{"id":72172,"date":"2019-02-17T14:54:34","date_gmt":"2019-02-17T13:54:34","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72172"},"modified":"2019-02-17T14:54:34","modified_gmt":"2019-02-17T13:54:34","slug":"verita-u-gustizzja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/verita-u-gustizzja\/","title":{"rendered":"Verita&#8217; u \u0120ustizzja"},"content":{"rendered":"<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/5oeTji9o4Es?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Meta qatlu lil Daphne Caruana Galizia, \u0127afna kienu xxukkjati. Imma ftit kienu sorpri\u017ci.<\/p>\n<p>G\u0127al \u0127afna snin, u l-aktar fl-a\u0127\u0127ar xhur ta\u2019 \u0127ajjitha, ne\u017c\u017cg\u0127uha mid-dinjita\u2019 tag\u0127ha ta\u2019 bniedma. Kien jonqos biss li jne\u017c\u017cg\u0127uha minn \u0127ajjitha.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Meta libsuha ta\u2019 sa\u0127\u0127ara ma kinux qed ji\u010b\u010bajtaw. Is-s\u0127a\u0127ar nafu x\u2019ji\u0121rilhom.<\/p>\n<p>Id-diskors li qed isir illum mhux fuq is-s\u0127a\u0127ar imma fuq it-tradituri.<\/p>\n<p>Jag\u0127milha tal-mans u ta\u2019 bniedem b\u2019razzjonalita\u2019 pa\u010benzju\u017ca: imma meta Owen Bonnici \u0121ie lura minn Strasburgu l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra ddefenda l-gideb li ta lill-Parlamentari Ewropej f\u2019termini pattriotti\u010bi. \u2018M\u2019inhix se mmur mal-barranin u ng\u0127id kontra Malta\u2019.<\/p>\n<p>Antika din. Malta l-ewwel u qabel kollox. Quddiem il-barranin, pajji\u017ci l-ewwel dejjem, fit-sewwa u fid-dnewwa.<\/p>\n<p>Min ma jimxix ma dan il-pre\u010bett hu traditur. It-tradituri nafu x\u2019ji\u0121rilhom.<\/p>\n<p>Iva, Ministru Bonnici. Pajji\u017ci l-ewwel dejjem, fis-sewwa u fid-dnewwa. Fejn pajji\u017ci hu fis-sewwa, g\u0127andu jin\u017camm fis-sewwa. Fejn pajji\u017ci hu fid-dnewwa, g\u0127andu jitqieg\u0127ed fis-sewwa.<\/p>\n<p>Il-pattriotti\u017cmu li jg\u0127id \u2018pajji\u017ci l-ewwel dejjem, hux qieg\u0127ed fis-sewwa jew le,\u2019 qed jinsa li hemm li\u0121ijiet eterni. B\u0127al dak li jg\u0127id \u2018ommi g\u0127andha ra\u0121un dejjem: kemm jekk f\u2019sikkitha u kemm jekk fis-sakra\u2019.<\/p>\n<p>Biex in\u0127obbu lill-pajji\u017c tag\u0127na, irid ikollna pajji\u017c ta\u2019 min i\u0127obbu.<\/p>\n<p>U biex dan jer\u0121a\u2019 jkun pajji\u017c ta\u2019 min i\u0127obbu, irridu naraw minn vera qed jittradih.<\/p>\n<p>G\u0127ax hawn min qed jittradiha \u2018l Malta. Mela mhawnx!<\/p>\n<p>Qed jitradixxi lil Malta min ma jiddejjaqx jigdeb anke jekk jinqabad. Min imur Strasburgu u jgiddeb is-sewwa mag\u0127ruf. Min isikket lil min, b\u2019im\u0127abba g\u0127al Malta, jitkellem \u010bar u jg\u0127id fejn l-affarijiet mhux sew.<\/p>\n<p>Hemm min jg\u0127ajjarna g\u0127ax irridu nkunu aktar qaddisin mill-Papa. Il-qdusija tag\u0127na ma tid\u0127olx fil-kwistjoni.<\/p>\n<p>Li jid\u0127ol hu li Joseph Muscat qed jherri s-sostenibbilta\u2019 ta\u2019 Malta. Jekk ma t\u0127arisx ta\u0127t il-li\u017car li firex ma tindunax. Ta\u0127seb li nistg\u0127u nipprovdu g\u0127al uliedna b\u2019ekonomija tal-krejnijiet, tal-lag\u0127ba u tal-\u0127axixa.<\/p>\n<p>Imma dan du\u0127\u0127an. Illum hawn. G\u0127ada min jaf?<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad kontributuri veri g\u0127all-ekonomija tag\u0127na qed jitherrew mill-qieg\u0127. Bit-tnawwir u t-tg\u0127affi\u0121, bil-qerq u l-gideb, pajji\u017cna mhux se jibqa\u2019 jkun fdat b\u0127ala \u010bentru g\u0127as-servizzi finanzjarji. Ng\u0127alqu g\u0127ajnejna g\u0127al dak li qed ji\u0121ri fl-ib\u0127ra tag\u0127na u se nispi\u010b\u010baw g\u017cira tal-pirati. Is-sibjien jg\u0127ixu f\u2019darna u l-bqija jiskartawna.<\/p>\n<p>Joseph Muscat mhux se j\u0127osshom il-konsegwenzi ta\u2019 dan kollu. L-affarijiet tieg\u0127u irran\u0121ahom. Kellu bi\u017c-\u017cejjed \u010bans i\u0127affer, jidfen u jfarfar.<\/p>\n<p>Issa jie\u0127u po\u017cizzjoni l-Ewropa u jissaffa minn kull dell. U wliedna jibqg\u0127u hawn, im\u010bappsin bil-konsegwenzi.<\/p>\n<p>Taraw min hu veru<b> <\/b>traditur?<\/p>\n<p>Tradituri David Casa u Roberta Metsola li ssieltu kuljum biex Malta tiftkatar it-triq tas-sewwa?<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Jew traditur Joseph Muscat li g\u0127amel minn pajji\u017cna fewdu li qed jag\u0127fas b\u2019miries mo\u0127bi ta\u0127t li\u017car ta\u2019 gideb?