{"id":7125,"date":"2018-05-03T21:29:42","date_gmt":"2018-05-03T19:29:42","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=7125"},"modified":"2018-05-07T15:36:36","modified_gmt":"2018-05-07T13:36:36","slug":"jekk-mhux-issa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/05\/jekk-mhux-issa\/","title":{"rendered":"Jekk mhux issa"},"content":{"rendered":"<p><em>Twissija. Din li \u0121ejja wa\u0127da twila sew. M&#8217;g\u0127andekx g\u0127alfejn tg\u0127idli. Naf, g\u0127ax jien ktibtha. Jekk g\u0127andek<\/em><em> ftit <\/em><em>\u0127in, ibda aqra.<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-7106 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/joseph_muscat_project.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"456\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/joseph_muscat_project-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/joseph_muscat_project-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/05\/joseph_muscat_project.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>Il-karattru insidju\u017c tal-poter li \u0127akem lil Malta fa\u010bli ji\u0121i sottovalutat. Kien hemm min \u0127are\u0121 b\u2019paraguni mal-faxxi\u017cmu ta&#8217; qabel il-gwerra, u dawn mhumiex bla ba\u017ci. I\u017cda jekk tqabbel mal-g\u0127odda li r-re\u0121im ta&#8217; Joseph Muscat g\u0127andu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u, l-g\u0127odda li kellhom il-faxxisti kienu primittivi u ta&#8217; nofs kedda.<\/p>\n<p>Bis-sa\u0127\u0127a tal-applikazzjoni tat-teknolo\u0121ija u tal-psikolo\u0121ija kollettiva kontemporanja biex wie\u0127ed jimmanipula l-im\u0127u\u0127, il-faxxisti ta&#8217; \u017cminijietna g\u0127andhom il-mezzi kollha biex ma j\u0127amm\u0121ux idejhom. Wara l-attentat ta&#8217; kolp ta&#8217; stat fl-1923 fil-\u0120ermanja, in-Na\u017cisti kienu nteb\u0127u li f&#8217;pajji\u017c fejn tit\u0127addem id-demokrazija diffi\u010bli \u0127afna li wie\u0127ed jie\u0127u l-poter. Irrealizzaw li biex ja\u0127tfu l-poter kien je\u0127tie\u0121 li jikkompetu fl-ambitu demokratiku, ju\u017caw kull mezz ne\u010bessarju biex jag\u0127\u0121nu d-demokrazija favurihom, inawru d-demokrazija minn \u0121ewwa u jikkonvin\u010bu lill-mases, li l-partit ikkunsidra bi stmerrija totali, li r-rieda tag\u0127hom u r-rieda tal-mexxej kienu \u0127a\u0121a wa\u0127da.<\/p>\n<p>Il-punt li wasal fih Joseph Muscat kien je\u0127tie\u0121 snin twal ta&#8217; t\u0127ejjija u beda ferm qabel da\u0127al fix-xena politika. Mil-lat kulturali, sab ambjent li seta&#8217; jservi g\u0127all-iskopijiet tieg\u0127u. B&#8217;differenza minn demokraziji o\u0127ra stabbli u sofistikati, it-tradizzjoni demokratika ta&#8217; Malta hi wa\u0127da kolonjali u bla struttura. Dan kien sinjifikanti l-aktar mhux g\u0127aliex id-demokrazija g\u0127adha \u017cg\u0127ira imma l-mod kif ing\u0127atat minn fuq u ttie\u0127det lura kull meta min imexxi \u0127ass li ma kienx jaqbillu.<\/p>\n<p>Id-demokrazija Maltija mhux il-Maltin bnewha. L-Ingli\u017ci kienu &#8220;tawhielna&#8221; f\u2019tentattiv biex tiddg\u0127ajjef l-g\u0127ajta ta&#8217; dawk f&#8217;Malta li riedu jifirduna mill-Imperu. U meta tawhielna, ma skruplaw xejn meta kemm il-darba dehrilhom li g\u0127andhom je\u0127duha lura kif u meta kien jog\u0127\u0121obhom.