{"id":69549,"date":"2018-12-19T09:05:48","date_gmt":"2018-12-19T08:05:48","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69549"},"modified":"2018-12-19T14:46:29","modified_gmt":"2018-12-19T13:46:29","slug":"ir-regolatur-ighid-lill-banek-biex-ma-joqghodux-igharblu-minn-fejn-ikunu-gejjin-il-flus-li-bihom-jinxtraw-il-passaporti-maltin-min-se-jwaqqaf-dan-il-genn","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/ir-regolatur-ighid-lill-banek-biex-ma-joqghodux-igharblu-minn-fejn-ikunu-gejjin-il-flus-li-bihom-jinxtraw-il-passaporti-maltin-min-se-jwaqqaf-dan-il-genn\/","title":{"rendered":"Ir-Regolatur ig\u0127id lill-banek biex ma joqg\u0127odux ig\u0127arblu minn fejn ikunu \u0121ejjin il-flus li bihom jinxtraw il-passaporti Maltin. Min se jwaqqaf dan il-\u0121enn?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-69516\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/DeGabriele.jpg\" alt=\"\" width=\"600\" height=\"559\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/DeGabriele-200x186.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/DeGabriele-300x280.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/DeGabriele-400x373.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/12\/DeGabriele.jpg 600w\" sizes=\"(max-width: 600px) 100vw, 600px\" \/><\/p>\n<p>Ta&#8217; sikwit ig\u0127addili minn mo\u0127\u0127i l-\u0127sieb dwar jekk jienx l-uniku li ninsab ixxukkjat. U mbag\u0127ad malajr nibda noqg\u0127od lura milli nag\u0127ti ka\u017c.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a, <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20181218\/local\/passport-sale-regulator-slams-over-rigid-banks.697046\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Carmel Degabriele ppre\u017centa r-rapport annwali tieg\u0127u fil-Parlament<\/a>. Dan is-sinjur huwa r-regolatur tal-programm tal-bejg\u0127 tal-passaporti u l-li\u0121i tobbligah li jippre\u017centa rapport kull sena dwar it-t\u0127addim tal-iskema. Ir-regolatur mhux qieg\u0127ed hemm biex imexxi l-iskema jew biex i\u017cid il-bejg\u0127 tal-passaporti. Suppost qieg\u0127ed hemm biex jassigura li l-iskema titmexxa skond il-li\u0121i. Mir-rapport tar-regolatur, spikkaw \u017cew\u0121 affarijiet<a href=\"http:\/\/uploads.maltatoday.com.mt\/news\/national\/91695\/iip_regulator_wants_only_mps_to_see_maltese_golden_passport_names#.XBnt7S3MxBw\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> li l-\u0121urnali ndunaw bihom mill-ewwel.<\/a><\/p>\n<p>L-ewwel. Ir-regolatur qed jipproponi li l-identit\u00e0 ta&#8217; min jixtri passport Malti g\u0127andha tibqa&#8217; mistura. Dan di\u0121\u00e0 huwa l-ka\u017c: l-isem ta&#8217; min jixtri passaport Malti qed tidda\u0127\u0127al fil-lista ta\u010b-\u010bittadini \u0121odda u qed tit\u0127allat mal-ismijiet ta&#8217; dawk li jakkwistaw passaport jew g\u0127ax ikunu \u017c\u017cew\u0121u lil xi \u0127add Malti, jew g\u0127ax ikunu wirtu n-nazzjonalit\u00e0 Maltija u jew g\u0127ax ikunu g\u0127exu hawn g\u0127al \u010bertu \u017cmien. Din il-lista hi rran\u0121ata f&#8217;ordni alfabetika skond l-isem u mhux skond il-kunjom. Kull meta jsiru talbiet biex, ta\u0127t il-<em>freedom of information, <\/em>wie\u0127ed ikun jista&#8217; jifhem a\u0127jar min huma dawk kollha li madwar id-dinja qed isejj\u0127u lilhom infushom b\u0127ala Maltin, dawn il-talbiet qed ji\u0121u mi\u010b\u0127uda. U jidher li dan Carmel Degabriele