{"id":72167,"date":"2019-02-17T14:46:25","date_gmt":"2019-02-17T13:46:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72167"},"modified":"2019-02-17T14:46:25","modified_gmt":"2019-02-17T13:46:25","slug":"verita-u-gustizzja-vicky-ann-cremona","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/verita-u-gustizzja-vicky-ann-cremona\/","title":{"rendered":"Verita&#8217; u \u0120ustizzja: Vicky Ann Cremona"},"content":{"rendered":"<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/kLuL9XaCW58?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Fit-18 ta\u2019 Novembru, il-ga\u017c\u017cetta it-Times \u0127ar\u0121et b\u2019dan il-headline:<\/p>\n<p><b>Daphne murder mastermind suspects identified \u2013 investigators<\/b><\/p>\n<p>I\u017cda, mid-dehra tal-affarjiet, dawn is-<i>suspects<\/i> hebu, g\u0127ax \u0127add ma semmihom aktar, u \u0127add ma qabadhom. Din gidba o\u0127ra min-na\u0127a tal-pulizija u tal-gvern? Jew dawn il-mandanti huma tant protetti li qeg\u0127din nippruvaw innessu l-poplu li je\u017cistu?<\/p>\n<p>Kumbinazzjoni, ftit jiem qabel, l-istess gazzetta kienet \u0127ar\u0121et in-notizja li instab ta\u2019 min kien il-famu\u017c account li jismu 17 Black, is-sinjur Yorgen Fenech. F\u2019daqqa wa\u0127da niskopru li l-FIAU, dan l-isem kienet ilha li semmietu. Fis-sbatax ta\u2019 Novembru, ji\u0121ifieri \u0121urnata qabel din in-notizja fuq il-\u2018<i>mastermind suspects<\/i>\u2019 fanta\u017cmi, il-Ministru Owen Bonnici ipprova jtaffi ir-rabja tal-Maltin li jafu ja\u0127sbu b\u2019mo\u0127\u0127hom, li m\u2019g\u0127andniex g\u0127alfejn ninkewetaw g\u0127aliex il-pulizija qeg\u0127da tindaga.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Jekk g\u0127andna nkejjlu bis-su\u010b\u010bessi tal-pulizija s\u2019issa, nistg\u0127u noqg\u0127odu friski \u2013 mhux g\u0127ax g\u0127andna pulizija li m\u2019hijiex kapa\u010bi, imma g\u0127ax jidher li hemm min qieg\u0127ed irra\u017c\u017canha u mhux i\u0127alliha tag\u0127mel xog\u0127lha kif suppost. Prova ta\u2019 dan hija li l-istess \u0121urnata, il-Prim Ministru tag\u0127na lkoll, qalilna li hu ma jistax jinda\u0127al fil-<i>business<\/i> ta\u010b-<i>Chief of Staff<\/i> tieg\u0127u. Ji\u0121ifieri, jekk dan u Konrad Mizzi prattikament qeg\u0127din jisirqu u jikkorrompu lil Malta minn ta\u0127t imnie\u0127ru, din m\u2019hijiex bi\u010b\u010ba tieg\u0127u \u2013 u lanqas ti\u0121ih f\u2019mo\u0127\u0127u li almenu, g\u0127al kreanza jekk xejn aktar, jissospendihom sakemm l-affarjiet ikunu aktar \u010bari. Meta wie\u0127ed li ja\u0127seb b\u2019mo\u0127\u0127u jara m\u0121ieba b\u0127al din, bilfors jispi\u010b\u010ba li jg\u0127id: mela x\u2019inhu l-interess tal-Prim Ministru li jag\u0127mel b\u0127at-tlett xadini \u2013 la jara, la jisma\u2019 u lanqas jifta\u0127 \u0127alqu? Forsi mda\u0127\u0127al ma\u2019 dawn i\u017c-\u017cewg brikkuni, u ma jistax jo\u0127ro\u0121 mit-toqba li da\u0127\u0127luh fiha? Jaqaw g\u0127andu x\u2019jaqsam ma\u2019 dal-famu\u017c <i>account<\/i> tal-Egrant?<\/p>\n<p>Importanti li nitkellmu dwar il-gideb u s-skiet \u0121o dan il-pajji\u017c. Importanti wkoll li nitkellmu fuq il-flus li \u010berti nies qeg\u0127din jaqilg\u0127u. Sirna nafu li bejn is-17 Black u l-kumpanija Macbridge (li g\u0127adna ma nafux ta\u2019 min hi) kellhom ji\u0121u m\u0127allsa 5000 ewro <b>kuljum<\/b> fil-kontijiet ta\u2019 Mizzi u Schembri.\u2013 tafu x\u2019ji\u0121ifieri 5000 euro kuljum?