{"id":72351,"date":"2019-02-22T14:08:58","date_gmt":"2019-02-22T13:08:58","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72351"},"modified":"2019-02-25T12:01:35","modified_gmt":"2019-02-25T11:01:35","slug":"il-pulizija-ma-tistax-taqbad-u-tarresta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/02\/il-pulizija-ma-tistax-taqbad-u-tarresta\/","title":{"rendered":"Il-Pulizija ma tistax taqbad u tarresta"},"content":{"rendered":"<p>Mario Portelli, xhud prin\u010bipali f&#8217;\u0121uri li sentejn ilu kien illibera lil David Gatt minn akku\u017ca dwar sehem f&#8217;kriminalit\u00e0 organizzata, aktar kmieni llum xandar filmat fil-pa\u0121na tal-<em>Facebook<\/em> tieg\u0127u li fih jidher qed ji\u0121i arrestat mill-Pulizija biex imbag\u0127ad jintbag\u0127at f&#8217;sptar mentali.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjack.bristow.507%2Fvideos%2F2484721218266560%2F&amp;show_text=0&amp;width=267\" width=\"267\" height=\"476\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Fil-filmat, Mario Portelli jinstema&#8217; jg\u0127id li l-pulizija marru biex ji\u0121bruh wara li kien sar ilment minn missieru &#8211; ra\u0121el anzjan li jidher u jinstema&#8217; g\u0127al ftit sekondi &#8211; li huwa &#8220;marid&#8221;. Missier Mario Portelli jidher li g\u0127amel dan l-ilment lill-Pulizija wara li Mario Portelli kien xandar post fil-<em>Facebook<\/em> fejn irrepeta l-allegazzjoni li Joseph Muscat kien gideb ta\u0127t \u0121urament meta qal li hu m&#8217;huwiex sid l-Egrant, il-kumpannija sigrieta tal-Panama li n\u0127olqot flimkien mal-kumpanniji ta&#8217; Keith Schembri u ta&#8217; Konrad Mizzi. F&#8217;Jannar, Mario Portelli ntbag\u0127at fi sptar mentali wara li kien xandar post kontroversjali ie\u0127or simili. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/01\/add-this-to-the-case-for-an-independent-inquiry\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">Jien kont ktibt f&#8217;din il-<em>website<\/em> u kont irrappurtajt li Mario Portelli kien intbag\u0127at fi sptar mentali kontra r-rieda tieg\u0127u wara li kien allega li kien jaf bil-konnessjoni li hemm bejn David Gatt, il-\u0127abib personali tieg\u0127u il-Ministru Chris Cardona u l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/a><\/p>\n<p>Il-filmat dwar l-arrest li se\u0127\u0127 illum iqajjem sensiela ta&#8217; mistoqsijiet. Bil-li\u0121i, l-Pulizija ma tistax taqbad u tarresta persuna u, biex tag\u0127mel dan, ikun je\u0127tie\u0121 li jkollha suspett ra\u0121jonevoli li se\u0127\u0127 delitt kriminali jew inkella biex tevita li jse\u0127\u0127 delitt kriminali. Kull arrest li jse\u0127\u0127 mhux f&#8217;dawn i\u010b-\u010birkostanzi, jkun wie\u0127ed arbitrarju u allura jkun ukoll illegali. \u0120aladarba f&#8217;Malta l-libelli kriminali \u0121ew aboliti, il-malafama m&#8217;g\u0127adhiex kunsidrata b\u0127ala reat kriminali. G\u0127aldaqstant meta Mario Portelli allega li l-Prim Ministru gideb ta\u0127t \u0121urament jew li huwa sid ta&#8217; kumpannija sigrieta fil-Panama, l-Pulizija ma tistax tmexxi kriminalment kontrih. Jekk ma jkunx hemm suspett li se\u0127\u0127 reat kriminali, Mario Portelli ma jistax ji\u0121i arrestat. Jekk il-Prim Ministru j\u0127ossu malafamat, g\u0127andu l-g\u0127a\u017cla li j\u0127arrek \u010bivilment lil Mario Portelli g\u0127ax il-malafama m&#8217;hix reat kriminali.