{"id":69312,"date":"2018-12-16T08:34:54","date_gmt":"2018-12-16T07:34:54","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69312"},"modified":"2018-12-17T17:30:45","modified_gmt":"2018-12-17T16:30:45","slug":"meta-jitkellmu-x-shit-holes","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/meta-jitkellmu-x-shit-holes\/","title":{"rendered":"Meta jitkellmu x-&#8220;shit holes&#8221;"},"content":{"rendered":"<p>Dawk li l-gvern g\u0127ajjarhom &#8220;<em>biased assholes<\/em>&#8221; \u2014 jew inkella, skond il-burdata, <em>&#8220;shit holes&#8221; <\/em>\u2014 ma jistg\u0127ux jifhmu b&#8217;mod o\u0121\u0121ettiv il-g\u0127ala l-gvern qed jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.\u00a0 Fil-frattemp, it-<em>trolls<\/em> tal-Labour qed jibqg\u0127u jirrepetu d-diska li tliet persuni qed jistennew biex ig\u0127addu \u0121uri b&#8217;rabta mal-qtil tag\u0127ha. U li din g\u0127andha tkun spe\u010bi ta&#8217; konsolazzjoni g\u0127aliex fil-ka\u017cijiet ta&#8217; Karin Grech u ta&#8217; Raymond Caruana m&#8217;hemm \u0127add li qed jistenna li jg\u0127addi \u0121uri.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 hi li l-gvern qed jag\u0127mel il-bsaten fir-roti biex il-fatti ma jitilg\u0127ux fil-wi\u010b\u010b. Ma ji\u0121rix hekk f&#8217;\u010birkostanzi simili fil-bqija tad-dinja u l-\u2018<em>biased assholes\u2019<\/em> minn madwar id-dinja jafu sew dak li suppost isir.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet se\u0127\u0127 att terroristiku f&#8217;Strasburgu. Malli Cherif Chekatt kien instab u nqatel mill-Pulizja l-\u0126amis filg\u0127axija, l-President Emmanuel Macron serra\u0127 ras il-pubbliku li l-ka\u017c kien g\u0127adu ma ng\u0127alaqx u li l-Pulizja kienu qed ikomplu jinvestigaw biex jaraw kienx hemm min kien kompli\u010bi fl-att terroristiku. Biex inkunu pre\u010bi\u017ci, \u201c<a href=\"https:\/\/www.theguardian.com\/world\/2018\/dec\/14\/police-strasbourg-attacker-accomplices-cherif-chakatt-isis\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-awtoritajiet Fran\u010bi\u017ci qed jinvestigaw aktar biex ti\u0121i \u010b\u010barata r-ra\u0121uni g\u0127aliex l-allegat terrorista ma n\u017cammx qabel seta&#8217; jwettaq id-delitt<\/a>\u201d. Din m&#8217;hix \u0127a\u0121a li jistg\u0127u jinvestigawha l-Pulizija.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 Macron qal li \u201cFranza tkun tista&#8217; ti\u0121bed \u010berti konklu\u017cjonijiet dwar il-konsegwenzi tan-nuqqasijiet minn na\u0127a tal-Pulizija u tkun tista&#8217; ta\u0127dem biex ittejjeb l-affarijiet\u201d. Dan g\u0127aliex g\u0127alkemm id-dmir tat-tfittxija g\u0127al min ikun wettaq delitt huwa l-qofol, hemm ukoll dmir akbar: dak li ji\u0121i evitat g\u0127al kollox it-twettiq ta&#8217; delitt. L-Istat naqas mir-responsabbilt\u00e0 tieg\u0127u li j\u0127ares \u0127ajjet il-vittmi ta&#8217; Cherif Chekatt u \u010b-\u010bittadini g\u0127andhom kull dritt li jsiru jafu g\u0127aliex kien hemm dan in-nuqqas, min g\u0127andu jerfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0 u kif tista&#8217; ji\u0121i evitat it-twettiq ta&#8217; delitt ie\u0127or b\u0127al dan. Jista&#8217; dejjem jag\u0127ti l-ka\u017c li dawn l-investigazzjonijiet jaslu g\u0127all-konklu\u017cjoni li ma seta&#8217; jsir xejn aktar milli fil-fatt sar u li inevitabilment wie\u0127ed dejjem se jsib it-truf. I\u017cda x&#8217;aktarx li dan mhux se jkun il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Il-mozzjoni li ppre\u017centa l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament li permezz tag\u0127a talab lill-gvern jag\u0127mel dak li kien messu g\u0127amel 14 il-xahar ilu m&#8217;g\u0127addietx g\u0127aliex id-deputati tan-na\u0127a tal-gvern ivvutaw kontriha. Il-gvern qal li l-ewwel g\u0127andu jintemm il-pro\u010bess kriminali \u2014 pro\u010bess li jista&#8217; jdum g\u0127addej mal-g\u0127axar snin\u00a0 \u2014 qabel issir inkjesta dwar dak li seta&#8217; \u0121ie evitat. Fis-<em>Sunday Times of Malta<\/em> tal-lum, Fr Joe Borg ikkritika lill-Partit Demokratiku talli dwar din il-kwistjoni \u201c\u0127awwdu l-im\u0127u\u0127\u201d. Hawn kien qed jirreferi g\u0127all-emenda li ppropona l-PD biex tin\u0127atar kummissjoni &#8211; simili g\u0127al dik li kien ippresieda Desmond Tutu &#8211; sabiex ti\u0121i mist\u0127arr\u0121a l-verita mhux biss dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, i\u017cda wkoll dwar il-qtil ta&#8217; Karin Grech u ta&#8217; Raymond Caruana. Fr Joe g\u0127andu ra\u0121un. Fuq din il-kwistjoni je\u0127tie\u0121 li nkunu \u010bari u l-mozzjoni tal-PD t\u0127allat kwistjoni ma&#8217; o\u0127rajn. B&#8217;differenza g\u0127all-ka\u017cijiet ta&#8217; Karin Grech u ta&#8217; Raymond Caruana, Daphne Caruana Galizia kienet fil-mira ta&#8217; min qatilha. U l-periklu g\u0127adu fostna.