{"id":72160,"date":"2019-02-17T14:12:30","date_gmt":"2019-02-17T13:12:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72160"},"modified":"2019-02-17T14:12:30","modified_gmt":"2019-02-17T13:12:30","slug":"verita-u-gustizzja-joe-pace-asciak","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/verita-u-gustizzja-joe-pace-asciak\/","title":{"rendered":"Verita&#8217; u \u0120ustizzja: Joe Pace Asciak"},"content":{"rendered":"<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/Tc2w07nxf94?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>U g\u0127alfejn l-istudenti g\u0127andhom jitg\u0127allmu l-istorja tal-arti? G\u0127alfejn g\u0127andhom jitg\u0127allmu l-istorja, il-\u0121ografija, il-letteratura, l-istorja tal-mu\u017cika u tant su\u0121\u0121etti inutli o\u0127ra? U wara kollox, g\u0127alfejn g\u0127andhom jitg\u0127allmu su\u0121\u0121etti b\u0127al matematika u x-xjenzi? U mbag\u0127ad xi<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>ng\u0127idu g\u0127all-ekonomija? Dan mhux su\u0121\u0121ett g\u0127al esperti finanzjarji?<\/p>\n<p>Din hi mentalit\u00e0 pragmatika u mis\u0127uta, li xxettlet u ssa\u0127\u0127et<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>matul i\u017c-\u017cmien, li se twassal biex dan il-pajji\u017c i\u0127allas prezz tassew qares. Kollox isir u ji\u0121i \u0121\u0121ustifikat f\u2019isem il-progress. Il-progress i\u017cda jrid ji\u0121i ikkwalifikat. Per e\u017cempju fl-ambjent. Malta mhix Dubai u Dubai mhix Malta. Jew le? Il-kostruzzjoni bla kriterji se twassal biex<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>fi ftit snin o\u0127ra Malta se tikrieh b\u2019mod irrimedjabbli. Il-mard fi\u017ciku, b\u0127all-a\u017cma, qieg\u0127ed dejjem ji\u017cdied. In-nuqqas ta\u2019 spazji miftu\u0127a u \u0127odor, fil-kuntest ta\u2019 densit\u00e0 tal-popolazzjoni fost l-og\u0127la fid-dinja, in-nuqqas ta\u2019 kodi\u010bi tal-etika mqar minimu, qed ikissru l-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>Ftit \u0121ografija u storja, ftit g\u0127arfien estetiku, letterarju u psikolo\u0121iku, jag\u0127mlu dan kollu evidenti. Dan i\u017cda, skond in-narrativa ta\u2019 Kastilja u lil hinn, hu sinjal ta\u2019 \u201cprogress\u201d li ma jistax jitwaqqaf.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>U mbag\u0127ad wara kollox l-iktar \u0127a\u0121a importanti mhux li jkonna l-flus fil-but? Mhux a\u0127jar li jkollna ekonomija li tirrendi<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>bba\u017cata ukoll fuq il-log\u0127ob tal-azzard, il-bejg\u0127 tal-passporti, ir-ri\u010bikla\u0121\u0121 ta\u2019 flus ma\u0127mu\u0121a u prodotti o\u0127ra sbie\u0127 u an\u010billari? Bl-etika u bil-kultura ma tiekolx. Dwar dan jidher li hemm kunsens wiesg\u0127a u sieket.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U Daphne Caruana Galizia? Malta g\u0127andha idejha m\u010bappsa bid-demm ta\u2019 \u0121urnalista qalbiena li \u0127add ma rnexxielu jixtriha u li tassew ma be\u017cg\u0127et minn \u0127add. Minkejja li kellha kontra tag\u0127ha l-establishment veru, korrott, kriminali u trasversali, li \u0127ataf dan il-pajji\u017c, il-vu\u010bi tag\u0127ha baqg\u0127et soda sal-a\u0127\u0127ar. Fil-fehma tieg\u0127i, Caruana Galizia g\u0127arfet sew l-g\u0127erq tal-problemi li ilha taffa\u010b\u010ba Malta: in-nuqqas ta\u2019 ba\u017ci soda edukattiva u kulturali, minkejja l-progress li sar matul is-snin.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>Min hu tassew elitista j\u0127abrek biex il-poplu jibqa\u2019 lura \u0127alli jisfruttah b\u2019mod \u010biniku. I\u017cda hi mhux hekk g\u0127amlet:<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>tirrabja li tarah isir g\u0127odda silenjuza ta\u2019 poter assolut. I\u010b-\u010banfiriet iebsa tag\u0127ha trid taqrahom f\u2019dan id-dawl. Ma kinitx tittolera li, min qieg\u0127ed b\u2019xi mod fil-\u0127ajja pubblika, ma jimxix ma\u2019 kodi\u010bi ta\u2019 m\u0121ieba mistennija minnu.