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Stqarrija ta&#8217; Repubblika Illum wara nofsinhar, grupp ta\u2019 persuni n\u0121abru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jg\u0127ajtu u jheddu numru t\u2019attivisti li kienu qed jipprotestaw b\u2019mod g\u0127al kollox pa\u010bifiku billi jqieg\u0127du fjuri u xemg\u0127at quddiem il-Monument. F\u2019\u0127in minnhom \u017cew\u0121 persuni sawwtu wa\u0127da minn dawk li kienu qed jipprotestaw, tajjrulha l-mobajl minn idejha, sabbtuh mal-art u kissruh. Dwar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":69153,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69150\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69150"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69150\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69155,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69150\/revisions\/69155\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/69153\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69150"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69150"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69150"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}