<\/p>\n<p>Fil-\u0127sieb inkonxju kollettiv tag\u0127na, id-drittijiet u d-demokrazija ma je\u017cistux \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-istatus tag\u0127na ta&#8217; \u010bittadini. Inqisuhom rigal minn fuq, b\u0127all-manna mis-sema. Mistenni minna nkunu rikonoxxenti kull meta jag\u0127tuhielna, u nbaxxu rasna kull meta l-allat jidhrilhom li g\u0127andhom je\u0127duhielna.<\/p>\n<p>F&#8217;dan ix-xenarju kulturali, Joseph Muscat sab ukoll lil min kien lest jadurah qisu eroj. Is-sistema politika tag\u0127na tiffoka \u0127afna fuq il-personalit\u00e0 tal-mexxejja. M&#8217;hemmx dubju li g\u0127ad-demago\u0121ija ftit kienu jinqalg\u0127u daqs Dom Mintoff. Imma meta l-Partit Nazzjonalista qabillu jinvesti fil-vanta\u0121\u0121 tal-attrazzjoni tal-Kap tieg\u0127u meta mqabbel mal-avversarju, il-PN ma qag\u0127adx lura milli jippersonifika l-politika tieg\u0127u. Kienet g\u0127al din ir-ra\u0121uni li Eddie Fenech Adami kiseb ma\u0121\u0121oranzi meta reba\u0127 lil Dom Mintoff fl-1981, lil Karmenu Mifsud Bonnici fl-1987 u fl-1992 u lil Alfred Sant fl-1998 u fl-2003. Din kienet ukoll ir-ra\u0121uni g\u0127aliex Lawrence Gonzi reba\u0127 lil Alfred Sant fl-2008.<\/p>\n<p>M&#8217;hemm ebda dubju allura li g\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 partiti l-investiment enormi fil-personalit\u00e0 tal-mexxej huma metodu a\u010b\u010bettat bil-kbir fuq i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at.<\/p>\n<p>I\u017cda huwa impossibbli li wie\u0127ed jifred dan l-iffokar fuq il-persuna tal-mexxej mill-kult tal-personalit\u00e0 li kellu Dom Mintoff. Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dan il-kult u tal-partitarji devotissimi, li w\u0127ud minnhom b&#8217;venerazzjoni kbira kienu sa\u0127ansitra jdendlu ritratti tal-Perit biswit santi tal-Madonna, Dom Mintoff seta&#8217; j\u0121ib ru\u0127u b&#8217;mod atro\u010bi b&#8217;impunit\u00e0 kbira. Kien jg\u0127id li kien lest li jarma lin-nies tieg\u0127u biex ikisser lill-avversarju fost i\u010b-\u010bap\u010bip u l-approvazzjoni tal-partitarji tieg\u0127u. Seta&#8217; jitfa\u2019 t-tfal tal-iskola &#8216;l barra mill-klassi, seta&#8217; je\u017cilja \u0121enerazzjoni s\u0127i\u0127a ta&#8217; tobba, seta&#8217; jxewwex il-manigoldi biex ja\u0127arqu bini ta&#8217; \u0121urnal u jkissru d-dar tal-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni bi wliedu mwerwrin \u0121ewwa. Seta&#8217; jifred lil Malta mill-Punent u jikkonvertiha f&#8217;sentinella g\u0127al-Libja ta&#8217; Gaddafi. Seta&#8217; jipprojbixxi kull forma ta&#8217; komunikazzjoni sofistikata u li jibg\u0127at xandara dissidenti fl-e\u017cilju.<\/p>\n<p>Seta&#8217; jg\u0127attilhom il-korruzzjoni, il-vjolenza politika, ir-rimi ta&#8217; katavri ta\u2019 xhieda u l-qtil ta&#8217; nies inno\u010benti, kollox ta\u0127t imnie\u0127er il-Pulizija.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed ma jistax jaqbad u jisku\u017ca u ja\u0127fer din l-im\u0121iba kif \u0121ieb u le\u0127aq b\u0127allikieku kienet biss xi difett fil-karattru ta&#8217; xi eroj tal-klassi tal-\u0127addiema. L-im\u0121iba ssir \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-bniedem u l-bniedem jippersonifika l-moralit\u00e0 l-\u0121dida. Il-partit, il-gvern u l-Istat ji\u0121u ppersonifikati fi bniedem wie\u0127ed. Tabil\u0127aqq\u00a0<em>ein Volk, eine Partei, ein F\u00fchrer.