{"id":71797,"date":"2019-02-10T11:36:53","date_gmt":"2019-02-10T10:36:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=71797"},"modified":"2019-02-11T09:32:13","modified_gmt":"2019-02-11T08:32:13","slug":"repubblika-talbet-lill-ke-tagixxi-fuq-il-falliment-ta-malta-li-tinfurza-l-ligi-kontra-l-hasil-tal-flus-fil-konfront-ta-politici-korrotti","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/repubblika-talbet-lill-ke-tagixxi-fuq-il-falliment-ta-malta-li-tinfurza-l-ligi-kontra-l-hasil-tal-flus-fil-konfront-ta-politici-korrotti\/","title":{"rendered":"Repubblika talbet lill-KE ta\u0121ixxi fuq il-falliment ta&#8217; Malta li tinfurza l-li\u0121i kontra l-\u0127asil tal-flus fil-konfront ta&#8217; politi\u010bi korrotti"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-71794\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"410\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-200x228.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1-263x300.jpg 263w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/Keith-schembri-konrad-mizzi-1.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tag\u0127mel ilment dwar ksur tal-li\u0121i Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-li\u0121i dwar il-\u0127asil ta\u2019 flus fil-konfront ta\u2019 persuni fil-poter.<\/p>\n<p>Repubblika g\u0127amlet l-ilment fuq din il-ba\u017ci legali:<\/p>\n<ol>\n<li>Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005\/60\/EC (it-tielet direttiva kontra l-\u0127asil tal-flus) u Tad-Direttiva li \u0127aditilha postha 2015\/849 (ir-raba\u2019 direttiva kontra l-\u0127asil tal-flus), inklu\u017c i\u017cda mhux biss l-Artiklu 58(2) u (4);<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"2\">\n<li>Ksur ta\u2019 Artikli 2, 4(3) u 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u t\u2019Artiklu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"3\">\n<li>Ksur tal-prin\u010bipju tal-effettivita\u2019.<\/li>\n<\/ol>\n<p>Repubblika spjegat kif:<\/p>\n<ol>\n<li>Fi Frar 2016, Daphne Caruana Galizia kixfet li l-Ministru g\u0127all-Ener\u0121ija Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffi\u010bju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, fet\u0127u kumpanija sigrieta kull wie\u0127ed fil-Panama u <i>trust<\/i> sigrieta fi New Zealand. Dan waqt li kienu uffi\u010bjali pubbli\u010bi. L-allegazzjonijiet kienu aktar tard ikkonfermati mill-PanamaPapers ippubblikati f\u2019April 2016 u bl-ammissjoni ta\u2019 Mizzi u Schembri. Caruana Galizia nqatlet f\u2019assassinju brutali f\u2019Ottubru 2017 waqt li kienet g\u0127ada qed ta\u0127dem fuq investigazzjonijiet dwar korruzzjoni. Hemm t\u0127assib dejjem jikber dwar l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u s\u2019issa l-persuni li ordnaw il-qtil g\u0127adhom mhux mag\u0127rufa.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"2\">\n<li>Minkejja talbiet ripetuti fil-Parlament u barra minnu lill-Prim Ministru biex ike\u010b\u010bi lil dawn it-tnejn mill-uffi\u010b\u010bju pubbliku, Muscat bil-qawwa rrifjuta u bil-qawwa ddifendihom. Irrifjuta wkoll kull talba g\u0127al inkjesta pubblika skond il-li\u0121i Maltija dwar l-inkjesti. Tlett snin wara, Mizzi u Schembri g\u0127adhom it-tnejn fil-karigi tag\u0127hom.