huwa kburi b&#8217;din is-sitwazzjoni. Fil-fatt hekk kiteb fir-rapport tieg\u0127u. Issa qed jissu\u0121\u0121erixxi li sa\u0127ansitra anki l-pubblikazzjoni tal-ismijiet ta&#8217; dawk li jixtru l-passaporti g\u0127andha tin\u017camm biex b&#8217;hekk l-identit\u00e0 tag\u0127hom \u017cgur tibqa&#8217; mistura. \u2018Dan ma jfissirx li kull min japplika biex jixtri passaport ikollu xi \u0127a\u0121a x&#8217;ja\u0127bi,\u2019 qalilna r-regolatur. I\u017cda dan je\u0127tie\u0121 li jsir biex ti\u0121i rispettata l-privatezza. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, skond dan l-g\u0127aref kull min jakkwista \u010b-\u010bittadinanza Maltija permezz ta&#8217; mezzi normali &#8211; ji\u0121ifieri ma jkunx \u0127allas miljun ewro &#8211; ma \u0127aqqux l-istess dritt g\u0127all-privatezza.<\/p>\n<p>It-tieni. Carmel Degabriele \u0127adha kontra l-banek Maltin talli dawn qed jinsistu li, lil dawk il-klijenti li jkunu jridu jixtru passaport, ig\u0127adduhom mill-g\u0127arbiel. Dan l-g\u0127arbiel m&#8217;g\u0127andhomx x&#8217;iriduh, qalilna, g\u0127ax wara kollox l-g\u0127arbiel li qed ju\u017caw ta&#8217; <em>Henley &amp; Partners<\/em> huwa wie\u0127ed rinomat mad-dinja. Lanqas titwemmen li r-regolatur tant jinsab maqtug\u0127 mir-realt\u00e0 li ma jafx x&#8217;inhu jg\u0127id. X&#8217;aktarx li Carmel Degabriele g\u0127adu ma semg\u0127ax dwar il-mod kif id-dinja tqis lil <em>Henley &amp; Partners<\/em>. Nissu\u0121\u0121erilu jaqbad jaqra&#8217; <a href=\"https:\/\/publications.parliament.uk\/pa\/cm201719\/cmselect\/cmcumeds\/363\/36309.htm\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">r-rapport tal-<em>House of Commons<\/em> fir-Renju Unit dwar il-qerq u a\u0127barijiet foloz<\/a>. Sezzjoni 6 tar-rapport tittratta dwar il-mod kif <em>SCL<\/em> immanipulat l-elezzjonijiet permezz tal-id mo\u0127bija ta&#8217; Christian Kaelin, Chairman ta&#8217;<em> Henley &amp; Partners<\/em>. Lil dan Kaelin &#8211; mag\u0127ruf b\u0127ala <em>Mr Passports<\/em> &#8211;\u00a0 id-dinja tqisu b\u0127ala manipulatur prim li, bis-sa\u0127\u0127a tal-flus, irnexxielu ja\u0127taf ta\u0127t idejh ir-riedni ta&#8217; diversi repubbliki tal-banana madwar id-dinja. Min jixtri l-passaporti, d-dinja ma tqisux b\u0127ala bniedem li jkollu xi affinit\u00e0 mal-pajji\u017c li tieg\u0127u ikun \u010bittadin, i\u017cda b\u0127ala bniedem li t-tir tieg\u0127u jkun dak li jwettaq dak kollu li l-pajji\u017c twelidu ma jippermettilux li jwettaq u ma j\u0127alli\u0127x ig\u0127addiha lixxa. Carmel Degabriele jmissu jkellem lill-operaturi ta&#8217; negozji f&#8217;oqsma o\u0127ra u jistaqsi lilu nnifsu x&#8217;kapa\u010bi j\u0127ossu dawn meta jitfa\u010b\u010ba regolatur li jitkellem g\u0127an-nom tag\u0127hom biex i\u0121ieg\u0127el lill-banek ja\u010b\u010bettaw lil flushom ming\u0127ajr ma dawn ji\u0121u mg\u0127oddija mill-g\u0127arbiel. Dawn huma negozji le\u0121ittimi li b\u0127alissa qed jiffa\u010b\u010bjaw diffikultajiet kbar u sa\u0127ansitra w\u0127ud qed ifallu min\u0127abba l-kontrolli u l-pro\u010beduri iebsa li qed jimponu fuqhom il-banek, li minn na\u0127a tag\u0127hom jinsabu ta\u0127t pressjoni kbira minn banek minn madwar id-dinja.