<\/em><\/p>\n<p>L-esklu\u017civit\u00e0 morali tal-poter issib is-sisien tag\u0127ha fl-assimilazzjoni tal-mezzi kollha tal-poter. In-nuqqas ta&#8217; qbil mal-mexxej, mal-partit jew mal-gvern, huma meqjusa minnhom b\u0127ala tradiment tal-Istat u tal-poplu. G\u0127alihom id-dissens jew in-nuqqas ta&#8217; qbil minn na\u0127a ta&#8217; oppo\u017cizzjoni demokratika mhumiex biss inkonvenjenza. Jitqiesu b\u0127ala tradiment li jkun je\u0127tie\u0121 ji\u0121i eliminat. Hekk jirra\u0121unaw dawk li jqisu lilhom infushom b\u0127ala l-werrieta ta&#8217; Dom Mintoff. Karmenu Mifsud Bonnici pprova ming\u0127ajr su\u010b\u010bess ikompli fejn kien \u0127alla Mintoff.<\/p>\n<p>Min-na\u0127a tieg\u0127u, Alfred Sant ittanta jaqbad triq o\u0127ra u da\u0127\u0127al attitudni aktar razzjonali. Mhux g\u0127ax Sant kellu xi ambizzjoni li jkun \u0121ust, i\u017cda ma setax jittollera l-vjolenza fi\u017cika u pprova jitbieg\u0127ed minnha. Minflok g\u0127amel u\u017cu s\u0127i\u0127 mill-mezzi tax-xandir tal-partit biex sistematikament ixandar il-qerq u l-gideb sfa\u010b\u010bat. Mhux minnu li kull ma kien jg\u0127id Sant kien gideb. U\u0127ud mix-xiljiet li kien jag\u0127mel dwar korruzzjoni fil-konfront tal-PN kienu bba\u017cati fuq fatti u, ffa\u010b\u010bjat bi kritika le\u0121ittima, il-PN mhux dejjem kien pront ja\u0121ixxi fil-\u0127in.<\/p>\n<p>I\u017cda l-Alfred Sant ta&#8217; wara l-1998 ma kienx l-istess Alfred Sant ta&#8217; qabel l-1996. Huwa veru li l-elementi vjolenti baqg\u0127u ta\u0127t kontroll strett. I\u017cda meta huwa ttanta jimmina l-istituzzjonijiet li kienu qed jippruvaw isibu tarf tal-ewwel assassinju ppjanat li qatt kien hawn f&#8217;Malta, \u0121ab ru\u0127u bl-oppost ta&#8217; kif kien wieg\u0127ed li j\u0121ib ru\u0127u meta kien \u0127a r-riedni tal-partit. E\u017catt b\u0127a\u017c-\u017cew\u0121 mexxejja Laburisti ta&#8217; qablu, wera\u00a0disprezz s\u0127i\u0127 lejn l-istituzzjonijiet kostituzzjonali u u\u017cahom b\u0127ala armi biex isalva r-reputazzjoni politika tieg\u0127u. G\u0127alih kollox kien jg\u0127addi u kollox kien le\u010btu b&#8217;ri\u017cq is-salvazzjoni tal-\u0121ilda politika tieg\u0127u. U Joseph Muscat g\u0127amel l-apprendistat politiku tieg\u0127u f&#8217;dan l-ambjent.<\/p>\n<p>Dan ma jfissirx li Joseph Muscat ma tax is-sehem tieg\u0127u. Xejn minn dan. Muscat mhux biss wera li jinqala&#8217; \u0127afna fit-t\u0127addim tal-komunikazzjoni\u00a0<em>online<\/em>, i\u017cda wera wkoll li jinqala&#8217; b\u0127ala xandar u dan apparti l-fatt li beda jrabbi \u010berta kari\u017cma. U l-forza tal-personalit\u00e0 tieg\u0127u \u2014 \u0127a\u0121a li taffaxxinak din g\u0127ax l-apparenza fi\u017cika tieg\u0127u fil-fatt hi wa\u0127da li ma tg\u0127id xejn \u2014 malajr evokat memorja fl-im\u0127u\u0127 tan-nies, memorja li g\u0127addiet minn fuq l-irjus ta&#8217; Karmenu u ta&#8217; Sant sa ma re\u0121g\u0127et fakkrithom fil-kobor ta\u2019 Mintoff.