{"id":72642,"date":"2019-03-04T17:12:17","date_gmt":"2019-03-04T16:12:17","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72642"},"modified":"2019-03-05T03:18:48","modified_gmt":"2019-03-05T02:18:48","slug":"kontroll-fuq-il-gejjieni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/kontroll-fuq-il-gejjieni\/","title":{"rendered":"Kontroll fuq il-\u0121ejjieni"},"content":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar \u0121ietni f&#8217;mo\u0127\u0127i fra\u017ci li darba kien u\u017ca Simon Busuttil \u2014 \u2018Labour-proof\u2019 \u2014 fra\u017ci li tal-Labour qalg\u0127uha mill-kuntest tag\u0127ha u tka\u017caw dwarha g\u0127ax, skont huma, \u0127olqot il-firda. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-intenzjoni wara dik il-fra\u017ci kienet li titqieg\u0127ed ir-responsabbilt\u00e0 fuq spallejn dawk li huma m\u010bappsin bil-korruzzjoni.<\/p>\n<p>Hemm dawk li jg\u0127idu li huma &#8220;o\u0121\u0121ettivi&#8221; li jsostnu li n-Nazzjonalisti ja\u0127tu g\u0127all-korruzzjoni tal-Labour g\u0127aliex meta kienu fil-gvern tal-PN m&#8217;g\u0127amlux bi\u017c\u017cejjed billi jg\u0127addu li\u0121ijiet u jo\u0127olqu istituzzjonijiet b&#8217;bi\u017c\u017cejjed setg\u0127a li jieqfu kontra l-abbu\u017ci ta&#8217; poter li mdorri jwettaq gvern Laburista.<\/p>\n<p>Din il-kwalit\u00e0 ta&#8217; lo\u0121ika ma tag\u0127milx sens. L-ewwel nett, turi li ming\u0127and tal-Labour wie\u0127ed m&#8217;g\u0127andux jistenna m\u0121ieba ta&#8217; livell g\u0127oli. Kwa\u017ci kwa\u017ci wie\u0127ed jistenniha li dawn ser ig\u0127umu fil-\u0127ama tal-korruzzjoni biex b&#8217;hekk meta jkunu fgati fil-\u0127mie\u0121, wie\u0127ed g\u0127andu jisku\u017cahom b\u0127allikieku dawn m&#8217;g\u0127andhomx jitqiesu responsabbli g\u0127al g\u0127emilhom.<\/p>\n<p>It-tieni, din il-kwalit\u00e0 ta&#8217; lo\u0121ika tassumi li l-istituzzjonijiet u l-li\u0121ijiet minnhom innifishom jistg\u0127u jwaqqfu politi\u010bi populisti u korrotti milli jag\u0127mlu li jridu.<\/p>\n<p>Aqraw <a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20190304\/local\/how-the-army-was-taken-over-in-just-three-months.703419\" target=\"_blank\" rel=\"noopener noreferrer\">ir-rapport e\u010b\u010bellenti li xandar illum Ivan Camilleri dwar ir-rapport tal-Ombudsman<\/a> dwar l-in\u0121ustizzji li twettqu fi \u0127dan il-Forzi Armati. L-Ombudman huwa istituzzjoni li twaqqaf minn Nazzjonalisti u ng\u0127ata s-setg\u0127a li ja\u0121ixxi b&#8217;mod awtonomu u biex jinvestiga abbu\u017ci amministrattivi mwettqa mill-gvern. Hekk kif ittanta jinvestiga l-mod kif kienet \u0121iet ma\u0127kuma l-armata minn \u010borma pupazzi politi\u010bi li l-uniku interess li lellhom kien li jaqdu l-interessi tal-Partit Laburista, l-Ombudsman ma sab ebda koperazzjoni mill-gvern li sa\u0127ansitra rrifjuta li jg\u0127addilu<em> files<\/em> amministrattivi.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-72636\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi.jpg\" alt=\"\" width=\"721\" height=\"467\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi-200x130.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi-300x194.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi-400x259.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi-600x389.