<\/p>\n<p>Nistaqsi: jaf Carmel Degabriele x&#8217;qieg\u0127da tikkaw\u017ca din il-pressjoni kollha fuq il-banek tag\u0127na? Din il-pressjoni kollha \u0121ejja min\u0127abba l-e\u017cistenza tal-iskema tal-IIP u min\u0127abba l-fatt li Malta qed ta\u010b\u010betta bil-g\u0127ama flejjes ta&#8217; biljunarji li \u2014 skond kif qieg\u0127ed kliemu fir-rapport \u2014 m&#8217;g\u0127andhomx x&#8217;ja\u0127bu, i\u017cda li xorta wa\u0127da jkunu jridu li ja\u0127bu. Dawn ikunu jridu ja\u0127bu l-isem ta&#8217; pajji\u017c twelidhom u l-identit\u00e0 ori\u0121inali tag\u0127hom u jo\u0127olqu identit\u00e0 \u0121dida f&#8217;Malta. I\u017cda dan kollu jkunu jridu jwettquh bil-mo\u0127bi. Carmel Degabriele donnu m&#8217;huwiex konxju tal-fatt li l-banek tag\u0127na di\u0121\u00e0 qeg\u0127din ig\u0127umu f&#8217;ba\u0127ar ta&#8217; inkwiet g\u0127aliex jinsabu ta\u0127t suspett li qeg\u0127din ja\u0127dmu bi flejjes ma\u0127mu\u0121in. Lin-nies, il-banek qeg\u0127din i\u0121ennuhom bid-dokumentazzjoni kollha li qeg\u0127din je\u017ci\u0121u anki g\u0127al bi\u010b\u010ba negozju normali. Dawn m&#8217;g\u0127adhomx ja\u0127dmu ma&#8217; xi pajji\u017ci b&#8217;\u010berti denominazzjonijiet ta&#8217; flus barranin u b&#8217;azzjonijiethom qed i\u017cidu l-ispejje\u017c tan-negozji u jeffettwaw \u0127a\u017cin il-kompetittivit\u00e0 ta&#8217; Malta. \u0126afna minn dan kollu ka\u0121un tal-\u0127sara li l-iskema tal-passaporti g\u0127amlet lir-reputazzjoni ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Din il-\u0127sara g\u0127adha g\u0127addejja \u0121mielha. Dan l-a\u0127\u0127ar \u017cort appartament f&#8217;kantina f&#8217;San \u0120wann li l-bieb ta&#8217; barra tieg\u0127u huwa mmarkat b&#8217;\u017cew\u0121 numri: 9A u 9B. F&#8217;numru 9A suppost joqg\u0127od sinjurun Russu li huwa sid ta&#8217; \u0127wienet li minnhom jinbieg\u0127u \u0127wejje\u0121 sportivi u f&#8217;9B \u2014 l-istess bieb i\u017cda b&#8217;numru differenti \u2014 suppost joqg\u0127od sinjurun ie\u0127or mill-Emirati, sid ta&#8217; proprjetajiet li jiswew ammonti kbar ta&#8217; flejjes. Dawn it-tnejn suppost qed ig\u0127ixu flimkien f&#8217;appartament kantina f&#8217;San \u0120wann. Il-\u0121irien qaluli li qatt ma raw lil \u0127add f&#8217;dan l-appartament. Wie\u0127ed mill-\u0121irien, hekk kif \u0121ie nfurmat dwar kemm hu sinjur ir-ra\u0121el mill-Emirati, staqsa jekk dan ir-ra\u0121el huwiex g\u0127a\u017ceb. Din hija gidba. Tkun qed tikser il-li\u0121i jekk tigdeb li qed tg\u0127ix Malta meta fil-fatt ma tkunx. Carmel Degabriele huwa r-regolatur u pratti\u010bi b\u0127al dawn suppost qed jara li ma jse\u0127\u0127ux. Minflok qed jag\u0127mel dan, qed jipproponi li jkun hemm segretezza akbar sabiex min ikun irid ja\u0127bi, ikun aktar fa\u010bli g\u0127alih li ja\u0127bi.<\/p>\n<p>Dan l-appartament f&#8217;kantina li jinsab f&#8217;San \u0120wann g\u0127andu jqajjem l-interess tal-\u0121urnalisti minn madwar id-dinja g\u0127aliex mhix \u0127a\u0121a ta&#8217; barra minn hawn jekk min m&#8217;hux i\u0127abbel rasu li jigdeb li qed jg\u0127ix f&#8217;post ma&#8217; \u0127addie\u0127or f&#8217;San \u0120wann, qed jigdeb ukoll dwar affarijiet o\u0127ra. U ma tkunx \u0127a\u0121a kbira jekk il-gvern ta&#8217; Malta, li qed ig\u0127atti l-gideb u x-xtur dwar is-suppost residenza tag\u0127hom f&#8217;San \u0120wann, qieg\u0127ed ig\u0127atti affarijiet o\u0127ra wkoll. Din appuntu hi r-ra\u0121uni g\u0127aliex l-banek m&#8217;humiex daqstant impressjonati bl-g\u0127arbiel &#8220;rinomat&#8221; ta&#8217; <em>Henley &amp; Partners<\/em>. Barra minn hekk, meta nbieg\u0127u l-passaporti, ma tantx g\u0127andna biex nifta\u0127ru bil-kwalit\u00e0 tal-g\u0127arbiel li jintu\u017ca biex jintag\u0127\u017clu l-applikanti.