<\/p>\n<p>A\u0127na qeg\u0127din hawn u hawn se nibqg\u0127u, ni\u0121\u0121ieldu biex to\u0127ro\u0121 il-verit\u00e0 dwar il-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia. Grazzi g\u0127al ponn nisa kura\u0121\u0121u\u017ci, din issa saret ukoll il-pjazza simbolu tar-re\u017cistenza kontra stat awtoritarju li lanqas ja\u0127mel ftit fjuri u ftit xemg\u0127at jixeg\u0127lu. Dawn l-atti barbari, li Malta issa g\u0127andha r-rekord dinji dwarhom, jmorru kontra \u010b-\u010bivilt\u00e0. <span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>A\u0127na qeg\u0127din quddiem il-Qrati. Il-li\u0121i bla \u010bivilt\u00e0 hi b\u0127al \u0121isem bla mo\u0127\u0127, bla \u0127ajja u bla ru\u0127. \u0120urnalista \u0121iet assassinata<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>b\u2019mod barbaru. \u0120iet assassinata g\u0127ax qalet il-verit\u00e0. \u0120iet assassinata<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>g\u0127ax fehmet in-nis\u0121a tax-xibka perversa bejn il-poteri korrotti, l-interessi ekonomi\u010bi illegali u r-rabtiet sigrieti<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0 <\/span>fuq pjan nazzjonali u internazzjonali. Dan kollu Caruana Galizia fehemitu sew. G\u0127alhekk \u0121iet assassinata.<\/p>\n<p>A\u0127na qed naraw il-kollass istituzzjonali ta\u2019 dan il-pajji\u017c u tas-saltna tad-dritt. I\u017cda ag\u0127ar minn hekk, qed naraw il-kollass tas-sens ta\u010b-\u010bivilt\u00e0. Se nag\u0127ti e\u017cempju wie\u0127ed. Wara l-a\u0127\u0127ar elezzjoni, u ovvjament g\u0127alhekk saret qabel \u017cmienha, in-numru ta\u2019 voti sar ifisser li l-politiku jing\u0127ata blank cheque u hu \u0127ieles li jwettaq dak li jidhirlu bl-ikbar impunit\u00e0. Biex inkunu \u010bari. Is-sisien demokrati\u010bi tal-pajji\u017c \u0121ew mibdula f\u2019sura ta\u2019 gvern oligarkiku, fejn min g\u0127andu l-flus li jag\u0127lef l-elettorat, ji\u0121i protett minn min ivvutalu stess. Il-mantra perversa tkun: in-nies tellg\u0127uh. Hekk inbena kull stat awtoritarju. Il-bejg\u0127 tal-passaporti serva ukoll, fost l-o\u0127rajn, biex Malta sservi b\u0127al \u017ciemel ta\u2019 Troja, billi jid\u0127lu \u0121ewwa l-Ewropa oligarki b\u2019g\u0127anijiet li tistg\u0127u timma\u0121inaw.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Il-popli \u010bivili jimxu fuq l-a\u0127jar e\u017cempji fl-istorja tal-umanit\u00e0. Il-popli ma\u0127kuma jitkellmu l-\u0127in kollu dwar il-li\u0121i, waqt li j\u0127ottu l-ispirtu tag\u0127ha. J\u0127ottu fi kliem ie\u0127or is-saltna tad-dritt.<\/p>\n<p>Caruana Galizia fehmet u \u0127addmet sew idea fundamentali fil-\u0127ajja demokratika: int bniedem \u0127ieles u mhux skjav, jekk int tidde\u010biedi li tkun \u0127ieles u mhux skjav. U \u0127allset b\u2019demmha f\u2019pajji\u017c ma\u0127kum. F\u2019pajji\u017c fejn il-kelma \u010bivilt\u00e0 qed issir dejjem iktar munita bla valur.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>U g\u0127alfejn l-istudenti g\u0127andhom jitg\u0127allmu l-istorja tal-arti? G\u0127alfejn g\u0127andhom jitg\u0127allmu l-istorja, il-\u0121ografija, il-letteratura, l-istorja tal-mu\u017cika u tant su\u0121\u0121etti inutli o\u0127ra? U wara kollox, g\u0127alfejn g\u0127andhom jitg\u0127allmu su\u0121\u0121etti b\u0127al matematika u x-xjenzi? U mbag\u0127ad xi\u00a0 ng\u0127idu g\u0127all-ekonomija? Dan mhux su\u0121\u0121ett g\u0127al esperti finanzjarji? Din hi mentalit\u00e0 pragmatika u mis\u0127uta, li xxettlet u ssa\u0127\u0127et\u00a0 matul i\u017c-\u017cmien, li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72131,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72160\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72160"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72160\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72161,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72160\/revisions\/72161\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72131\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72160"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72160"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72160"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}