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/muscat-and-curmi.jpg 721w\" sizes=\"(max-width: 721px) 100vw, 721px\" \/><\/p>\n<p>L-Ombudsman spi\u010b\u010ba biex da\u0127\u0127al lill-gvern il-Qorti u talab li jit\u0127alla li jag\u0127mel xog\u0127lu u eventwalment \u0127are\u0121 rapport li m&#8217;huwa xejn \u0127lief prova \u010bara li fl-2013 tul medda ta&#8217; tliet xhur, il-gvern Laburista qeda&#8217; bil-promozzjonijiet lill-ba\u017cu\u017cli tieg\u0127u, qabbi\u017chom fuq o\u0127rajn li kienu m\u0127arr\u0121in \u0127afna aktar minnhom u lill-armata rrendiha f&#8217;ferg\u0127a armata tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>L-element ewlieni ta&#8217; din l-istorja jikkonsisti fil-fatt li l-Ombudsman kien je\u0127tie\u0121 il-\u0127arsien tal-Qorti biex seta&#8217; jwettaq xog\u0127lu.<\/p>\n<p>Il-\u0127akma fuq il-Qrati hija pro\u010bess ferm aktar komplikat mill-\u0127akma fuq l-armata. I\u017cda tal-Labour qed jaslu g\u0127al dan ukoll bil-mod il-mod.<\/p>\n<p>Fil-Facebook illum Jason Azzopardi g\u0127amel osservazzjoni f&#8217;waqtha. Fis-16\u00a0 il-xahar li \u0121ejjin, se jin\u0127olqu 9 vakanzi fi \u0127dan il-\u0120udikatura u l-gvern mistenni jkompli bil-programm tieg\u0127u li jag\u0127ti bixra Laburista lill-\u0121udikatura. F&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 5 snin di\u0121\u00e0 \u0127ataf kull opportunit\u00e0 biex iwarrab lil kull min waqaflu.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fjason.azzopardi.315%2Fposts%2F1004203646440876&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"325\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p>Ftit snin ilu, kienu warrbu pjan li permezz tieg\u0127u l-im\u0127allfin setg\u0127u jibqg\u0127u fil-kariga sal-et\u00e0 ta&#8217; 68 sena u dan biex jassigura li je\u0127les malajr minn dawk l-im\u0127allfin li ma jiddejqux li jieqfulhom u jqieg\u0127du flokhom il-ba\u017cu\u017cli tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Mhux diffi\u010bli li tinteba\u0127 bix-xejriet. Sa ftit snin ilu l-President tal-G\u0127aqda tal-Im\u0127allfin u l-Ma\u0121istrati kien id-deputat mexxej tal-Partit Laburista. Toni Abela, dak tal-blokka bajda u tal-&#8220;pulizija Laburist&#8221;, ma t\u0127alliex jokkupa kariga fil-qorti Ewropea tal-Awdituri minn kumitat Parlamentari Ewropew li wera&#8217; t-t\u0127assib tieg\u0127u wara li nstemg\u0127a jammetti fuq tape jimmanipula pulizija segwa\u010bi tal-Labour biex ig\u0127atti l-ispa\u010b\u010bjar tad-droga minn proprjet\u00e0 tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-72638\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/hqdefault-1.jpg\" alt=\"\" width=\"480\" height=\"360\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/hqdefault-1-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/hqdefault-1-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/hqdefault-1-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/hqdefault-1.jpg 480w\" sizes=\"(max-width: 480px) 100vw, 480px\" \/><\/p>\n<p>Jekk isiru disa&#8217; \u0127atriet o\u0127ra ta&#8217; din il-kwalit\u00e0, il-\u0121udikatura se ssir fortizza Laburista.<\/p>\n<p>Jekk tal-Labour jitilfu l-elezzjoni, soluzzjoni puwerili, parti\u0121\u0121jana u kontro-produttiva tkun li gvern Nazzjonalista jipprova jer\u0121a&#8217; jo\u0127loq \u010bertu bilan\u010b. Ng\u0127id is-sewwa li l-\u0127atra ta&#8217; m\u0127allfin b&#8217;simpatiji Nazzjonalisti m&#8217;hi soluzzjoni xejn.