{"id":69790,"date":"2018-12-25T21:21:20","date_gmt":"2018-12-25T20:21:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=69790"},"modified":"2018-12-27T16:40:33","modified_gmt":"2018-12-27T15:40:33","slug":"nickie-vella-de-fremeaux-lil-peppi-azzopardi-tghidlu-li-fl-intervista-li-ghamel-lil-adrian-delia-ma-ntqalitx-il-verita","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/12\/nickie-vella-de-fremeaux-lil-peppi-azzopardi-tghidlu-li-fl-intervista-li-ghamel-lil-adrian-delia-ma-ntqalitx-il-verita\/","title":{"rendered":"Nickie Vella de Fremeaux lil Peppi Azzopardi tg\u0127idlu li fl-intervista li g\u0127amel lil Adrian Delia ma ntqalitx il-verit\u00e0"},"content":{"rendered":"\n<p>F&#8217;intervista li saritlu nhar il-\u0120img\u0127a waqt il-programm Xarabank, Adrian Delia wie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet ta&#8217; Peppi Azzopardi dwar il-pro\u010beduri ta&#8217; separazzjoni minn martu li jinsab g\u0127addej minnhom u spjega f&#8217;dan il-Milied i\u017c-\u017cmien li qed jag\u0127mel bog\u0127od mill-familja huwa ta&#8217; niket kbir g\u0127alih. <\/p>\n\n\n\n<iframe src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fxarabank%2Fvideos%2F2262167160735647%2F&#038;show_text=0&#038;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" style=\"border:none;overflow:hidden\" scrolling=\"no\" frameborder=\"0\" allowTransparency=\"true\" allowFullScreen=\"true\"><\/iframe>\n\n\n\n<p>Meta kellem lil The Sunday Times of Malta, Adrian Delia, filwaqt li talab biex ma jsirulux mistoqsijiet dwar il-fatt li l-pro\u010beduri ta&#8217; separazzjoni issa g\u0127addew g\u0127al fa\u017ci liti\u0121ju\u017ca fil-qorti, talab ukoll biex ti\u0121i rispettata l-privatezza tieg\u0127u.<\/p>\n\n\n\n<p>Dan kollu qalu minkejja l-fatt li, jumejn qabel, g\u0127o\u0121bu jwie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet waqt intervista fuq Xarabank li fiha &#8220;feta\u0127 qalbu&#8221; dwar kwistjonijiet personali. Din l-intervista se\u0127\u0127et fl-istess \u0121img\u0127a li fiha martu g\u0127amlet talba formali fil-qorti g\u0127as-separazzjoni wara li kienu skadew 9 \u0121img\u0127at minn dakinhar li kienet talbitu g\u0127al separazzjoni bi ftehim u barra &#8216;l qorti. <\/p>\n\n\n\n<p>Waqt l-intervista, Peppi Azzopardi stqarr li kien talab il-permess ta&#8217; Adrian Delia bil-quddiem biex jag\u0127millu mistoqsijiet dwar il-pro\u010beduri ta&#8217; separazzjoni minn martu.<\/p>\n\n\n\n<p>Ninsab infurmat li, wara li xxandret l-intervista, Nickie Vella de Fremeaux ipprotestat ma&#8217; Peppi Azzopardi u sostniet li fl-intervista \u017cew\u0121ha n\u0121ustament tpin\u0121a b\u0127allikieku kien xi vittma. Qalet ukoll li \u0127assitha mwe\u0121\u0121a&#8217; g\u0127all-fatt li hi ma ng\u0127atatx l-opportunita&#8217; li ssemma&#8217; l-qanpiena tag\u0127ha u li \u017cew\u0121ha, waqt li kien qed jit\u0127addet pubblikament dwar uliedu, ma qalx il-verita&#8217; dwar i\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127hom.    <\/p>\n\n\n\n<p>Lil Peppi Azzopardi qaltlu li \u017cew\u0121ha kien telaq mid-dar matrimonjali 11 il-\u0121img\u0127a ilu u li hi kienet kitbitlu \u0121img\u0127atejn qabel permezz tal-avukat tag\u0127ha biex tg\u0127idlu li \u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127hom kien spi\u010b\u010ba. <\/p>\n\n\n\n<p>Nhar lejliet il-Milied, Nickie Vella de Fremeaux ir\u010beviet kopja ta&#8217; rikors ur\u0121enti li ppre\u017centaw fil-Qorti dakinhar stess l-avukati ta&#8217; Adrian Delia li fiha talbu lill-qorti tordna li jkollu a\u010b\u010bess g\u0127al uliedu. <\/p>\n\n\n\n<p>Adrian Delia talab lill-Qorti tifta\u0127 b&#8217;ur\u0121enza u talab li jitnaqqsu t-termini normali li soltu jkollhom ka\u017cijiet b\u0127al dawn. Fil-fatt il-Qorti ordnat lil martu biex twie\u0121eb g\u0127ar-rikors fi \u017cmien tnax il-sieg\u0127a, ji\u0121ifieri sa tmiem lejlet il-Milied.   <\/p>\n\n\n\n<p>Hi sinjifikanti din it-talba g\u0127al smieg\u0127 bl-ur\u0121enza peress li g\u0127al 11 il-\u0121img\u0127a s\u0127a\u0127 Adrian Delia \u017camm il-bog\u0127od mid-dar matrimonjali u, \u0127lief g\u0127al darba meta wa\u0127da minn uliedu talbet li tarah, skont martu huwa qatt ma talab li jiltaqa&#8217; ma&#8217; uliedu. <\/p>\n\n\n\n<p>F&#8217;rikors li ppre\u017centa l-biera\u0127, l-avukat ta&#8217; Adrian Delia jistqarr hekk: \u201ckien hemm okka\u017cjoni wa\u0127da li fiha bintu l-kbira wriet ix-xewqa li tiltaqa&#8217; ma&#8217; missierha u din il-laqg\u0127a fil-fatt se\u0127\u0127et\u201d.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>F&#8217;intervista li saritlu nhar il-\u0120img\u0127a waqt il-programm Xarabank, Adrian Delia wie\u0121eb g\u0127al mistoqsijiet ta&#8217; Peppi Azzopardi dwar il-pro\u010beduri ta&#8217; separazzjoni minn martu li jinsab g\u0127addej minnhom u spjega f&#8217;dan il-Milied i\u017c-\u017cmien li qed jag\u0127mel bog\u0127od mill-familja huwa ta&#8217; niket kbir g\u0127alih. Meta kellem lil The Sunday Times of Malta, Adrian Delia, filwaqt li talab biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":69774,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69790\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=69790"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69790\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":69883,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/69790\/revisions\/69883\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/69774\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=69790"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=69790"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=69790"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}