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"3\">\n<li>Sej\u0127iet ripetuti lill-entitajiet responsabbli mill-infurzar tal-li\u0121i, inklu\u017c lill-Avukat \u0120enerali, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-a\u0121enzija nazzjonali kontra l-\u0127asil tal-flus \u2014 l-FIAU \u2014 biex jinvestigaw lil Mizzi u Schembri dwar korruzzjoni u \u0127asil ta\u2019 flus, waqg\u0127u fuq widnejn torox. Waqt li hu mag\u0127ruf li l-FIAU g\u0127amlet xi investigazzjonijiet li wasslu g\u0127al rapporti li sabu suspett ra\u0121jonevoli ta\u2019 \u0127asil ta\u2019 flus minn Mizzi u minn Schembri, l-a\u0121enzija qatt ma kompliet fuq l-investigazzjonijiet u l-pubbliku sar jaf bihom biss wara li w\u0127ud mir-rapporti \u0121ew <i>leaked<\/i>.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"4\">\n<li>Fin-nuqqas ta\u2019 kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex jinvestigaw dak li skoprew il-PanamaPapers, f\u2019Lulju 2017, dak li kien il-Kap tal-Oppo\u017cizzjoni Simon Busuttil, talab lill-qorti tordni inkjesta ma\u0121isterjali skond il-li\u0121ijiet ta\u2019 Malta li jippermettu li \u010bittadini Maltin jitolbu li ssir inkjesta dwar allegata offi\u017ca kriminali. It-talba sabet l-oppo\u017cizzjoni qawwijja tal-persuni involuti, inklu\u017ci l-Prim Ministru, il-Kap tal-Uffi\u010bju tieg\u0127u, il-Ministru tal-Ener\u0121ija kif ukoll \u017cew\u0121 konsulenti u intermedjarji finanzjarji li fet\u0127u l-istrutturi fil-Panama u fi New Zealand f\u2019isem Mizzi u Schembri.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"5\">\n<li>F\u2019April 2018, id-DaphneProject, mag\u0127mul minn grupp ta\u2019 \u0121urnalisti internazzjonali li ng\u0127aqdu biex ikomplu l-investigazzjonijiet ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, ippubblikaw <i>emails<\/i> o\u0127ra mill-PanamaPapers li urew li l-g\u0127an tal-kumpaniji li rre\u0121istraw Mizzi u Schembri fil-Panama kien biex jir\u010bievu \u0127lasijiet ta\u2019 \u20ac150,000 fix-xahar minn \u017cew\u0121 kumpaniji re\u0121istrati f\u2019Dubai mag\u0127rufa b\u0127ala 17 Black Ltd u Macbridge Ltd. Lanqas dawn ir-rivelazzjonijiet \u0121odda ma wasslu g\u0127al xi investigazzjoni mill-awtoritajiet Nazzjonali jew minn xi azzjoni ta\u2019 tke\u010b\u010bijja mill-Prim Ministru.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"6\">\n<li>F\u2019Lulju 2018, l-ewro-deputat David Casa ppubblika kopja tar-rapport leaked tal-FIAU li kien jg\u0127id li l-FIAU kellha suspett ra\u0121jonevoli f\u2019Konrad Mizzi li wettaq \u0127asil ta\u2019 flus u jew g\u0127amel qlieg\u0127 minn atti kriminali min\u0127abba l-involviment tieg\u0127u fil-ka\u017c li kixfu l-PanamaPapers. Lanqas din ir-rivelazzjoni ma\u2019 bdiet xi investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew g\u0127al xi azzjoni ta\u2019 tke\u010b\u010bija mill-Prim Ministru.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"7\">\n<li>F\u2019Ottubru 2018, DaphneProject kixef li sid 17 Black hu Yorgen Fenech, wie\u0127ed mis-sidien tal-pro\u0121ett g\u0127al <i>power station<\/i> \u0121dida li kien wie\u0127ed mill-weg\u0127di elettorali ewlenin tal-gvern ta\u2019 Muscat meta tela\u2019 f\u2019Marzu 2013. Din ir-rivelazzjoni kkonfermat li Mizzi u Schembri fet\u0127u l-kumpaniji tal-Panama biex jir\u010bievu flus minn wie\u0127ed mis-sidien tal-<i>power station<\/i> il-\u0121dida. Li ma jitwemminx hu li lanqas din ir-rivelazzjoni ma bdiet xi investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew ma wasslet biex il-Prim Ministru jke\u010b\u010bi lil xi \u0127add. Yorgen Fenech ma \u010ba\u0127adx rapporti pubbli\u010bi li hu kien qal pubblikament u privatament li l-kuntratt tal-<i>power station<\/i> kien di\u0121a rran\u0121at g\u0127alih qabel l-elezzjoni tal-2013 li tellg\u0127et fil-gvern lil Konrad Mizzi u Keith Schembri.