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, ikun tajjeb jekk tista&#8217; ssir xi \u0127a\u0121a biex insiru nafu aktar dwar il-qtil ta&#8217; Karin Grech u ta&#8217; Raymond Caruana. I\u017cda huwa bil-wisq aktar ur\u0121enti li nsiru nafu bi\u010b-\u010birkostanzi kollha tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Dawk li setg\u0127u kienu responsabbli li ppermettew it-twettiq ta&#8217; dan id-delitt, x&#8217;aktarx g\u0127adhom fil-po\u017cizzjoni li jer\u0121g\u0127u jippermettu li jse\u0127\u0127 delitt ie\u0127or. Il-membri tal-familja ta&#8217; Daphne u l-kollegi tag\u0127ha jinsabu esposti g\u0127al perikli li l-gvern m&#8217;huwiex interessat li jsir jaf kif jista&#8217; jevitahom.<\/p>\n<p>Meta entitajiet internazzjonali flimkien mal-membri tal-familja ta&#8217; Daphne Caruana Galizia j\u0127e\u0121\u0121u lill-gvern jag\u0127mel dak li kull gvern demokratiku ie\u0127or kien jag\u0127mel \u017cmien twil ilu, ma jkunux qed ifittxu li jdawru l-arlo\u0121\u0121 g\u0127al meta Daphne Caruana Galizia kienet mimlija bil-g\u0127omor. I\u017cda jkunu qed jikkonfrontaw ir-realt\u00e0 dwar in-nuqqas ta&#8217; sigurt\u00e0 g\u0127all-\u0121urnalisti u g\u0127al kull min jikkritika lill-gvern &#8211; nuqqas ta&#8217; sigurt\u00e0 li di\u0121\u00e0 ssarraf f&#8217;assassinju ta&#8217; \u0121urnalista aktar minn sena ilu.<\/p>\n<p>B&#8217;mod pervers, l-Avukat \u0120enerali qed jipprova jag\u0127ti r-ra\u0121unijiet tieg\u0127u g\u0127aliex l-inkjesta indipendenti m&#8217;g\u0127andhiex issir. Pervers g\u0127aliex ebda avukat m&#8217;g\u0127andu jkun kompli\u010bi fid-delitti li jwettaq il-klijent tieg\u0127u.<\/p>\n<div id=\"attachment_69302\" style=\"width: 1034px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-69302\" class=\"wp-image-69302 size-large\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-1024x614.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"614\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-200x120.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-300x180.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-400x240.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-600x360.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-768x461.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-800x480.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/5568-1200x720.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><p id=\"caption-attachment-69302\" class=\"wp-caption-text\">Patrick Hertzog\/AFP\/Getty Images<\/p><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dawk li l-gvern g\u0127ajjarhom &#8220;biased assholes&#8221; \u2014 jew inkella, skond il-burdata, &#8220;shit holes&#8221; \u2014 ma jistg\u0127ux jifhmu b&#8217;mod o\u0121\u0121ettiv il-g\u0127ala l-gvern qed jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.\u00a0 Fil-frattemp, it-trolls tal-Labour qed jibqg\u0127u jirrepetu d-diska li tliet persuni qed jistennew biex ig\u0127addu \u0121uri b&#8217;rabta mal-qtil tag\u0127ha. U li din g\u0127andha [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":69303,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69312\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69312"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69312\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69455,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69312\/revisions\/69455\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/69303\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69312"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69312"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69312"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}