{"id":72227,"date":"2019-02-18T17:00:50","date_gmt":"2019-02-18T16:00:50","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72227"},"modified":"2019-02-20T17:41:52","modified_gmt":"2019-02-20T16:41:52","slug":"meta-l-gvern-tieghek-jigdeb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/meta-l-gvern-tieghek-jigdeb\/","title":{"rendered":"Meta l-gvern tieg\u0127ek jigdeb"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-72220\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303.jpg\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"394\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/16662461_303.jpg 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>Ftit minuti biss wara li nteba\u0127 bir-rapport tal-Kumitat tal-House of Commons li kkonferma li kien ra b&#8217;g\u0127ajnejh provi li jmeru l-ver\u017cjoni uffi\u010bjali ta&#8217; Malta, <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190218\/local\/pl-did-meet-data-mining-group-uk-parliament-insists-not-true-says.702329\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">il-gvern Malti rrepeta dak li kien stqarr u re\u0121a&#8217; qal li l-allegazzjoni li, qabel l-elezzjoni tal-2013, tal-Labour kienu ltaqg\u0127u ma&#8217; tal-SCL kienet wa\u0127da ming\u0127ajr ba\u017ci<\/a>. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, fir-risposta tal-gvern hemm \u0127afna affarijiet li huma ta&#8217; ta\u0127t fuq. Ibda&#8217; biex, mhuwiex kompitu tal-gvern li jistqarr x&#8217;kien jew ma kienx g\u0127amel il-Partit Laburista qabel l-2013. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni m&#8217;huwiex il-kelliem tal-Partit Laburista. U l-im\u0121ieba tal-Partit Laburista waqt li kien fl-Oppo\u017cizzjoni (jew anki fi\u017c-\u017cmien li jkun fil-gvern) g\u0127andha ti\u0121i diskussa mill-Partit Laburista nnifsu u mhux mill-Gvern ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p>Din id-distinzjoni m&#8217;hix wa\u0127da ta&#8217; natura akkademika, semantika jew pedantika. Il-fatti huma li fin-nofs hemm akku\u017ca li l-azzjonijiet insidju\u017ci ta&#8217;\u00a0 Christian Kalin u ta&#8217; Alexander Nix spi\u010b\u010baw biex sarrfu f&#8217;elezzjonijiet manipulati, reb\u0127iet g\u0127al dawk il-partiti li taw l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom g\u0127all-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza minn <em>Henley &amp; Partners<\/em> u, g\u0127allinqas f&#8217;ka\u017c wie\u0127ed, g\u0127enu biex tkisser partit fl-oppo\u017cizzjoni li kien kontra dan il-bejg\u0127, \u0127a\u0121a li setg\u0127et se\u0127\u0127et ukoll f&#8217;Malta fl-2013.<\/p>\n<p>Minn dakinhar &#8216;l hawn, \u0121ew stabiliti \u010berti fatti ming\u0127ajr l-i\u010bken dubju. Fl- 2010 u fl-2011, \u017cmien li fih Joseph Muscat kien fl-Oppo\u017cizzjoni, kemm Christian Kaelin ta&#8217; <em>Henley &amp; Partners<\/em> kif ukoll Alexander Nix ta&#8217; <em>SCL<\/em> &#8211; iktar tard tas-sussidjarja tag\u0127ha<em> Cambridge Analytica<\/em> &#8211;\u00a0 kienu Malta biex ifittxu l-klijenti g\u0127all-pro\u0121etti tag\u0127hom. Nafu li kienu ltaqg\u0127u ma&#8217; tal-PN g\u0127ax dan ikkonfermah il-PN stess li kkonferma wkoll li ma riedx li jkollu x&#8217;jaqsam mag\u0127hom. Dan kollu \u0121ie verifikat b&#8217;mod indipendenti.