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"8\">\n<li>F\u2019Novembru 2018 rapporti fl-istampa taw x\u2019jinftihem li nfet\u0127et inkjesta ma\u0121isterjali biex tinvestiga lil 17 Black. Il-Ministru tal-\u0120ustizzja kkjarifika b\u2019mod pubbliku li l-inkjesta kienet dwar il-kumpanija u li ma kinitx se t\u0127ares lejn l-a\u0121ir ta\u2019 Yorgen Fenech, Konrad Mizzi u Keith Schembri.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"9\">\n<li>F\u2019Jannar 2019, wara battalja twila fil-qrati u minkejja dawn ir-rivelazzjonijiet kollha, it-talba ta\u2019 Simon Busuttil g\u0127al inkjesta ma\u0121isterjali \u010b\u010ba\u0127det fil-Qorti tal-Appell. Talba o\u0127ra separata biex tinfeta\u0127 inkjesta \u010b\u010ba\u0127det ukoll ftit jiem wara. Dan ifisser li anke l-qrati f\u2019Malta jidhru li ma jridux jift\u0127u investigazzjoni f\u2019PanamaPapers kif tridhom jag\u0127mlu l-li\u0121i u minkejja l-obbligi ta\u2019 Malta ta\u0127t direttivi su\u010b\u010bessivi Ewropej dwar il-\u0127asil tal-flus.<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"10\">\n<li>Fi Frar 2019, tlett snin mindu \u0127ar\u0121u l-PanamaPapers, Malta ma bdiet ebda investigazzjoni u ma \u0127adet ebda azzjoni biex tassigura l-implimentazzjoni xierqa u effettiva tad-direttiva Ewropea kontra l-\u0127asil tal-flus u ma tatx rimedju suffi\u010bjenti biex tassigura \u0127arsien legali xieraq fl-oqsma li jaqg\u0127u ta\u0127t il-li\u0121i tal-Unjoni. Lanqas ma pprovdiet rimedju effettiv quddiem tribunal kif te\u0127tie\u0121 il-Karta tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali. Min\u0127abba din l-implimentazzjoni diffettu\u017ca tal-li\u0121i Ewropea, Malta qed tikser ukoll il-prin\u010bipju tal-effettivita\u2019 u min\u0127abba \u010b-\u010ba\u0127da sistematika li tinvestiga ka\u017c lampanti ta\u2019 korruzzjoni u \u0127asil ta\u2019 flus, Malta qed tikser il-valuri tal-Unjoni Ewropea mni\u017c\u017cla f\u2019Artiklu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sadattant, Mizzi u Schembri g\u0127adhom f\u2019karigi pubbli\u010bi g\u0127oljin: Ministru u Kap tal-Uffi\u010bju tal-Prim Ministru u membri tal-Kabinett tal-Ministri.<\/li>\n<\/ol>\n<p>L-iskandlu tal-PanamaPapers f\u2019Malta hu xokkanti mhux biss g\u0127ax politi\u010bi u nies fil-poter f\u2019Malta nqabdu fil-fatt. Hu xokkanti aktar g\u0127ax meta nqabdu, l-istituzzjonijiet bid-dmir li ja\u0121ixxu irrifjutaw li jie\u0127du azzjoni. Dan jg\u0127odd g\u0127all-ferg\u0127a e\u017cekuttiva li tikkontrolla u torbot idejn l-a\u0121enziji tal-infurzar tal-li\u0121i anke b\u2019limitazzjonijiet fuq ir-ri\u017corsi tag\u0127hom u jg\u0127odd ukoll g\u0127all-ferg\u0127a \u0121udizzjarja li meta kien hemm talbiet biex tinfeta\u0127 inkjesta dan m\u2019g\u0127amluhx. Ir-responsabbilta\u2019 g\u0127all-falliment tal-\u0121udikatura jaf hi tal-ferg\u0127a le\u0121islattiva li ma tatx lill-\u0121udikatura li\u0121ijiet adegwati biex jimplimentaw kif imiss il-li\u0121ijiet Ewropej kontra l-\u0127asil tal-flus.