{"id":72694,"date":"2019-03-06T11:38:22","date_gmt":"2019-03-06T10:38:22","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72694"},"modified":"2019-03-07T08:49:52","modified_gmt":"2019-03-07T07:49:52","slug":"waqt-li-kien-qed-ihejji-biex-ivara-l-pilatus-bank-ali-sadr-kien-ta-struzzjonijiet-lill-haddiema-tieghu-biex-jostru-n-nisel-iranjan-tieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/waqt-li-kien-qed-ihejji-biex-ivara-l-pilatus-bank-ali-sadr-kien-ta-struzzjonijiet-lill-haddiema-tieghu-biex-jostru-n-nisel-iranjan-tieghu\/","title":{"rendered":"Waqt li kien qed i\u0127ejji biex ivara l-Pilatus Bank, Ali Sadr kien ta struzzjonijiet lill-\u0127addiema tieg\u0127u biex jostru n-nisel Iranjan tieg\u0127u"},"content":{"rendered":"<p>Waqt li kien qed i\u0127ejji biex jifta\u0127 il-Pilatus Bank f&#8217;Malta, Ali Sadr Hasheminejad kien ta struzzjonijiet lill-\u0127addiema tieg\u0127u biex jassiguraw li n-nisel Iranjan tieg\u0127u u r-rabtiet li g\u0127andu mal-Iran jibqg\u0127u misturin. Dan kollu jirri\u017culta minn e-mails li Ali Sadr kien bg\u0127at mill-kont personali Gmail li \u0121ew f&#8217;idejn investigaturi Amerikani waqt li kienu qed jinvestigaw lil Ali Sadr.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-72674\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556.jpg\" alt=\"\" width=\"990\" height=\"556\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-300x168.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-768x431.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556-800x449.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/ali-sadr-990x556.jpg 990w\" sizes=\"(max-width: 990px) 100vw, 990px\" \/><\/p>\n<p>L-istruzzjonijiet espli\u010biti ta&#8217; Ali Sadr biex jostor in-nisel tieg\u0127u u informazzjoni o\u0127ra dwaru jidhru f&#8217;evidenza li pprodu\u010bew l-avukati difensuri ta&#8217; Ali Sadr li qed isostnu li l-investigaturi kienu \u0121abru \u0127afna aktar informazzjoni milli kien me\u0127tie\u0121 g\u0127all-investigazzjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>F&#8217;e-mail li kien bg\u0127at lil Linet Estiroti, Ali Sadr kiteb li \u201cl-bank il-\u0121did je\u0127tie\u0121 li jkollu kontijiet bankarji\u201d sabiex il-Pilatus Bank ikun jista&#8217; jitwaqqaf f&#8217;Malta. \u201c\u0126add m&#8217;g\u0127andu jsemmi r-rabtiet li g\u0127andi mal-Iran biex b&#8217;hekk inkun nista&#8217; nidher b\u0127ala sid il-Pilatus u tal-bank f&#8217;Malta\u201d.<\/p>\n<p>Permezz ta&#8217; affidavit, l-investigaturi qalu li Ali Sadr, flimkien ma&#8217; Robert Klingensmith u Mustafa Cetinel kienu lkoll diretturi mal-Pilatus Bank f&#8217;Malta u lkoll kellhom x&#8217;jaqsmu mal-ksur tas-sanzjonijiet li dwarhom Ali Sadr ser ig\u0127addi \u0121uri.<\/p>\n<p>Sabiex jostor in-nisel tieg\u0127u, Ali Sadr Hasheminejad g\u0127amel u\u017cu minn identitajiet li kienu pprovdewlu ta&#8217; Henley &amp; Partners, l-im\u0127u\u0127 wara l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti Maltin. Ali Sadr kellu f&#8217;idejh diversi passaporti ta&#8217; St. Kitts and Nevis li kellhom dati tat-twelid differenti, u dan x&#8217;aktarx biex seta&#8217; jostor in-nisel tieg\u0127u b&#8217;aktar fa\u010bilit\u00e0.<\/p>\n<p>Christian Kaelin, sid Henley &amp; Partners, ma setax ma kienx jaf\u00a0 bin-nisel veru ta&#8217; Ali Sadr. Daphne Caruana Galizia kienet irrappurtat li Kaelin u martu kienu stiednu lil Ali Sadr u lil martu g\u0127all-festin li kienu g\u0127amlu fl-Isvizzera biex ifakkru l-20 anniversarju ta\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127hom \u201cu dan juri li r-relazzjoni ta&#8217; bejniethom ma kinitx biss wa\u0127da ta&#8217; natura professjonali.\u201d<\/p>\n<p>Lil Ali Sadr, Joseph Muscat u Keith Schembri kienu jafuh ukoll mill-qrib u fl-2015 kienu attendew g\u0127at-tie\u0121 tieg\u0127u f&#8217;Firenze.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt li kien qed i\u0127ejji biex jifta\u0127 il-Pilatus Bank f&#8217;Malta, Ali Sadr Hasheminejad kien ta struzzjonijiet lill-\u0127addiema tieg\u0127u biex jassiguraw li n-nisel Iranjan tieg\u0127u u r-rabtiet li g\u0127andu mal-Iran jibqg\u0127u misturin. Dan kollu jirri\u017culta minn e-mails li Ali Sadr kien bg\u0127at mill-kont personali Gmail li \u0121ew f&#8217;idejn investigaturi Amerikani waqt li kienu qed jinvestigaw lil [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72674,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72694\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72694"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72694\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72700,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72694\/revisions\/72700\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72674\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72694"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72694"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72694"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}