<\/p>\n<p>Persuna tista&#8217; tin\u017camm mill-Pulizija kontra r-rieda tag\u0127ha u tista&#8217; tintbg\u0127at fi sptar mentali jekk xi membru tal-familja tag\u0127ha (b\u0127al, per e\u017cempju, missier Mario Portelli) jilmenta li din tbati minn mard mentali. Imma dan m&#8217;huwiex bi\u017c\u017cejjed. Li kieku dan kien hekk, min jaf kemm kien ikun hawn ir\u0121iel li jabbu\u017caw lin-nisa tag\u0127hom li, g\u0127al kull \u0127a\u0121a ta&#8217; xejn, jibg\u0127atu g\u0127all-Pulizija biex je\u0127ilsu minnhom. Din hi appuntu r-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-li\u0121i te\u0127tie\u0121 li l-Pulizija g\u0127andha tassigura li je\u017cistu \u017cew\u0121 kunsiderazzjonijiet o\u0127ra qabel persuna tintbag\u0127at kontra r-rieda tag\u0127ha fi sptar mentali.<\/p>\n<p>Tabib g\u0127andu ji\u010b\u010bertifika &#8211; u dan huwa importanti mmens &#8211; li l-persuna li dwarha jkun sar l-ilment hi ta&#8217; periklu g\u0127aliha nnifisha jew g\u0127al \u0127addie\u0127or jekk ma ti\u0121ix rikoverata fi sptar mentali. G\u0127aldaqstant biex persuna tittie\u0127ed fi sptar mentali kontra r-rieda tag\u0127ha, kemm il-familjari tag\u0127ha, it-tabib kif ukoll il-Pulizija jkunu jridu jaqblu li ssir aktar \u0127sara lil din il-persuna u jkun hemm periklu mminenti g\u0127aliha jekk din tibqa&#8217; ma titti\u0127idx fl-isptar mentali f&#8217;\u0126&#8217;Attard. Jekk m&#8217;intix psikjatra, ma tista&#8217; qatt tasal g\u0127all-konklu\u017cjoni Mario Portelli g\u0127andux mard mentali jew le. Madankollu, b\u0127all-Pulizija, tkun tista&#8217; tasal g\u0127all-konklu\u017cjoni Mario Portelli qieg\u0127edx lilu nnifsu f&#8217;periklu mminenti g\u0127alih innifsu jew fil-konfront ta&#8217; \u0127addie\u0127or. Tkun trid ukoll issegwi l-<em>post<\/em> li xandar aktar kmieni fejn irrepeta l-allegazzjoni dwar Joseph Muscat u dwar l-<em>Egrant<\/em> g\u0127aliex dan kien il-pretest g\u0127al missier Mario Portelli biex isejja\u0127 lill-Pulizija u li fuqu ssejjset id-de\u010bi\u017cjoni tal-Pulizija\u00a0 &#8211; g\u0127al \u0121ie\u0127na mmexxija minn Supretendent &#8211; li ti\u0121bor lil Mario Portelli minn daru u tarrestah.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjack.bristow.507%2Fvideos%2F2482733288465353%2F&amp;show_text=0&amp;width=267\" width=\"267\" height=\"476\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>G\u0127andek tkun taf li l-fehmiet tal-Pulizija &#8211; wara li jkun sar rapport minn xi membru tal-familja u minn tabib &#8211; jistg\u0127u ji\u0121u m\u0127assra. Fl-isptar, il-psikjatra jkun me\u0127tie\u0121 li je\u017camina lill-pazjent fi \u017cmien 24 sieg\u0127a u, anki jekk jiftehmu li lill-pazjent i\u017commuh hemm kontra r-rieda tieg\u0127u,\u00a0 g\u0127andhom limitu ta&#8217; g\u0127axart ijiem li fihom ikunu jridu jidde\u010biedu jekk jirrakkomandawx li l-pazjent ji\u0121i kkurat anki kontra r-rieda tieg\u0127u.\u00a0 Barra minn dan, ordni sabiex pazjent jing\u0127ata kura g\u0127andha tkun imsejsa fuq il-fehma li l-pazjent jinsab f&#8217;periklu mminenti li jag\u0127mel \u0127sara lilu nnifsu jew lil \u0127addie\u0127or u tkun me\u0127tie\u0121a r-rakkomandazzjoni ta&#8217; nies professjonali u l-kunsens tal-Kummissarju dwar is-Sa\u0127\u0127a Mentali.