<\/p>\n<p>Bla dubju dak li Muscat fehem sew kien li l-im\u0121iba tieg\u0127u fil-politika ma kinitx se tkun imxekkla minn xi gwida morali i\u017cda kienet se tkun taqtig\u0127a bla \u0127niena u bla kompromessi g\u0127all-poter. G\u0127aliex il-kilba g\u0127all-poter ma tag\u0127raf ebda limitu g\u0127all-kilba tag\u0127ha u tfittex biss li tirba\u0127 kollox. Kilba li tfittex li dejjem tikber, kilba li tfittex li tiddomina dejjem aktar, kilba li tfittex li dejjem tirba\u0127. U biex dan ise\u0127\u0127 Joseph Muscat kellu jer\u0121a&#8217; jwa\u0127\u0127ad lilu nnifsu mal-gvern tieg\u0127u, mal-partit tieg\u0127u, ma&#8217; pajji\u017cu u mal-Istat li tieg\u0127u suppost huwa l-qaddej. Dawn l-identitajiet kollha jid\u0127lu wa\u0127da fl-o\u0127ra u jsiru Joseph.<\/p>\n<p>Allura x&#8217;inhi r-ra\u0121uni li \u0127addie\u0127or jitnaffar milli jadotta din il-metodolo\u0121ija politika? Jista&#8217; jkun li hemm min qed jit\u0127ajjar jadottaha. Lil Adrian Delia ma tistax tixlieh li qed jittanta jaqbad din it-triq. Is-segwa\u010bi tal-partit tieg\u0127u huma tali li xejn ma jimpressjonaw ru\u0127hom b&#8217;dawn il-pantomimi. \u0126afna partitarji tal-PN ma jurux l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom bil-miftu\u0127 u kien biss meta Eddie Fenech Adami kien g\u0127oddu wasal biex jirtira, wara li damm kullana ta&#8217; su\u010b\u010bessi fuq medda ta&#8217; 30 sena, li \u0121ie a\u010b\u010bettat u mfakkar b\u0127ala l-eroj li fil-fatt hu.<\/p>\n<p>Persuni tal-et\u00e0 tieg\u0127i jew xi ftit i\u017cg\u0127ar minni li jiftakru sew it-tieni parti \u2014 \u0127afna aktar mill-ewwel parti \u2014 tal-karriera politika ta&#8217; Eddie Fenech Adami ja\u0127sbu li d-dixxiplina fil-partit u l-appo\u0121\u0121 bla riservi lill-kap huma xi \u0127a\u0121a minn ewl id-dinja g\u0127al kap tal-PN. Din mhix ir-realt\u00e0. L-appo\u0121\u0121 bla riservi u l-lealt\u00e0 indiskussa Eddie Fenech Adami kien akkwistahom \u2014 wara \u0127afna ta\u0127bit u inkwiet \u2014 b&#8217;ri\u0127et ir-rekord ta&#8217; su\u010b\u010bessi personali li kiseb u b&#8217;ri\u0127et ukoll l-g\u0127erf politiku li kellu.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant, minkejja l-fatt li Malta kollha kienet daqet l-esperjenza kolonjali ta&#8217; inkejja minn na\u0127a tal-\u0127akkiema meta dawn kienu j\u010ba\u0127\u0127du d-drittijiet kull meta kien ifettlilhom, huma fil-fatt il-partitarji Laburisti li g\u0127ollew il-qima lejn il-mexxej b&#8217;sa\u0127\u0127tu g\u0127al-livell ta&#8217; reli\u0121jon. G\u0127alkemm i\u017c-\u017cew\u0121 partiti t-tnejn huma armati bi stazzjonijiet tat-televi\u017cjoni li huma u\u017cati fuq livelli differenti ta&#8217; di\u017conest\u00e0 g\u0127all-iskopijiet tal-propaganda tag\u0127hom, huwa l-istazzjon tal-Partit Laburista li g\u0127andu armata ta&#8217; segwa\u010bi li huma dejjem lesti jwarrbu l-fatti sagrosanti u jibilg\u0127u il-gideb li jbellg\u0127ulhom. L-iswed jibqg\u0127u jemmnu li hu abjad g\u0127ax hekk stqarr il-mexxej.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cew\u0121 partiti qeg\u0127din jinqdew b&#8217;numru ta&#8217;\u00a0<em>trolls<\/em>\u00a0bil-g\u0127an mhux biss li d-dibattiti li jsiru\u00a0<em>online<\/em>\u00a0ji\u0121u trivjalizzati b&#8217;tg\u0127ajjir, tmaqdir u insulti i\u017cda wkoll biex isikktu u anki joqtlu. I\u017cda m&#8217;hemmx dubju li l-Partit Laburista u l-mezzi tax-xandir tieg\u0127u rnexxielhom ji\u0121bru\u00a0<em>trolls<\/em>\u00a0li jisbqu fin-numru u fil-qawwa dawk tal-PN. U g\u0127alhekk f&#8217;mo\u0127\u0127 