{"id":69289,"date":"2018-12-14T18:10:24","date_gmt":"2018-12-14T17:10:24","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69289"},"modified":"2018-12-17T17:28:32","modified_gmt":"2018-12-17T16:28:32","slug":"kisrulu-drittijietu-lil-konrad-miskin","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/kisrulu-drittijietu-lil-konrad-miskin\/","title":{"rendered":"Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin."},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181214\/local\/konrad-mizzi-files-claims-breach-of-rights-in-panama-appeals-saga.696734\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Konrad Mizzi lmenta li kisrulu drittijietu.<\/a> Naqta&#8217; rasi li issa se jo\u0127or\u0121u jg\u0127idu li Konrad Mizzi huwa \u010bittadin ukoll u li g\u0127andu dritt jirrikorri g\u0127all-qorti daqs \u0127addie\u0127or. Hekk kienu qalu meta, flimkien ma&#8217; s\u0127abu tal-klikka tal-Panama, appella minn sentenza tal-qorti li kienet idde\u010bidiet li g\u0127andha tibda&#8217; investigazzjoni dwar ir-reati kriminali li wettqu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andiex xi ng\u0127idu, bl-azzjoni li \u0127a, Mizzi mhux i\u0127ares id-drittijiet umani tieg\u0127u qieg\u0127ed, i\u017cda jimsa\u0127 l-art bihom. Konrad Mizzi huwa Ministru tal-gvern li jgawdi minn impunit\u00e0 s\u0127i\u0127a<span class=\"Apple-converted-space\"> u mill-appo\u0121\u0121 isteriku tal-kostitwenza tieg\u0127u f&#8217;pajji\u017c fejn aktar ma jkun korrott, politiku aktar ikun popolari. M&#8217;hemmx dubju li, minkejja l-korruzzjoni u l-impunit\u00e0, f&#8217;elezzjoni o\u0127ra jer\u0121a&#8217; jittella&#8217; fil-Parlament bl-g\u0127eruq u x-xniexel. <\/span><\/p>\n<p><span class=\"Apple-converted-space\">Igawdi wkoll kenn politiku<\/span>. Ministri o\u0127ra b\u0127al Manuel Mallia, Godfrey Farrugia u o\u0127rajn, tke\u010b\u010bew fuq kwistjonijiet li kienu bil-wisq inqas gravi. Minkejja l-iskandlu tal-Panama, l-iskandlu tal-Vitals u l-iskandlu 17 Black, Joseph Muscat xorta baqa&#8217; jag\u0127tih il-kenn u allura jista&#8217; jserra\u0127 mo\u0127\u0127u li s-setg\u0127a li g\u0127andu hija garantita. Igawdi l-impunit\u00e0 wkoll g\u0127ax jaf li l-Pulizija mhux se tmissu. Kummissarji tal-Pulizija, wie\u0127ed wara l-ie\u0127or, lir-rapporti tal-FIAU dwar l-im\u0121ieba kriminali tieg\u0127u tefg\u0127uhom ta\u0127t it-tapit. Wie\u0127ed minnhom, li kien g\u0127amel karriera s\u0127i\u0127a ji\u0121\u0121ieled kontra l-kriminalit\u00e0, sa\u0127ansitra dabbar rasu biex jevita li jibg\u0127at g\u0127al Konrad Mizzi. U dak li n\u0127atar floku, wara li kien stqarr li g\u0127andu grazzja mal-bajd ta&#8217; Joseph Muscat, spi\u010b\u010ba ntag\u0127\u017cel hu biex \u017cgur \u0127add ma jkun jista&#8217; g\u0127alihom. Konrad Mizzi huwa l-li\u0121i u &#8216;l fuq minnha. Flimkien ma&#8217; Joseph Muscat, Keith Schembri u o\u0127rajn tal-klikka, huma \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-Istat. Ebda istituzzjoni jew awtorit\u00e0 ma tista&#8217; g\u0127alihom. Kif fakkruna dan l-a\u0127\u0127ar \u017cew\u0121 Im\u0127allfin irtirati, ebda Qorti ma tista&#8217; ta\u0121ixxi kontra xi \u0127add li ma jkunx tressaq quddiemha mill-Pulizija u li inkjesta Ma\u0121isterjali ma tag\u0127milx tajjeb g\u0127an-nuqqas ta&#8217; infurzar tal-li\u0121ijiet.<\/p>\n<p>F&#8217;hiex jikkonsistu d-drittijiet tal-bniedem? X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li dawn jinsabu protetti mil-li\u0121ijiet tag\u0127na? Id-drittijiet tal-bniedem huma l-a\u0127\u0127ar tarka ta&#8217; protezzjoni g\u0127al dawk i\u010b-\u010bittadini li m&#8217;g\u0127andomx f&#8217;idejhom is-setg\u0127at mog\u0127tija mill-Istat sabiex ji\u0121i \u017cgurat li d-drittijiet ba\u017ci\u010bi ma ji\u0121ux imkasbra mill-azzjonijiet tal-Istat.<span class=\"Apple-converted-space\"> Dan ifisser li minkejja li int bniedem fqir, ming\u0127ajr mezzi u ming\u0127ajr setg\u0127a, ebda gvern ma jkun jista&#8217; jg\u0127addi minn fuqek b\u0127al romblu.