<\/p>\n<p>Minn g\u0127ejjun li kienu ja\u0127dmu ma&#8217; ta&#8217; <em>Henley<\/em> u mal-<em>SCL,<\/em> sirna nafu wkoll li dawn xtaqu li jsiru jafu lil Joseph Muscat. Dak li qalu l-<em>whistleblowers<\/em> li kienu ja\u0127dmu mal-<em>SCL<\/em> u ma&#8217; <em>Cambridge Analytica<\/em> dwar dawn il-kuntatti ma&#8217; tal-Labour, kif ukoll dwar l-attentat biex isir kuntatt mal-PN, ilkoll \u0121ew verifikati b\u0127ala stejjer li huma minnhom.<\/p>\n<p>Madankollu, tal-Labour baqg\u0127u ji\u010b\u0127du. Tal-Labour hekk ja\u0127dmu. Ripetutament. Dan ma jfissirx li dak li ntqal m&#8217;huwiex minnu. Il-<em>whistleblowers<\/em> ta&#8217; <em>SCL\/Cambridge Analytica<\/em> huma g\u0127ejjun kredibbli li kienu kixfu l-borom dwar dawn l-attivitajiet tant perikolu\u017ci u anti-demokrati\u010bi.<\/p>\n<p>Huwa minnu li dak li se\u0127\u0127 f&#8217;Malta jissemma&#8217; f&#8217;paragrafu wie\u0127ed biss tar-rapport tal-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em> li jittratta dwar kwistjonijiet li huma ta&#8217; portata \u0127afna akbar, b&#8217;mod partikolari fejn jid\u0127lu l-metodi li \u0121ew \u017cviluppati minn <em>Cambridge Analytica<\/em> (u o\u0127rajn) biex jisfruttaw l-informazzjoni fil-media so\u010bjali bil-g\u0127an li ji\u0121u manipulati l-votanti.<\/p>\n<p>Ir-reb\u0127a fl-elezzjoni tal-Partit Laburista u l-bejg\u0127 ta\u010b-\u010bittadinanza lil sinjuruni bla skrupli hi politika li setg\u0127et kienet il-frott tal-metodi ta&#8217; <em>SCL\/Cambridge Analytica<\/em>. L-istess kif \u0121ara&#8217; fir-reb\u0127a fl-elezzjoni ta&#8217; Donald Trump u r-reb\u0127a fir-referendum ta&#8217; min ried il-Brexit. Dak li rri\u017culta li se\u0127\u0127 mhux ne\u010bessarjament i\u0127assar il-validit\u00e0 tar-ri\u017cultat ta&#8217; dawk l-elezzjonijiet. I\u017cda \u010bertament iqieg\u0127ed fid-dubju l-le\u0121ittimit\u00e0 demokratika u jqajjem kwistjonijiet dwar jekk fil-\u0121ejjieni, fl-isfond ta&#8217; dawn il-manipulazzjonijiet, jistax ikollna turija \u0127ielsa u kredibbli tar-rieda demokratika tal-poplu. Ebda partit jew mexxej politiku li jkun \u0121ie elett bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawn il-manipulazzjonijiet m&#8217;hu ser jippermetti lill-poplu jda\u0127\u0127alha f&#8217;rasu li li r-reb\u0127a li kellu fl-elezzjoni ma kinitx wa\u0127da le\u0121ittima g\u0127aliex kienet imsejsa fuq manipulazzjoni li m&#8217;hix kunsidrata llegali g\u0127aliex g\u0127adhom ma tfasslux li\u0121ijiet li jirrimedjaw g\u0127aliha. Tkun b\u0127allikieku dawk favur il-Brexit jammettu li l-iffinanzjar illegali tal-kampanja tag\u0127hom kienet g\u0127enithom biex jirb\u0127u. Jew b\u0127allikieku Donald Trump jammetti li l-kampanja tieg\u0127u kienet mi\u017cg\u0127uda bl-ind\u0127il illegali min na\u0127a tar-Russi.<\/p>\n<p>Joseph Muscat qatt m&#8217;hu ser jammetti li <em>SCL\/Cambridge Analytica<\/em> \u2014 jew sa\u0127ansitra anki Christian Kaelin, il-Prin\u010bep tad-Dlamijiet li rnexxielu jibqa&#8217; fil-wi\u010b\u010b anke waqt li Alexander Nix kien spi\u010b\u010ba fl-inkwiet \u2014 g\u0127enuh biex jirba\u0127 l-elezzjoni tal-2013. Aktar u aktar wara li nkixfu l-borom kollha dwar il-metodi anti-demokrati\u010bi u manipulattivi ta&#8217; <em>Cambridge Analytica<\/em>. Jew wara li sirna nafu li kienu sa\u0127ansitra lesti li j\u0127amm\u0121u u jivvintaw stejjer biex jimmanipulaw ir-ri\u017cultati elettorali.