il-partitarji Laburisti l-poter u dak kollu li hu sewwa, jinsab imwa\u0127\u0127ad fil-persuna ta&#8217; Joseph Muscat li, fil-per\u010bezzjoni tag\u0127hom, jinsab fi\u010b-\u010bentru ta&#8217; \u010brieki kon\u010bentri\u010bi ta&#8217; daqs differenti. I\u010b-\u010birklu ta&#8217; \u0121ewwa tal-kotra kompost esklussivament minn segwa\u010bi lealissimi lejn il-mexxej li baqg\u0127u leali minkejja l-kritika u l-gideb \u0121ejjin minn barra \u010b-\u010birklu. U \u010b-\u010birklu minoritarju ta&#8217; barra kompost minn dawk li g\u0127a\u017clu li ma jqimux il-kobor tal-mexxej i\u017cda li, b\u0127ala barranin, regolarment jattakkaw il-\u0127itan ta&#8217; \u0120erusalemm il-\u0120dida ta&#8217; Joseph b&#8217;gideb u xiljiet foloz.<\/p>\n<p>Din mhi xejn \u0127lief mentalit\u00e0 tal-assedju konvenzjonali i\u017cda bil-maqlub. Min i\u0127oss li qieg\u0127ed ta\u0127t il-qilla ta&#8217; assedju normalment ikun parti minn minoranza li tkun inqatg\u0127et mill-bqija tad-dinja mill-attakki tal-kotra ta&#8217; madwarhom. Hawn Malta qed ji\u0121ri bil-kontra min\u0127abba l-mentalit\u00e0 kulturali tal-Maltin. Fl-im\u0127u\u0127 tas-segwa\u010bi ta&#8217; Joseph, dawk li jag\u0127\u017clu li jibqg\u0127u barra mi\u010b-\u010birku huma b\u0127al dawk li jqimu lix-xitan. U x-xitan ma jistrie\u0127 qatt, kif \u0121ew mg\u0127allma l-fidili tal-Knisja tul is-snin, u jg\u0127ix f&#8217;dawk li ma jattendux il-knisja. Armati b&#8217;din il-mentalit\u00e0, mhux diffi\u010bli li l-kotra tin\u0127akem minn paranoja ferventi u minn mibeg\u0127da lejn l-o\u0127rajn frott il-pre\u0121udizzji.<\/p>\n<p>\u0120ieli ni\u0121u mwissija li x-xitan kapa\u010bi jsa\u0127\u0127arna bi kliemu, b&#8217;ra\u0121unar fin u bi kliem mimli tolleranza. Dan ma jag\u0127mel xejn \u0127lief iderri lin-nies biex taqta&#8217; barra kull ra\u0121unar anki qabel dan jitlissen u biex twarrab kull spjegazzjoni onesta \u2014 mhux g\u0127ax tkun spjegazzjoni qarrieqa \u2014 i\u017cda g\u0127ax ma tkunx \u0121ejja mill-oraklu tal-altar ta&#8217; \u0121ewwa u allura minn fomm il-Mexxej u dawk ta&#8217; madwaru. Artikli jew fehmiet \u0121ejjin minn barra l-ambjent Laburista kwa\u017ci qatt ma ji\u0121u mwie\u0121ba b&#8217;argumenti solidi jew bi \u0127sieb razzjonali. Kwa\u017ci dejjem ji\u0121u mwie\u0121ba b&#8217;risposti sajmin mil-lo\u0121ika jew b&#8217;insulti u tg\u0127ajjir. Din tal-insulti fiha u ma fihiex. Jistg\u0127u ji\u0121u mwie\u0121ba permezz ta&#8217; insulti re\u010bipro\u010bi u l-\u0127ajja tibqa&#8217; g\u0127addejja. L-insulti huma realt\u00e0 tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p>I\u017cda b\u0127alma jaf sew kull min g\u0127adda minn xi relazzjoni li kienet qed tfalli<em>,\u00a0<\/em>je\u017cisti tilwim li jinsab fuq skala totalment differenti. Li g\u0127alkemm jista&#8217; ma jkunx hemm vjolenza fi\u017cika u \u0127afna g\u0127ajjat, hemm min ilissen diskors li jkun immirat biex ikisser u mhux biex isewwi, biex jifred u mhux biex jg\u0127aqqad, biex iwe\u0121\u0121a&#8217; u mhux biex jispjega. Hawn Malta mhux inkejja \u010bajtiera dwar minn \u0121abar l-akbar numru ta&#8217; nies g\u0127all-<em>meeting<\/em>\u00a0g\u0127andna; m&#8217;g\u0127andniex inbix moderat dwar politi\u010bi mi\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at; lanqas m&#8217;g\u0127andna \u010b-\u010bini\u017cmu tradizzjonali dirett lejn il-politi\u010bi li tistenna f&#8217;demokrazija normali.