{"id":71965,"date":"2019-02-13T10:28:53","date_gmt":"2019-02-13T09:28:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=71965"},"modified":"2019-02-17T08:10:56","modified_gmt":"2019-02-17T07:10:56","slug":"il-parti-d-dejqa-tal-feles","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/il-parti-d-dejqa-tal-feles\/","title":{"rendered":"Il-parti d-dejqa tal-feles"},"content":{"rendered":"<p>Il-gvern se jag\u0127mel minn kollox biex l-iskandlu tal-korruzzjoni dwar it-tonn jin\u017camm strettament fuq livell amministrattiv. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/02\/spanish-police-intercepted-calls-of-maltese-fisheries-director-soliciting-bribes-spanish-news-website\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-<em>phone records<\/em> li xxandru l-biera\u0127 mill-istampa Spanjola<\/a> jittrattaw dwar impjegata fis-servizz \u010bivili u, minn dak li sirna nafu s&#8217;issa, xxa\u0127\u0127met biex tgawdi hi u ma xxa\u0127\u0127mitx ukoll g\u0127an-nom ta&#8217; \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>I\u017cda hawn je\u017cistu l-kumplikazzjonijiet. Fl-2010, Andreina Fenech Farrugia kienet di\u0121\u00e0 tke\u010b\u010biet mill-kariga li kellha sal-biera\u0127 u li issa \u0121iet sospi\u017ca minnha. Kienet tke\u010b\u010biet mhux min\u0127abba korruzzjoni i\u017cda min\u0127abba nuqqas ta&#8217; \u0127ila. Joe Caruana, impjegat ie\u0127or fis-servizz \u010bivili, kien intag\u0127\u017cel biex jie\u0127u postha u biex jirran\u0121a t-ta\u0127wid li Andreina Fenech Farrugia kienet \u0127alliet warajha. Il-\u0127atra ta&#8217; Joe Caruana ma kinitx xi \u0127atra politika minn na\u0127a tal-gvern Nazzjonalista. Dan kien fdat bi\u017c\u017cejjed tant li ing\u0127ata karigi o\u0127ra mill-gvern Laburista \u0121did. I\u017cda kien ing\u0127ata kariga o\u0127ra biex tkun tista&#8217; tidda\u0127\u0127al f&#8217;loku Andreina Fenech Farrugia ftit wara l-elezzjoni tal-2013.<\/p>\n<p>Dan il-fatt huwa wie\u0127ed ta&#8217; importanza kbira g\u0127aliex jindika li, qabel l-2013, il-Partit Laburista fl-Oppo\u017cizzjoni kien di\u0121\u00e0 f&#8217;kuntatt ma&#8217; Andreina Fenech Farrugia li, min\u0127abba dak li kien se\u0127\u0127, kienet urtata u din kienet \u0121iet ippremjata bil-\u0127atra li kellha qabel u dan b&#8217;rikonoxximent g\u0127as-servizzi li setg\u0127et tat lil tal-Labour waqt li kienu fl-Oppo\u017cizzjoni. Din ma kinitx de\u010bi\u017cjoni amministrattiva. Kienet biss g\u0127a\u017cla politika li g\u0127aliha l-gvern Laburista issa jkollu jerfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0.<\/p>\n<p>G\u0127andi nifhem li Joe Caruana lill-Ministri tieg\u0127u kien tarrfilhom ir-ra\u0121unijiet il-g\u0127ala Andreina Fenech Farrugia ma kellhiex ter\u0121a&#8217; ting\u0127ata l-kariga li kellha g\u0127aliex kien proprju hu li kien xammar kmiemu biex irran\u0121a t-ta\u0127wid li din kienet \u0127alliet warajha. U jekk lill-Ministri ma kien tarrfilhom xejn, kienu fid-dmir li jistaqsuh. Li hu \u017cgur hu li dawn ma kienx messhom da\u0127\u0127lu l-politika f&#8217;materji li huma purament amministrattivi u \u0121aladarba da\u0127\u0127luha, issa je\u0127tie\u0121 li jerfg\u0127u ir-responsabbilt\u00e0.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex kollox.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-71950\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348.jpg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/a9b73b04bdbb66ce51062a9e894be3e875443ee6-1453765363-56a6b2f3-620x348.jpg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/02\/so-long-and-thanks-for-all-the-fish\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-biera\u0127 er\u0121ajna rajna lura fix-xena lil Charlon Gouder<\/a> u rajni\u0127 jinsisti li Andreina Fenech Farrugia g\u0127andha titke\u010b\u010ba sabiex il-provi ji\u0121u priservati anki jekk l-inno\u010benza tag\u0127ha g\u0127andha tibqa&#8217; pre\u017cunta. I\u017cda l-fatti juruna li Charlon Gouder mhux biss huwa l-avukat (isejja\u0127 lilu nnifsu CEO) tan-negozjanti li jsemmnu t-tonn i\u017cda hu wkoll \u0127a\u0121a wa\u0127da ma&#8217; Jos\u00e8 Herrera li hu l-Ministru responsabbli g\u0127as-Sajd. <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20160126\/local\/7000-pay-rise-after-charlon-gouder-resigns-as-private-secretary.600112\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Kien hemm \u017cmien li fih kien iservi fil-Ministeru u, g\u0127ax forsi ma kienx qed jaqla&#8217; flus bi\u017c\u017cejjed, fl-2016 ma baqax segretarju privat ta&#8217; Jos\u00e8 Herrera u n\u0127atar dak il-\u0127in stess b\u0127ala &#8220;konsulent&#8221; biex fl-istess waqt beda&#8217; jir\u010bievi \u0127las akbar.