<\/p>\n<p>Il-\u0127atriet fil-\u0121udikatura li kienu saru mill-PN sal-2013 kienu msejsa fuq il-kwalitajiet personali ta&#8217; dawk li n\u0127atru irrispettivament mit-twemmin politiku tag\u0127hom. \u010aertament saru \u017cbalji wkoll u hawn qed nirreferi g\u0127all-\u0127atriet ta&#8217;\u00a0 Noel Arrigo u ta&#8217; Patrick Vella.<\/p>\n<p>Il-kwistjoni m&#8217;hix dwar l-i\u017cbalji li jsiru fl-g\u0127a\u017cliet tal-\u0121udikanti i\u017cda tittratta dwar \u0127atriet li ma jkunux imsejsa fuq il-\u0127iliet professjonali ta&#8217; dak li jkun i\u017cda fuq il-lejalt\u00e0 lejn il-partit.<\/p>\n<p>Tal-Labour mhux biss qeg\u0127din fil-pro\u010bess li jestendu l-\u0127akma tag\u0127hom fuq il-\u0121udikatura: qeg\u0127din ukoll ine\u0127\u0127u l-possibilit\u00e0 li tistab tarf ta&#8217; din il-problema fil-\u0121ejjieni. Jekk ir-riformi kostituzzjonali &#8211; kif g\u0127andu jkun &#8211; ine\u0127\u0127u minn idejn il-Prim Ministru s-setg\u0127a li ja\u0127tar l-im\u0127allfin, l-unika alternattiva li jkun fadal tkun li l-im\u0127allfin il-\u0121odda jin\u0127atru minn im\u0127allfin o\u0127ra.<\/p>\n<p>Bl-im\u0121ieba tag\u0127hom, tal-Labour qed jestendu l-\u0127akma tag\u0127hom fuq il-\u0121udikatura biex, hekk kif din kontra qalb il-gvern ting\u0127ata l-awtonomija, isservi ta&#8217; ostaklu kontra min ikun irid jieqaf lil tal-Labour fil-qrati.<\/p>\n<p>Meta tal-Labour riedu jqa\u010b\u010btu l-irjus fi \u0127dan l-armata, \u0127atru kumitat dwar il-promozzjonijiet li kien kompost minn persuni li ma kienu jifhmu assolutament xejn f&#8217;kwistjonijiet ta&#8217; natura militari. U meta mbag\u0127ad tla\u0127\u0127qu l-ba\u017cu\u017cli tag\u0127hom, g\u0127a\u0121nu lill-armata fil-forma li riedu li jag\u0127\u0121nuha.<\/p>\n<p>Madankollu sabu fin-nofs lill-Ombudsman u lill-Qrati. Dawn ma waqqfuhomx i\u017cda kienu bi\u017c\u017cejjed biex jo\u0127olqulhom ix-xkiel.<\/p>\n<p>Din hi r-ra\u0121uni g\u0127ala jinsabu ggranfati mas-setg\u0127a li g\u0127andhom fl-armata, fis-servizz \u010bivili u fil-pulizija. Tal-Labour jonqoshom biss li jestendu l-\u0127akma fuq il-\u0121udikatura.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar \u0121ietni f&#8217;mo\u0127\u0127i fra\u017ci li darba kien u\u017ca Simon Busuttil \u2014 \u2018Labour-proof\u2019 \u2014 fra\u017ci li tal-Labour qalg\u0127uha mill-kuntest tag\u0127ha u tka\u017caw dwarha g\u0127ax, skont huma, \u0127olqot il-firda. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-intenzjoni wara dik il-fra\u017ci kienet li titqieg\u0127ed ir-responsabbilt\u00e0 fuq spallejn dawk li huma m\u010bappsin bil-korruzzjoni. Hemm dawk li jg\u0127idu li huma &#8220;o\u0121\u0121ettivi&#8221; li jsostnu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72638,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72642\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72642"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72642\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72655,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72642\/revisions\/72655\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72638\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72642"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72642"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72642"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}