<\/p>\n<p>Il-patriotti qeg\u0127din hawn. Hawn huma dawk li qed ji\u0121\u0121ieldu g\u0127al Malta \u0127ielsa. \u0126ielsa mill-qerq, mill-korruzzjoni u mill-jasar tal-kriminalita\u2019 organizzata b\u2019eg\u0127ruq fondi fil-gvern ta\u2019 pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Nhar it-Tnejn a\u0127na minn Repubblika mistednin l-Uffi\u010bju tal-President ta\u2019 Malta biex niltaqg\u0127u mag\u0127ha u mal-Partit Laburista u mal-Partit Nazzjonalista. Stednuna biex intuhom il-proposti tag\u0127na g\u0127al Kostituzzjoni \u0121dida.<\/p>\n<p>Il-problemi ta\u2019 pajji\u017cna nafuhom. Ma kienx hemm g\u0127alfejn ti\u0121i l-Kummissjoni ta\u2019 Venezja biex tg\u0127idhomna imma mn\u2019alla \u0121iet g\u0127ax inqata\u2019 \u0127afna diskors vojt.<\/p>\n<p>It-tibdil hu me\u0127tie\u0121.<\/p>\n<p>Imma minn hawn ir-risposta tag\u0127na. Il-Kostituzzjoni hi kuntratt bejn<b> <\/b>in-nies u dawk li n-nies tqabbad b\u2019mod temporanju biex jiggvernaw. Il-partiti politi\u010bi huma fuq na\u0127a wa\u0127da ta\u2019 dak il-kuntratt. Ma jistg\u0127ux jiftehmu bejniethom kif jillimitaw il-poteri tag\u0127hom stess u a\u0127na nibqg\u0127u n\u0127arsu.<\/p>\n<p>Qabel id-dettall, ejja nitkellmu l-ewwel fuq il-pro\u010bess. Qed nag\u0127mluha \u010bara li mhux se n\u0127allu \u2018l min ibe\u017c\u017cg\u0127ana billi jg\u0127ajjarna tradituri biex iwaqqafna milli nav\u017caw meta naraw lill-politi\u010bi ja\u0127tfu aktar poter minn dak li ne\u010bessarjament g\u0127andhom b\u017conn fl-interess tag\u0127na lkoll.<\/p>\n<p>A\u0127na ta\u2019 Repubblika g\u0127andna responsabbilta\u2019 kbira. Is-so\u010bjeta\u2019 \u010bivili f\u2019Malta \u2014 dawk li mir-ri\u017cultat tal-Kostituzzjoni m\u2019g\u0127andhomx prospetti ta\u2019 po\u017cizzjoni jew poter \u2014 trid tg\u0127asses u titkellem f\u2019isem il-poplu f\u2019negozjati ma\u2019 partiti li jitkellmu f\u2019isimhom.<\/p>\n<p>Qed infittxu l-g\u0127ajnuna tag\u0127kom. G\u0127andna b\u017conn l-appo\u0121\u0121 finanzjarju tag\u0127kom biex nimmobolizzaw ir-ri\u017corsi li hemm b\u017conn g\u0127al din il-missjoni importanti ferm.<\/p>\n<p>G\u0127al min mill-partiti politi\u010bi be \u0127siebu jer\u0121a\u2019 jtawwal ilsienu biex ming\u0127alih jaqtg\u0127alna tag\u0127na, g\u0127andna l-permessi kollha skond il-li\u0121i biex ni\u0121bru fondi g\u0127al dan il-g\u0127an.<\/p>\n<p>G\u0127inuna u ssie\u0127bu mag\u0127na f\u2019Repubblika biex flimkien nag\u0127tu kontribut siewi g\u0127all-komunita\u2019 tag\u0127na. Hawn illejla wkoll formoli g\u0127al min irid jissie\u0127eb fil-moviment tag\u0127na.<\/p>\n<p>G\u0127ajjruna s\u0127a\u0127ar. G\u0127ajjruna tradituri. Imma g\u0127alina qabilna ji\u0121u wliedna. U rridu n\u0127allulhom pajji\u017c a\u0127jar milli sibnih. S\u2019issa \u017cgur mhux f\u2019dik it-triq mexjin. Irridu nkunu a\u0127na li ner\u0121g\u0127u nqabbduh it-triq tas-sewwa.<\/p>\n<p>Grazzi.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/0PDMqOW6ZOw?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta qatlu lil Daphne Caruana Galizia, \u0127afna kienu xxukkjati. Imma ftit kienu sorpri\u017ci. G\u0127al \u0127afna snin, u l-aktar fl-a\u0127\u0127ar xhur ta\u2019 \u0127ajjitha, ne\u017c\u017cg\u0127uha mid-dinjita\u2019 tag\u0127ha ta\u2019 bniedma. Kien jonqos biss li jne\u017c\u017cg\u0127uha minn \u0127ajjitha.\u00a0 Meta libsuha ta\u2019 sa\u0127\u0127ara ma kinux qed ji\u010b\u010bajtaw. Is-s\u0127a\u0127ar nafu x\u2019ji\u0121rilhom. Id-diskors li qed isir illum mhux fuq is-s\u0127a\u0127ar imma fuq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72085,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72172\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72172"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72172\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72173,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72172\/revisions\/72173\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72085\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72172"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72172"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72172"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}