<\/p>\n<p><span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Ji\u0121ifieri f\u2019\u0121img\u0127a taqla\u2019 bi\u017c\u017cejjed biex tixtri karozza ta\u2019 \u0127amsa u tletin elf (35,000). Jekk tistenna xahrejn tixtri flett ta\u2019 \u017cewgt ikmamar tas-sodda, u wara sitt xhur biss, tixtri flett fuq il-<i>front<\/i> ta\u2019 Tas-Sliema. Dan kollu meta hawn familji li jridu jg\u0127ixu b\u2019elf ewro fix-xahar, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li ma jistg\u0127ux ji\u017c\u017cew\u0121u jew jg\u0127ixu g\u0127al rashom g\u0127ax ma jaffordjawx lanqas jixtru kamra.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Issa dawn il-5000 ewro, importanti li nifhmu kif qeg\u0127din isiru. Mela fl-elezzjoni tal-elfejn u tlettax, il-Labour \u0127are\u0121 bl-idea ta\u2019 <i>Power Station<\/i> \u0121dida u <i>storage<\/i> g\u0127all-gass, waqt li l-Enemalta u l-gvern nazzjonalista kienu jsostnu li l-<i>power station <\/i>li kellna kienet bi\u017c\u017cejjed, imma kellha ta\u0127dem bil-gass, permezz ta\u2019 <i>pipeline<\/i> minn Sqallija. Meta jien kont ambaxxatur, kont mar\u0121inalment involuta f\u2019 diskussjonijiet fuq it-<i>Trans-Mediterranean Pipeline<\/i> li jmur mill-Al\u0121erija u t-Tune\u017cija sa Sqallija, fuq kif u jekk kienx fattibli li dawn il <i>pipelines<\/i> iwasslu l-gass g\u0127al Malta.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien, din kienet tidher b\u0127ala l-a\u0127jar soluzzjoni. Mela dawn il-briganti bellg\u0127uha lill-poplu li kellna b\u017conn vapur biex ja\u0127\u017cen il-gass. Dan xtrajnieh minn flus il-Maltin ming\u0127and i\u010b-\u010aini\u017ci &#8211; u kellu jkompli jkerrah il-bajja tant sabi\u0127a ta\u2019 Marsaxlokk. Qalulna li ming\u0127ajru ma konniex inkampaw.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Illum nifhmu li dan il-vapur, \u010berti Maltin biss kellhom bzonnu. G\u0127ax bl-isku\u017ca tieg\u0127u kienu se jkomplu jkabbru il-fortuna di\u0121a konsistenti tag\u0127hom, billi jie\u0127du l-<i>kickbacks<\/i> minn fuq dahar il-Maltin. I\u017cda ma ninsewx, din il-fortuna kellu jkollha skopijiet ta\u2019 ne\u010bessita\u2019 li g\u0127andha tqanqlek g\u0127ax is-Sur Mizzi dejjem jg\u0127idilna li hu, il-kont tal-Panama g\u0127amlu g\u0127all-familja.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Sur Mizzi, mur ispjegha din lil dawk li qeg\u0127din jorqdu fil-karozzi, jew iraqqdu t-tfal fil-garaxxijiet. Ara tistax taqla\u2019 xi \u0127a\u0121a g\u0127alihom ukoll, kif int fi\u017c-\u017cifna, g\u0127ax int, il- mara tieg\u0127ek, Sai Mizzi, li erdg\u0127at 13,000 fix-xa\u0127ar g\u0127al snin twal, u lanqas nafu jekk issa fl-a\u0127\u0127ar spiccatx to\u0127odhom, xbajtu tieklu minn fuq dar il-Maltin! Qa\u017c\u017cistuna!<\/p>\n<p>I\u017cda din tal-flus, kif bdejna niskopru dal-a\u0127\u0127ar, ma taffetwax biss \u2018il-Ministri jew \u2018i\u010b-<i>Chief of Staff<\/i>, imma mid-dehra saret drawwa jew marda ta\u2019 \u0127afna uffi\u010bjali g\u0127olja.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Xi ng\u0127idu g\u0127al dawk li taparsi g\u0127andhom paga baxxa, u qeg\u0127din jaqilg\u0127u tant <i>kickbacks<\/i> minn ta\u0127t, li l-paga tag\u0127hom saret qisha <i>pocket money<\/i>? L-a\u0127\u0127ar ka\u017c ta\u2019 dan, li faqqa\u2019 din il-\u0121img\u0127a, huwa dak tas-sinjura Fenech Farrugia, li mid-dehra, se tkun mal-gozz nies li xebg\u0127u jwaqqg\u0127u l-art wi\u010b\u010bna l-Maltin. Wisq nib\u017ca li jekk dak li jing\u0127ad kontriha huwa minnu, din se tkun wa\u0127d\u2019o\u0127ra mill-\u0127afna ka\u017cijiet li ilna nisimg\u0127u bihom u fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, fuqhom jew kontrihom ma jsir xejn.