<\/p>\n<p>\u0126lief g\u0127al dawk li huma indifferenti jew newtrali g\u0127al dak kollu li ji\u0121ri madwarhom, il-politika kif im\u0127addma f&#8217;Malta tista&#8217; twe\u0121\u0121a&#8217; u tkorri lil dawk li jid\u0127lu g\u0127aliha bi skop \u0121enwin u ta&#8217; servizz lill-komunit\u00e0. G\u0127alkemm m&#8217;g\u0127adniex naraw vjolenza fi\u017cika, l-inbix, it-tg\u0127ajjir fit-toroq, il-\u0127sara lill-proprjeta&#8217; personali, it-theddid u l-vjolenza verbali li qed ti\u0121i u\u017cata huma lkoll inti\u017ci biex jintimidaw lit-&#8220;tradituri&#8221; li tbieg\u0127du mill-qima lejn il-kbir Mexxej.<\/p>\n<p>Fi \u0127dan komunit\u00e0 \u017cg\u0127ira ta&#8217; nies li \u2014 g\u0127all-inqas f&#8217;sens kulturali \u2014 jg\u0127ixu f&#8217;so\u010bjet\u00e0 ming\u0127ajr klassijiet so\u010bjali, id-djalogu mhux suppost ikun nieqes. Hawn Malta, b&#8217;kuntrast g\u0127al dak li ji\u0121ri fl-Indja, in-nies pjuttost jieklu l-istess ikel. B&#8217;kuntrast mal-Ingli\u017ci, l-a\u010b\u010benti fil-lingwa mhumiex marbutin mar-razza u r-radika. B&#8217;kuntrast man-Ni\u0121erjani, m&#8217;a\u0127niex maqsuma skont ir-reli\u0121jon li n\u0127addnu. B&#8217;kuntrast mal-Bel\u0121jani, g\u0127andna l-lingwi tag\u0127na. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, hemm ukoll xi differenzi i\u017cda dawn huma l-isterjotipi li ma jag\u0127tux stampa realistika tal-\u0127ajja fil-komunit\u00e0 tag\u0127na. Nies li na\u0127sbu li huma minn Tas-Sliema, fil-fatt jg\u0127ixu kullimkien f&#8217;Malta u l-kelma &#8220;\u0127amallu&#8221; ma tfisser xejn sakemm ma tintu\u017cax anki biex tiddeskrivi lili.<\/p>\n<p>Il-qasma politika minn dejjem kienet wa\u0127da PL-PN i\u017cda din m&#8217;g\u0127adhiex tg\u0127odd b\u0127ala anali\u017ci adegwata. Illum il-qasma hi bejn il-PL u l-bqija tad-dinja. Jew a\u0127jar bejn dawk li huma ma&#8217; Joseph u dawk li huma kontrih. Jekk ma tkunx leali lejn Joseph Muscat, int traditur. U meta jkun hemm il-protesti, tal-Labour jitkellmu dwar it-tradimenti. \u0126add ma kien jag\u0127ti ka\u017c il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir qabel dan beda ji\u017c\u017cejjen bil-fjuri, bix-xemg\u0127at u bir-ritratti ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Bosta kienu dawk li kienu ja\u0127sbu li l-Mafkar kien intrama biex ifakkarna fid-dibattiti politi\u010bi televi\u017civi organizzati mill-Awtort\u00e0 tax-Xandir.<\/p>\n<p>I\u017cda s-segwa\u010bi ta&#8217; Joseph Muscat din il-bi\u010b\u010ba m&#8217;g\u0127o\u0121bithomx u \u0127assew ru\u0127hom insultati b&#8217;dan it-ti\u017cjin fuq simbolu nazzjonali tal-Assedju l-Kbir. \u0126add qatt ma xerred demg\u0127a f&#8217;\u0121ie\u0127 dawk il-persuni mhux mag\u0127rufa li nqatlu ta\u0127t il-kmand ta&#8217; Jean de Valette. I\u017cda din rawha b\u0127ala sfida lil Joseph g\u0127ax g\u0127alihom kull simbolu ta&#8217; kburija nazzjonali huwa awtomatikament simbolu ta&#8217; kburija b&#8217;Joseph.