<\/a><\/p>\n<p>Dan kien se\u0127\u0127 fi \u017cmien meta Jos\u00e8 Herrera kien g\u0127adu ma ng\u0127atax ir-responsabbilt\u00e0 g\u0127as-sajd. Issa li d-dikasteru tas-sajd jinsab ta\u0127t idejh, mhux \u010bar jekk Charlon Gouder huwiex jir\u010bievi \u0127las kemm ming\u0127and il-Ministeru tas-Sajd kif ukoll ming\u0127and in-negozjanti li jsemmnu t-tonn. Dan g\u0127ad irridu narawh. I\u017cda anki jekk dan m&#8217;g\u0127adux il-ka\u017c, m&#8217;hemmx dubju li hawn g\u0127andna ka\u017c ta&#8217; kunflitt ta&#8217; interess li ma jistax ikun \u010bar aktar milli hu. Ma jistax ikollna fidu\u010bja li, sal-\u0127in meta fe\u0121\u0121et l-a\u0127bar tal-biera\u0127, il-gvern a\u0121ixxa indipendentement mill-interessi tan-negozjanti li jsemmnu t-tonn. Issa li l-iskandlu \u0127are\u0121 fil-bera\u0127, ma jistax ikollna fidu\u010bja li l-gvern qed jittratta l-kwistjoni bl-o\u0121\u0121ettivit\u00e0 me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p>Araw ftit kif it-<a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190213\/local\/fisheries-corruption-claims-just-tip-of-iceberg.701865\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>Times of Malta<\/em> dalg\u0127odu tkellmet dwar dak li g\u0127ejjun Spanjoli qalulha li \u201cbiss il-parti d-dejqa tal-feles\u201d.<\/a> Araw ftit kif, mit-<em>Times of Malta<\/em> wkoll, sirna nafu li &#8211; anki qabel \u0127ar\u0121et l-a\u0127bar fil-bera\u0127 il-biera\u0127 &#8211; il-pulizija kienu di\u0121\u00e0 mg\u0127arrfa dwar il-ka\u017c u tnediet ukoll inkjesta ma\u0121isterjali. Meta kien li Jos\u00e8 Herrera sar jaf b&#8217;din l-istorja? U Charlon Gouder \u2014 b\u0127ala rappresentant tan-negozjanti l-o\u0127rajn tas-smin tat-tonn &#8211; meta sar jaf bl-istorja? X&#8217;kienu \u010b-\u010birkostanzi li wasslu biex it-tke\u010b\u010bija ta&#8217; Andreina Fenech Farrugia tkun posposta sakemm din imbag\u0127ad saret inevitabbli meta fe\u0121\u0121et l-a\u0127bar fl-istampa Spanjola? X&#8217;\u0121ieg\u0127el lil Charlon Gouder ikun daqstant drammatiku l-biera\u0127 hu u jinsisti fuq il-priservazzjoni tal-provi, liema provi kienu di\u0121\u00e0 hemm waqt li kienu qed jistennew li tfe\u0121\u0121 l-a\u0127bar fl-istampa? Dan ried jippriserva l-provi dwar ir-rabtiet li hemm bejn Andreina Fenech Farrugia u <em>Fuentes<\/em>, jew inkella &#8211; waqt li kien qed jistenna li to\u0127ro\u0121 l-istorja fil-bera\u0127 &#8211; ra kif g\u0127amel biex\u00a0 provi dwar l-attivitajiet tal-klijenti tieg\u0127u ma jo\u0127or\u0121ux fil-bera\u0127 ukoll?<\/p>\n<p>Il-veru ka\u017c li jg\u0127odd sew il-qawl Malti li jg\u0127id li l-\u0127uta tinten minn rasha. I\u017cda tiskantaw xejn jekk, mal-medda ta\u017c-\u017cmien, jirri\u017culta li Andreina Fenech Farrugia m&#8217;hix ir-ras tal-\u0127uta u li hi biss il-parti d-dejqa tal-feles.<\/p>\n<p>Hu x&#8217;inhu, din \u010bertament m&#8217;hix kwistjoni strettament amministrattiva. Hi wkoll wa\u0127da ta&#8217; natura politika.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-gvern se jag\u0127mel minn kollox biex l-iskandlu tal-korruzzjoni dwar it-tonn jin\u017camm strettament fuq livell amministrattiv. Il-phone records li xxandru l-biera\u0127 mill-istampa Spanjola jittrattaw dwar impjegata fis-servizz \u010bivili u, minn dak li sirna nafu s&#8217;issa, xxa\u0127\u0127met biex tgawdi hi u ma xxa\u0127\u0127mitx ukoll g\u0127an-nom ta&#8217; \u0127addie\u0127or. I\u017cda hawn je\u017cistu l-kumplikazzjonijiet. Fl-2010, Andreina Fenech Farrugia kienet di\u0121\u00e0 [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":71950,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71965\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=71965"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71965\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72147,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/71965\/revisions\/72147\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/71950\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=71965"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=71965"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=71965"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}