<\/p>\n<p>Fl-2013, niftakru li tal-Labour ma kellhomx problemi finanzjarji meta fl-2008 g\u0127al ftit ma fallewx. Nafu kif irnexxielhom jaqsmu b&#8217;mod effettiv lill-votanti fi gruppi bi pre\u010bi\u017cjoni kbira. U fl-a\u0127\u0127ar sentejn fl-Oppo\u017cizzjoni, Joseph Muscat ma qg\u0127adx lura f&#8217;dak li hu tfig\u0127 ta&#8217; tajn.<\/p>\n<p>Il-fatt li fl-2013 reb\u0127u tal-Labour minnu nnifsu ma jwassalx g\u0127al prova li kienu \u0121ew mg\u0127ejjuna biex jirb\u0127u minn<em> Henley<\/em> u mis-<em>SCL<\/em>. Ming\u0127ajr din l-g\u0127ajnuna x&#8217;aktarx kienu jirb\u0127u xorta wa\u0127da. I\u017cda l-provi \u010birkostanzjali juru li din l-g\u0127ajnuna kienet wa\u0127da reali.<\/p>\n<p>Aqraw hawn il-kummenti ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li kienu xxandru fil-<em>comments board<\/em> tag\u0127ha: kienet xammet x&#8217;kien se\u0127\u0127 u, meta qieg\u0127det il-bi\u010b\u010biet flimkien, \u0127ar\u0121et stampa \u010bara dwar il-metodi li kienu g\u0127amlu u\u017cu minnhom tal-Labour. Dawn il-metodi sa\u0127ansitra w\u017cawhom \u2014 <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/09\/adrian-delia-censu-l-iswed-outside-nationalist-party-hq-morning\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">u dan huwa l-kuntest ta&#8217; dan l-iskambju<\/a> \u2014 biex jimmanipulaw l-g\u0127a\u017cla tal-kap il-\u0121did tal-PN wara l-elezzjoni tal-2017.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-72222\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43.jpeg\" alt=\"\" width=\"670\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43-196x300.jpeg 196w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43-200x306.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43-400x611.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43-600x917.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/02\/WhatsApp-Image-2019-02-18-at-09.59.43.jpeg 670w\" sizes=\"(max-width: 670px) 100vw, 670px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/02\/westminster-committee-finds-manueldelia-com-report-on-scl-and-labour-contacts-pre-2013-correct-overrules-government-declaration-its-fake-news\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">U mbag\u0127ad f&#8217;April li g\u0127adda xandart l-istorja dwar l-emails li kienu \u0121ew skambjati fl-2011 bejn tal-<em>SCL<\/em> u <em>Henley<\/em> li juru li dawn kienu ddiskutew kif kienu ser javvi\u010binaw lil Joseph Muscat.<\/a> \u0120urnalist jista&#8217; jxandar storja meta l-provi li jkun ra b&#8217;g\u0127ajnejh ma jkunux jistg\u0127u jixxandru? Xi drabi ji\u0121ri li g\u0127alkemm l-g\u0127ejjun ikunu jistg\u0127u juruk il-provi, ma jippermettulekx li xxandarhom g\u0127aliex ikunu qed iqieg\u0127du lilhom infushom f&#8217;\u010bertu riskju. F&#8217;Malta, il-provi f&#8217;kaw\u017ca ta&#8217; libell ikun je\u0127tie\u0121 jipprodu\u010bihom il-\u0121urnalist u dan il-fatt fih \u010bertu riskju.