<\/p>\n<p>L-istess \u0127a\u0121a tg\u0127odd g\u0127all-protesti u g\u0127all-manifestazzjonijiet tal-moviment ta&#8217; kontra l-korruzzjoni fejn bosta \u0127adu g\u0127alihom li l-protestanti ja\u017c\u017cardaw ikantaw l-innu nazzjonali u jxejru l-bandiera Maltija u, g\u0127a\u0121eb tal-g\u0127e\u0121ubijiet, ja\u017c\u017cardaw jitkellmu b&#8217;awtorit\u00e0 dwar Malta mal-barranin.<\/p>\n<p>Meta dan l-a\u0127\u0127ar \u0121ie Malta Nas Daily u \u0127are\u0121 bil-kliem &#8220;<em>oh my Malta<\/em>&#8221; (kliem li fil-fatt ma jfissru xejn), ma stenniex li dawn it-tliet kelmiet se jkollhom tifsira spe\u010bjali g\u0127all-partitarji Laburisti. Ma seta&#8217; qatt jifhem g\u0127aliex Janice ta&#8217; Owen Bonnici immanipulat kollox mill-awtorit\u00e0 tat-turi\u017cmu biex t\u0127ajjar li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jattendu g\u0127all-attivitajiet tal-massa li ma kienu xejn \u0127lief e\u017cer\u010bizzju mmirat biex ta\u0127sad g\u0127alqa \u0121dida g\u0127all-u\u017cu futur tal-kbir mexxej tag\u0127hom. &#8220;<em>Oh my Malta<\/em>\u201d fuq il-<em>youtube<\/em>\u00a0g\u0127andha l-istess tifsira ta&#8217; \u201cMalta Tag\u0127na Lkoll\u201d u g\u0127as-segwa\u010bi ta&#8217; Joseph din il-kelma hi tag\u0127hom u tista&#8217; tintu\u017ca minnhom biss. Fil-per\u010bezzjoni tag\u0127hom il-kliem &#8220;<em>Oh my Malta<\/em>&#8221; in\u0127olqu g\u0127alihom u jfissru &#8220;din mhix Malta tag\u0127kom jekk ma tappo\u0121\u0121jawx lil Joseph&#8221;. Ming\u0127ajr ma jaf, Nas laqat il-musmar fuq rasu meta stqarr li l-politika f&#8217;Malta tiddomina l-umanit\u00e0 ba\u017cika tal-Maltin. G\u0127al dawk li jqimu u jsegwu lill-politi\u010bi qishom allat, il-politika tag\u0127hom biss tg\u0127odd. Skont dawn is-segwa\u010bi, &#8220;l-o\u0127rajn&#8221; li jinsabu barra mi\u010b-\u010birku ta&#8217; \u0121ewwa li bena g\u0127alihom Joseph, m&#8217;humiex meqjusa b\u0127ala \u010bittadini u m&#8217;g\u0127andhomx dritt igawdu mid-drittijiet li jgawdu huma biex ix-xa\u0127am tal-&#8220;aqwa \u017cmien&#8221; jitgawda minn kul\u0127add b&#8217;\u0121ustizzja. G\u0127alihom dawn m&#8217;humiex bnedmin. Ma rridx nag\u0127ti x&#8217;nifhem li jum fost o\u0127rajn Laburist g\u0127ad jixxuttja lil xi \u0127add li mhux Laburist hekk, g\u0127all-gost. G\u0127allinqas fid-deher, mhux se naslu s&#8217;hawn. I\u017cda ma tkunx \u0127a\u0121a ta&#8217; barra minn hawn jekk jit\u0127ajru jaqbdu ma&#8217; w\u0127ud li jinsabu fi\u010b-\u010birku ta&#8217; barra permezz ta&#8217; nbix, insulti, tg\u0127ajjir u intimidazzjoni \u2014 u jekk ma jaslux li joqtlu \u2014 ji\u010b\u010belebraw meta xi \u0127add minn dawn jinqatel.<\/p>\n<p>L-ironija tinsab fil-fatt li l-PN il-\u0121did, min\u0127abba t-tolleranza relattiva li rabba fil-konfront tal-korruzzjoni tal-gvern, mhuwiex kategorikament esklu\u017c mis-sens ta\u2019 inklu\u017civit\u00e0 komda tal-univers ta&#8217; Joseph. Il-PN ta&#8217; Adrian Delia jinsab f&#8217;limbu ta&#8217; a\u010b\u010bettazzjoni, konfortat kif inhu bil-kenn ta&#8217; persuni b\u0127al Robert Musumeci u o\u0127rajn b\u0127alu.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 hi li l-ostilit\u00e0 qed ti\u0121i ffa\u010b\u010bjata minn dawk li, ming\u0127ajr tidwir mal-lew\u017ca, qed jikkritikaw bla qies il-korruzzjoni ta&#8217; Joseph Muscat. G\u0127as-segwa\u010bi ta&#8217; Joseph, dawk li huma lesti j\u0127arrkuh g\u0127ar-rati kriminali li wettaq \u2014 fosthom talli ta u baqa&#8217; jag\u0127ti kenn lil kriminali o\u0127ra \u2014 qed jg\u0127idu l-ag\u0127ar ere\u017ciji u huma tradituri. U dawk li tkellmu dwar il-korruzzjoni mal-barranin, g\u0127emilhom ma jin\u0127afrilhom qatt.