<\/p>\n<p>Il-fatt hu li s-snin minn meta \u0127ar\u0121u l-PanamaPapers urewna li ebda azzjoni m\u2019hi qed tittie\u0127ed f\u2019Malta. Ma nistg\u0127ux naqtg\u0127u qalbna mill-istituzzjonijiet tag\u0127na u fil-fatt g\u0127andha l-intenzjoni li nie\u0127du aktar azzjoni b\u0127ala Repubblika biex nipprovaw nimbuttaw li tinbeda azzjoni kif imiss. I\u017cda sadattant irridu nuru kif l-Istat Malti \u2014 it-tlett frieg\u0127i tal-gvern \u2014 mhux qed i\u0127addmu l-li\u0121i Ewropea meta kkonfrontati b\u2019allegazzjonijiet ta\u2019 \u0127asil ta\u2019 flus fil-konfront ta\u2019 politi\u010bi.<\/p>\n<p>Meta Stat Membru ma jimplimentax il-li\u0121i Ewropea, l-aktar il-proveddimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea g\u0127andha d-dritt tibda azzjoni kontra dak l-Istat Membru. Dan jista\u2019 jwassal g\u0127al sanzjonijiet.<\/p>\n<p>Qed nag\u0127mlu l-ilment tag\u0127na skond il-pro\u010bedura t\u2019ilmenti formali lill-Kummissjoni Ewropea biex nitolbuhom jibdew pro\u010bess legali biex jist\u0127arre\u0121 dan il-ksur persistenti tal-li\u0121i Ewropea.<\/p>\n<p>Dawn il-li\u0121ijiet jipprote\u0121u li\u010b-\u010bittadini Maltin. I\u010b-\u010bittadini Maltin kollha je\u0127tie\u0121u li l-istituzzjonijiet jitrattaw lil kul\u0127add l-istess. Hawn m\u2019a\u0127niex \u2018nitkellmu kontra Malta\u2019. Qed niddifendu \u2018l Malta mill-persuni li b\u2019impunita\u2019 qed jiksru l-li\u0121ijiet tag\u0127ha (g\u0127ax il-li\u0121i Ewropea hi l-li\u0121i ta\u2019 Malta) u ji\u017c\u0121i\u010b\u010baw ming\u0127ajr konsegwenzi g\u0127ar-reati tag\u0127hom waqt li l-bqija tal-Maltin i\u0127allsu g\u0127alihom.<\/p>\n<p>Meta jfallu l-istituzzjonijiet, i\u010b-\u010bittadini g\u0127andhom ja\u0121ixxu. G\u0127alhekk te\u017cisti Repubblika.<\/p>\n<p>Fl-istess \u0127in issottomettejna petizzjoni simili lill-Parlament Ewropew. Din il-petizzjoni qeg\u0127da fil-pre\u017cent ti\u0121i evalwata mill-kumitat apposta tal-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>Qed in\u0127ejju wkoll petizzjoni g\u0127a\u010b-\u010bittadini Maltin li jixtiequ jappo\u0121\u0121jaw l-appell tag\u0127na direttament mal-istituzzjonijiet Ewropej u fuq ba\u017ci individwali. Aktar ma jkun hemm minn jerfa le\u0127nu bi protesta kontra d-delinkwenza, aktar hemm \u010bans li nassiguraw li l-li\u0121ijiet Ewropej li nkitbu biex jipprote\u0121una, jkunu infurzati.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Repubblika kitbet formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tag\u0127mel ilment dwar ksur tal-li\u0121i Ewropea mill-awtoritajiet Maltin meta qed jonqsu li jinfurzaw il-li\u0121i dwar il-\u0127asil ta\u2019 flus fil-konfront ta\u2019 persuni fil-poter. Repubblika g\u0127amlet l-ilment fuq din il-ba\u017ci legali: Ksur tal-provvedimenti tad-Direttiva 2005\/60\/EC (it-tielet direttiva kontra l-\u0127asil tal-flus) u Tad-Direttiva li \u0127aditilha postha 2015\/849 (ir-raba\u2019 direttiva kontra l-\u0127asil tal-flus), [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":71795,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71797\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=71797"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71797\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":71824,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71797\/revisions\/71824\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/71795\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=71797"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=71797"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=71797"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}