<\/p>\n<p>Madankollu hemm ukoll id-dmir sagrosant li wie\u0127ed jinforma lill-pubbliku. Bejn April u Lulju, l-gvern \u0127ass li seta&#8217; jinjora l-istorja li jien kont xandart. I\u017cda meta f&#8217;Lulju, l-istorja tieg\u0127i \u0121iet ikkwotata fir-rapport preliminari tal-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em>, il-gvern ma setax ikompli jinjoraha u \u0127are\u0121 bil-kanuni kollha kontra l-istorja billi sejj\u0127ilha <em>fake news<\/em>, spekulazzjoni irresponsabbli u xnieg\u0127at. I\u017cda kienu g\u0127amlu dan g\u0127ax \u0127asbu li, biex wasal g\u0127all-konklu\u017cjonijiet li kien wasal g\u0127alihom, il-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em> kien strie\u0127 biss fuq il-kontenut tal-istorja li jien kont xandart u li l-kanuni li sparaw bihom kienu se jipperswadu lil tal-Kumitat biex jikkonkludi mod ie\u0127or.<\/p>\n<p>Tal-Labour ikejjlu biss b&#8217;xibirhom. Meta kien g\u0127oddu wasal biex ixandar ir&#8211;rapport finali, l-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em> kien di\u0121\u00e0 nteba\u0127 li l-gvern Malti kien qed jigdeb dwar dak li kien g\u0127amel il-Partit Laburista fl-2011. Kif kont g\u0127amilt jien f&#8217;April 2018, il-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em> baqa&#8217; jsostni dak li kien stqarr minkejja l-fatt li l-informazzjoni li fuqha sejjes il-konklu\u017cjoni tieg\u0127u waslitlu b&#8217;mod kunfidenzjali u ma kienx f&#8217;po\u017cizzjoni li jxandarha biex &#8220;jipprova&#8221; li l-gvern ta&#8217; Malta ma kellux ra\u0121un. G\u0127aliex dan tal-Kumitat tal-<em>House of Commons<\/em> ma kien xejn \u0127lief \u0121udizzju politiku li jiswa&#8217; aktar minn \u0121udizzju \u0121urnalistiku.<\/p>\n<p>Kull informazzjoni kunfidenzjali li tmeri stqarrijiet uffi\u010bjali u li tkun imsejsa fuq fatti u fuq l-esperjenza diretta ta&#8217; dawk li jkunu jafu x&#8217;inhuma jg\u0127idu g\u0127ax kienu pre\u017centi, g\u0127andha tixxandar biex il-pubbliku jkun jista&#8217; ji\u0121bed il-konklu\u017cjonijiet tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-gvern jista&#8217; jibqa&#8217; jwer\u017caq li dan kollu m&#8217;hu xejn \u0127lief <em>fake news<\/em> u gideb. Madankollu jibqa&#8217; l-fatt li \u0127add m&#8217;hu jemminhom. Tg\u0127id mhux ser jag\u0127mlu xi libell lill-Kumitat tal-House of Commons!<\/p>\n<p>Nammetti li din tal-lum ni\u017clitli g\u0127asel.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ftit minuti biss wara li nteba\u0127 bir-rapport tal-Kumitat tal-House of Commons li kkonferma li kien ra b&#8217;g\u0127ajnejh provi li jmeru l-ver\u017cjoni uffi\u010bjali ta&#8217; Malta, il-gvern Malti rrepeta dak li kien stqarr u re\u0121a&#8217; qal li l-allegazzjoni li, qabel l-elezzjoni tal-2013, tal-Labour kienu ltaqg\u0127u ma&#8217; tal-SCL kienet wa\u0127da ming\u0127ajr ba\u017ci. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, fir-risposta tal-gvern hemm [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72220,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72227\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72227"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72227\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72294,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72227\/revisions\/72294\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72220\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72227"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72227"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72227"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}