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U Alla jbierek, dawn in-nies dejjem ji\u0121u sospi\u017ci bil-<b>paga s\u0127i\u0127a<\/b>, ji\u0121ifieri dawn joqg\u0127odu \u010bi\u010b\u010bi d-dar, u l-flus de\u0127lin xorta, meta jiena u int, jekk ninqabdu nag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina li lanqas hija n-nofs ta\u2019 dan il-\u0127mie\u0121 li qed isir, jekk inkunu ffurtunati, jtuna nofs paga, jew inkella, ine\u0127\u0127uhielna kollha u nibqg\u0127u b\u2019xejn \u2013 kif fil-fatt, g\u0127andu jkun.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Ma ninsewx hbieb, li issa l-gvern tag\u0127na, flimkien ma\u2019 l-oppo\u017cizzjoni, qeg\u0127din jitkellmu biex ibiddlu l-kostituzzjoni ta\u2019 Malta.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>F\u2019cirkostanzi normali, din hija \u0127a\u0121a tajba, imma llum, i\u010b-\u010birkostanzi mhumiex normali. Daphne Caruana Galizia wissietna qabel ma qatluha: <i>There are crooks everywhere. <\/i>U l-\u0121rajjiet ta\u2019 pajji\u017cna ma jeqfux juru kemm kellha ra\u0121un.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Jien personalment, ma nafdax li \u010berti nies fil-partiti ewlenin tag\u0127na, qeg\u0127din jag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a li tkun g\u0127all-\u0121id tal-pajji\u017c, u mhux ta\u2019 buthom.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>G\u0127alhekk idde\u010bidejt li wa\u0127di ma nistax ni\u0121\u0121ieled, imma g\u0127andna b\u017conn inkomplu ni\u0121\u0121ieldu lkoll, mhux ta\u0127t il-bandiera tal-partiti politi\u010bi, imma ggwidati minn sens ta\u2019 \u0121ustizzja.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Wasal i\u017c-\u017cmien li l-\u0121ustizzja ti\u0121i darba g\u0127al dejjem mifruda mill-poter, kif juruna \u010berti sentenzi li ssorprendew, biex ma ng\u0127idux ixxokkjaw dawk li ja\u0127sbu b\u2019mo\u0127\u0127hom<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Huwa g\u0127alhekk li d\u0127alt nag\u0127mel parti mill-NGO Repubblika. Din m\u2019hijiex, u ma tridx tkun, partit politiku, difatti, kull min imiss mal-politika f\u2019pajji\u017cna ma jistax ikollu <i>voting rights<\/i> f\u2019din l-NGO.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Repubblika tixtieq tirrapre\u017centa l-interessi tas-so\u010bjeta\u2019 \u010bivili rigward is-saltna tad-dritt, u l-\u0121ustizzja. Jien, u \u0127afna o\u0127rajn b\u0127ali, irridu ni\u0121\u0121ieldu biex forsi xi darba, il-vera demokrazija ta\u0127kem dan il-pajji\u017c mbi\u010b\u010ber minn governanza korrotta u oxxena u ma jkollniex g\u0127alfejn aktar nin\u0121abru hawn biex insemmg\u0127u l-g\u0127ajta tag\u0127na.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fit-18 ta\u2019 Novembru, il-ga\u017c\u017cetta it-Times \u0127ar\u0121et b\u2019dan il-headline: Daphne murder mastermind suspects identified \u2013 investigators I\u017cda, mid-dehra tal-affarjiet, dawn is-suspects hebu, g\u0127ax \u0127add ma semmihom aktar, u \u0127add ma qabadhom. Din gidba o\u0127ra min-na\u0127a tal-pulizija u tal-gvern? Jew dawn il-mandanti huma tant protetti li qeg\u0127din nippruvaw innessu l-poplu li je\u017cistu? Kumbinazzjoni, ftit jiem qabel, l-istess [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72093,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72167\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72167"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72167\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72168,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72167\/revisions\/72168\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72093\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72167"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72167"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72167"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}