<\/p>\n<p>Meta persuna, li tkun in\u0127ar\u0121et mill-isptar mentali, ta\u0121ixxi b&#8217;mod li jista&#8217; jwassal biex ter\u0121a tidda\u0127\u0127al l-isptar, huwa t-tabib kuranti li g\u0127andu l-jedd li jitlob lill-Pulizija biex tintervjeni sabiex dik il-persuna ter\u0121a&#8217; tidda\u0127\u0127al fl-isptar mentali. Skont il-Kodi\u010bi Kriminali, il-Qorti g\u0127andha s-setg\u0127a li tordna li persuna tittie\u0127ed fi sptar mentali. F&#8217;dan il-ka\u017c, ma jidhirx li ttie\u0127det xi ordni mill-Qorti, la fil-ka\u017c li se\u0127\u0127 illum u lanqas f&#8217;Jannar li g\u0127adda meta Mario Portelli kien ittie\u0127ed l-isptar mentali kontra r-rieda tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Dan huwa punt mill-aktar importanti. Hawn mhux bi \u0127siebni nikkummenta dwar il-kredibilit\u00e0 tal-allegazzjonijiet ta&#8217; Mario Portelli jew fuq il-kapa\u010bit\u00e0 tieg\u0127u li jag\u0127mel dawk l-allegazzjonijiet. Nittama biss li l-azzjoni li \u0127adet il-Pulizija hi marbuta mal-possibilit\u00e0 li, skond il-fehma tag\u0127ha, huwa jsofri minn mard mentali u mhux mal-fatt li Mario Portelli espriema fehmiet li, jekk huma korretti, jag\u0127mlu \u0127sara lill Prim Ministru. It-t\u0127assib tieg\u0127i m&#8217;huwiex dwar dak li stqarr Mario Portelli i\u017cda dwar il-fatt li fil-li\u0121ijiet tag\u0127na je\u017cistu pro\u010beduri dwar l-eventwalitajiet li fihom persuna tkun tista&#8217; tintbag\u0127at fi sptar mentali kontra r-rieda tag\u0127ha, liema li\u0121ijiet tfasslu biex jassiguraw li l-Istat ma ju\u017cax l-isku\u017ca tal-mard mentali bl-iskop li jwarrab minn nofs persuni li g\u0127andhom fehmiet problemati\u010bi ming\u0127ajr pro\u010bess legali.<\/p>\n<p>Kien hemm \u017cmien meta l-isptarijiet mentali kienu jservu ta&#8217; \u0127absijiet politi\u010bi, sa\u0127ansitra anki f&#8217;pajji\u017cna. G\u0127aldaqstant jekk ikun hemm nuqqasijiet fil-pro\u010bess legali, jistg\u0127u jse\u0127\u0127u l-abbu\u017ci u jekk tlissen xi \u0127a\u0121a li ma jkunx missek lissint, il-Pulizija tista&#8217; titfa\u010b\u010ba wara biebek bil-manetti f&#8217;idejha lesta biex ssakkrek fi sptar mentali.<\/p>\n<p>Jekk dan hu li qed ise\u0127\u0127 fil-konfront ta&#8217; Mario Portelli, g\u0127andna f&#8217;\u0127o\u0121orna problema \u0127afna aktar serja milli na\u017c\u017cardaw na\u0127sbu li g\u0127andna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Mario Portelli, xhud prin\u010bipali f&#8217;\u0121uri li sentejn ilu kien illibera lil David Gatt minn akku\u017ca dwar sehem f&#8217;kriminalit\u00e0 organizzata, aktar kmieni llum xandar filmat fil-pa\u0121na tal-Facebook tieg\u0127u li fih jidher qed ji\u0121i arrestat mill-Pulizija biex imbag\u0127ad jintbag\u0127at f&#8217;sptar mentali. Fil-filmat, Mario Portelli jinstema&#8217; jg\u0127id li l-pulizija marru biex ji\u0121bruh wara li kien sar ilment minn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72337,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72351\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72351"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72351\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72394,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72351\/revisions\/72394\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72337\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72351"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72351"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72351"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}