\u00a0Carmel Degabriele jmissu jaf a\u0127jar milli joqg\u0127od jimpressjona ru\u0127u b&#8217;dak li m&#8217;hu xejn \u0127lief propaganda.<\/p>\n<p>Il-qofol tal-kwistjoni kollha huwa dan: \u0121aladarba r-regolatur imwaqqaf b&#8217;li\u0121i qed ja\u0121ixxi fl-interess tal-promoturi tal-iskema, min qed jag\u0127mel l-g\u0127assa mar-regolatur biex jara li l-\u0127idma tieg\u0127u tkun wa\u0127da skond il-li\u0121i? Jien m&#8217;g\u0127andi xejn personali kontra Carmel Degabriele. B\u0127ala membru tas-servizz \u010bivili, nifhem li dan is-sinjur huwa m\u0127arre\u0121 f&#8217;kultura li tkun trid tara li l-gvern tal-\u0121urnata jkun moqdi u li l-politika tieg\u0127u tkun implimentata. I\u017cda g\u0127andu jifhem li r-rwol li g\u0127andu b\u0127alissa huwa wie\u0127ed differenti. Il-lealt\u00e0 tieg\u0127u mhux suppost tkun lejn il-politika tal-gvern tal-\u0121urnata i\u017cda lejn dak li tipprovdi l-li\u0121i. I\u017cda anki jekk din hi l-lealt\u00e0 li g\u0127andu, xorta wa\u0127da nibqa&#8217; b&#8217;ri\u017cervi kbar g\u0127aliex jien ma naqbel xejn anki mal-idea tal-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza.<\/p>\n<p>Carmel Degabriele qed ikun kompli\u010bi fil-frodi istituzzjonali li qed immexxu meta &#8220;ng\u0127alqu g\u0127ajn wa\u0127da&#8221; fil-konfront ta&#8217; applikanti li jigdbu meta jg\u0127idu li huma residenti f&#8217;Malta. Fil-frattemp, filwaqt li qed nipprovdu passaporti li persuni li qatt ma jirfsu fuq artna, qed imwarrbu dawk l-immigranti li g\u0127andhom impenn veru lejn Malta. Din il-\u0121img\u0127a stess, it-talba ta&#8217; Amerikan biex jing\u0127ata \u010bittadinanza Maltija &#8211; persuna li nvesta f&#8217;Malta, \u0127addem in-nies, bg\u0127at lil uliedu fi skejjel u g\u0127ex f&#8217;Malta g\u0127al \u0127ames snin &#8211; \u0121iet mi\u010b\u0127uda. I\u017cda meta x-xa\u0127am ikun f&#8217;karti ta&#8217; flus kontanti, na\u0127sbuha sewwa u min japplika ma jkollux g\u0127alfejn jifta\u0127 negozju.<\/p>\n<p>Dan mhux importanti. Kull ma rridu huma karti ta&#8217; flus kontanti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ta&#8217; sikwit ig\u0127addili minn mo\u0127\u0127i l-\u0127sieb dwar jekk jienx l-uniku li ninsab ixxukkjat. U mbag\u0127ad malajr nibda noqg\u0127od lura milli nag\u0127ti ka\u017c. Din il-\u0121img\u0127a, Carmel Degabriele ppre\u017centa r-rapport annwali tieg\u0127u fil-Parlament. Dan is-sinjur huwa r-regolatur tal-programm tal-bejg\u0127 tal-passaporti u l-li\u0121i tobbligah li jippre\u017centa rapport kull sena dwar it-t\u0127addim tal-iskema. Ir-regolatur mhux qieg\u0127ed hemm biex imexxi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":69516,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69549\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69549"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69549\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69580,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69549\/revisions\/69580\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/69516\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69549"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69549"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69549"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}