<\/p>\n<p>A\u0127na ta&#8217; barra \u010b-\u010birku ta&#8217; \u0121ewwa nistg\u0127u biss in\u0127arsu b&#8217;dieqa lejn it-tkissir li qed ise\u0127\u0127 f&#8217;pajji\u017cna, fejn qed ng\u0127ixu ta&#8217; e\u017ciljati. I\u017cda kien hemm movimenti li nibtu mix-xejn. U dawk li g\u0127andhom il-poter, dan jafuh sew. Dawn jafu li l-poter tag\u0127hom jiddependi fuq il-kompli\u010bit\u00e0 tal-appo\u0121\u0121 popolari u fuq l-oppressjoni ta&#8217; dawk li mhux lesti j\u010bedu. Meta demokrazija fa\u017culla ti\u0121i le\u0121ittimata, tinfeta\u0127 it-triq g\u0127at-tatti\u010bi biex dawk li jopponu ji\u0121u eliminati.<\/p>\n<p>Il-Mexxej intag\u0127\u017cel demokratikament. U fuq premessa b\u0127al din, id-dritt demokratiku li wie\u0127ed g\u0127andu li jopponi jsir att antidemokratiku.<\/p>\n<p>Il-kotra tidde\u010biedi. Fuq premessa b\u0127al din, id-dmir demokratiku li l-minoranzi jing\u0127ataw il-protezzjoni jsir oltra\u0121\u0121 kontra d-demokrazija nnifisha.<\/p>\n<p>Il-Mexxej huwa mag\u0127\u017cul direttament mill-poplu u jispi\u010b\u010ba biex jag\u0127\u017cel hu lil \u0127addie\u0127or. Fuq premessa b\u0127al din, il-poter demokratiku li g\u0127andhom l-impjegati fis-servizz \u010bivili biex jaraw li l-poter tal-gvern ikun kontrollat isir kolp ta&#8217; stat bis-<em>slow motion<\/em>.<\/p>\n<p>Ir-re\u017cistenza g\u0127al dan kollu kif tista&#8217; tkampa f&#8217;ambjent b\u0127al dan? Dawk li jirrifjutaw li jixeg\u0127lu x-xemg\u0127at b&#8217;qima lejn Joseph kif jistg\u0127u j\u0127arsu d-dinjit\u00e0 tag\u0127hom b\u0127ala \u010bittadini? Id-demokrazija kif tista&#8217; ter\u0121a&#8217; ting\u0127ata l-\u0127ajja u titnaddaf?<\/p>\n<p>Kif nistg\u0127u ner\u0121g\u0127u nie\u0127du lura lil pajji\u017cna u ner\u0121g\u0127u naqsmuh ma&#8217; dawk li \u010ba\u0127\u0127duna minnu?<\/p>\n<p>Jekk mhux issa, meta se nibdew ng\u0127ixu?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Twissija. Din li \u0121ejja wa\u0127da twila sew. M&#8217;g\u0127andekx g\u0127alfejn tg\u0127idli. Naf, g\u0127ax jien ktibtha. Jekk g\u0127andek ftit \u0127in, ibda aqra. Il-karattru insidju\u017c tal-poter li \u0127akem lil Malta fa\u010bli ji\u0121i sottovalutat. Kien hemm min \u0127are\u0121 b\u2019paraguni mal-faxxi\u017cmu ta&#8217; qabel il-gwerra, u dawn mhumiex bla ba\u017ci. I\u017cda jekk tqabbel mal-g\u0127odda li r-re\u0121im ta&#8217; Joseph Muscat g\u0127andu g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":7106,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7125\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=7125"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7125\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":7230,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7125\/revisions\/7230\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7106\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=7125"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=7125"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=7125"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}