<\/span> Ma jistax joqtlok. Ma jistax je\u0127odlok \u0121idek ming\u0127ajr ma jikkumpensak. Ma jistax jag\u0127millek sarima ma&#8217; \u0127alqek. Ma jistax jikkastigak g\u0127al xi \u0127a\u0121a li stajt g\u0127amilt ming\u0127ajr ma j\u0121ib il-provi u ming\u0127ajr ma jkollok smieg\u0127 xieraq.<\/p>\n<p>Qeg\u0127din tifhmu d-dinamika? Id-drittijiet tal-bniedem qeg\u0127din hemm b&#8217;ri\u017cq dawk li m&#8217;g\u0127andhomx is-setg\u0127a tal-Istat u biex iservu ta&#8217; tarka kontra s-setg\u0127ana. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kul\u0127add jista&#8217; jmur il-qorti u jg\u0127id li d-drittijiet umani tieg\u0127u inkisru. U din hi r-ra\u0121uni g\u0127aliex Konrad Mizzi da\u0127al il-Qorti. Mhux bi \u0127siebni noqg\u0127od nid\u0127ol fil-mertu dwar dak li qed jallega: g\u0127andi l-fehma tieg\u0127i dwar dan u g\u0127andi mnejn nikteb dwarha darb&#8217;o\u0127ra. I\u017cda l-kwistjoni li g\u0127andna quddiemna tikkonsisti fil-fatt li Ministru tal-gvern &#8211; li g\u0127al ra\u0121unijiet li di\u0121\u00e0 semmejt g\u0127andu setg\u0127a aktar minn normal &#8211; qed je\u017cer\u010bita dritt li huwa intenzjonat g\u0127al dawk li m&#8217;g\u0127andhomx is-setg\u0127a li g\u0127andu hu.<\/p>\n<p>Ejjew nin\u017clu xi ftit fis-saltna tal-assurd. Kul\u0127add g\u0127andu dritt g\u0127all-edukazzjoni. Allura jien, bniedem ta&#8217; 42 sena, jfettilli mmur fl-iskola primarja tal-gvern tal-lokalit\u00e0 tieg\u0127i u nibda&#8217; ninsisti li ning\u0127ata si\u0121\u0121u fil-klassi tal-istudenti mi\u017c-\u017cg\u0127ar nett g\u0127aliex dan huwa &#8220;d-dritt tieg\u0127i&#8221;.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi qed jilmenta mill-fatt li l-argumenti li \u0121ab Simon Busuttil fil-qorti servew biex \u0127amm\u0121ulu r-reputazzjoni tieg\u0127u. Issa rridu niftakru li meta Simon Busuttil kien mar il-qorti, ir-reputazzjoni ta&#8217; Konrad Mizzi di\u0121\u00e0 kienet fil-\u0127ama min\u0127abba l-iskandlu tal-Panama Papers li kienu kixfu\u0127 b\u0127ala l-uniku Ministru mill-Unjoni Ewropea li, flimkien ma&#8217; \u0127allelin o\u0127ra minn madwar id-dinja, \u0127eba fil-Panama \u0121id li qatt ma messu kien f&#8217;idejh. Qabel fe\u0121\u0121 l-iskandlu tal-Panama, kien biss buffu. U mal-medda ta\u017c-\u017cmien, sar buffu kriminali. Simon Busuttil ma seta&#8217; jag\u0127mel xejn biex is-sitwazzjoni jag\u0127mliha ag\u0127ar milli kienet g\u0127al Konrad Mizzi.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-69254\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/K_Mizzi-5d851027f08aaecf6a34d9730156dcfda2e3f1680c4ad971281da2ac01506f52.png\" alt=\"\" width=\"550\" height=\"454\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/K_Mizzi-5d851027f08aaecf6a34d9730156dcfda2e3f1680c4ad971281da2ac01506f52-200x165.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/K_Mizzi-5d851027f08aaecf6a34d9730156dcfda2e3f1680c4ad971281da2ac01506f52-300x248.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/K_Mizzi-5d851027f08aaecf6a34d9730156dcfda2e3f1680c4ad971281da2ac01506f52-400x330.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/K_Mizzi-5d851027f08aaecf6a34d9730156dcfda2e3f1680c4ad971281da2ac01506f52.png 550w\" sizes=\"(max-width: 550px) 100vw, 550px\" \/><\/p>\n<p>Kaw\u017ca dwar id-drittijiet tal-bniedem ma tistax issir kontra bniedem ie\u0127or. U jekk Konrad Mizzi j\u0127ossu offi\u017c minn xi \u0127a\u0121a li seta&#8217; g\u0127amillu Simon Busuttil, jista&#8217; liberament i\u0127arrek lil Simon Busuttil. I\u017cda Konrad Mizzi mhux hekk g\u0127amel. Ta\u0127sbux li qed ng\u0127addikom bi\u017c-\u017cmien: huwa \u0127arrek lill-gvern li huwa stess jifforma parti minnu b\u0127ala Ministru g\u0127aliex qed ig\u0127id li l-Qorti qieg\u0127da tie\u0127u wisq \u017cmien biex taqta&#8217; s-sentenza. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, xhur s\u0127a\u0127 ilu l-Qorti kienet idde\u010bidiet li huwa g\u0127andu ji\u0121i nvestigat dwar reati kriminali. U kien hu li appella minn din is-sentenza. U kien hu li g\u0127amel l-isforzi kollha biex jassigura li l-appell jinstema&#8217; minn im\u0127allef li hu mi\u017c\u017cewwe\u0121 lil kollega Laburista tieg\u0127u fil-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>Konrad Mizzi dan kollu jafu. La qed jipprova j\u0127ares drittijiet li jidhirlu li g\u0127andu u lanqas m&#8217;hu jfittex li j\u0127ares ir-reputazzjoni tieg\u0127u. L-intenzjoni tieg\u0127u hi li jkompli jtawwal biex is-sentenza li di\u0121\u00e0 ng\u0127atat mill-Qorti u li issa tinsab pendenti fl-appell, tibqa&#8217; ma ti\u0121ix implimentata. Sentenza li kienet ordnat lill-Pulizija tinvestiga dak li l-iskandlu tal-Panama Papers kienu kixfu dwaru.<\/p>\n<p>Hemm ukoll l-aspett komiku.\u00a0<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/12\/the-warning-from-venice\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ftit ilu kont ktibt dwar ir-rwol pervers li g\u0127andu l-Avukat \u0120enerali<\/a> u dwar kif din is-sitwazzjoni hi wa\u0127da problematika g\u0127all-Kummissjoni ta&#8217; Venezja. Araw ftit l-okkju tal-kaw\u017ca li ppre\u017centa Konrad Mizzi: Konrad Mizzi vs Avukat \u0120enerali. <img class=\"aligncenter size-full wp-image-69251\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001.jpg\" alt=\"\" width=\"1006\" height=\"434\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-200x86.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-300x129.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-400x173.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-600x259.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-768x331.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001-800x345.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/Scanned-from-a-Xerox-Multifunction-Printer-page-001.jpg 1006w\" sizes=\"(max-width: 1006px) 100vw, 1006px\" \/> \u0126arrek lill-Avukat \u0120enerali g\u0127aliex l-Avukat \u0120enerali huwa l-avukat tar-Repubblika ta&#8217; Malta u tal-gvern li Konrad Mizzi jifforma parti minnu b\u0127ala Ministru. Dan il-gvern sab il-mezz kif jistupra lilu nnifsu. Konrad Mizzi huwa l-gvern jew huwa l-vittma tal-gvern? L-Avukat \u0120enerali huwa l-avukat tal-konvenut jew tal-attur?<\/p>\n<p>Il-Kummissjoni ta&#8217; Venezja dan kollu sejj\u0127itlu &#8220;problematiku&#8221;. I\u017cda fil-fatt huwa \u0127afna aktar minn hekk. Konrad Mizzi qed iwaqqa&#8217; g\u0127a\u017c-\u017cuffjett il-kun\u010bett tad-drittijiet tal-bniedem u jimmina l-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p>Fil-frattemp, Konrad Mizzi u sie\u0127bu Keith Schembri baqg\u0127u jgawdu l-impunit\u00e0: b\u0127al Neruni, huma jdoqqu l-arpa waqt li l-pajji\u017c jin\u0127araq.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Konrad Mizzi lmenta li kisrulu drittijietu. Naqta&#8217; rasi li issa se jo\u0127or\u0121u jg\u0127idu li Konrad Mizzi huwa \u010bittadin ukoll u li g\u0127andu dritt jirrikorri g\u0127all-qorti daqs \u0127addie\u0127or. Hekk kienu qalu meta, flimkien ma&#8217; s\u0127abu tal-klikka tal-Panama, appella minn sentenza tal-qorti li kienet idde\u010bidiet li g\u0127andha tibda&#8217; investigazzjoni dwar ir-reati kriminali li wettqu. M&#8217;g\u0127andiex xi ng\u0127idu, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":69254,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69289\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69289"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69289\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69454,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69289\/revisions\/69454\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/69254\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69289"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69289"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69289"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}