{"id":72780,"date":"2019-03-08T15:49:04","date_gmt":"2019-03-08T14:49:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=72780"},"modified":"2019-03-08T15:49:04","modified_gmt":"2019-03-08T14:49:04","slug":"repubblika-iddahhal-rikors-fil-qorti-biex-titlob-inkjesta-dwar-konrad-mizzi-u-keith-schembri","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2019\/03\/repubblika-iddahhal-rikors-fil-qorti-biex-titlob-inkjesta-dwar-konrad-mizzi-u-keith-schembri\/","title":{"rendered":"Repubblika idda\u0127\u0127al rikors fil-qorti biex titlob inkjesta dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri"},"content":{"rendered":"<p>Din l-istqarrija b&#8217;vidjo in\u0127ar\u0121et illum minn Repubblika wara li rappre\u017czentanti tal-organizzazzjoni da\u0127\u0127lu rikors fil-qorti biex jitolbu inkjesta dwar Konrad Mizzi, Keith Schembri, min xtrahom u min g\u0127enhom jinxtraw. It-test tal-istqarrija jinsab wara l-vidjo u mieg\u0127u ir-rikors u d-dokumentazzjoni li dda\u0127\u0127lu l-qorti llum.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/ATRzdRL1H5g?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>A\u0127na ta\u2019 Repubblika llum g\u0127amilna rikors fil-Qorti biex nitolbu li ssir inkjesta dwar reati li a\u0127na qed nallegaw twettqu minn Keith Schembri u minn Konrad Mizzi u dawk li xtrawhom jew g\u0127enuhom jinxtraw.<\/p>\n<p>Fl-applikazzjoni tag\u0127na qed innii\u017c\u017clu sensiela ta\u2019 provvedimenti tal-li\u0121i dwar il-\u0127asil tal-flus li a\u0127na qed nallegaw li Keith Schembri u Konrad Mizzi kisru biex \u0127bew jew ipprovaw ja\u0127bu qlieg\u0127 mill-kriminalita\u2019 u l-korruzzjoni.<\/p>\n<p>L-informazzjoni kollha li fuqha hi premessa l-allegazzjoni tag\u0127na hi fid-dominju pubbliku. Hi mag\u0127mula mir-rivelazzjonijiet ta\u2019 tlett snin ilu ta\u2019 Daphne Caruana Galizia u sostnuta minn evidenza li saret mag\u0127rufa minn dak inhar \u2018l hawn: ir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers; ir-rapporti tal-FIAU; u r-rivelazzjonijiet minn investigazzjonijiet ta\u2019 \u0121urnalisti f\u2019The Daphne Project.<\/p>\n<p>Hemm ferm aktar minn evidenza ta\u2019 natura prima facie li tesi\u0121i allura li dawn il-persuni ma jibqg\u0127ux jing\u0127ataw a\u017cil politiku mill-prim ministru u jiffa\u010b\u010bjaw il-konsegwenzi tal-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p>Aktar kmieni llum id-Deputat Simon Busuttil g\u0127amel rikors simili g\u0127al tag\u0127na li jkompli fuq l-insistenza tieg\u0127u biex tittie\u0127ed azzjoni skond il-li\u0121i li kien beda meta kien Kap tal-Oppo\u017cizzjoni.<\/p>\n<p>Meta jag\u0127mel rikorsi b\u0127al dawn hawn fil-Qorti, Simon Busuttil jilbes il-vesti li huma \u0127wejji\u0121na lkoll: ta\u2019 \u010bittadin li g\u0127andu l-interess, b\u0127al m\u2019g\u0127andu kul\u0127add, jara li l-li\u0121i f\u2019Malta tit\u0127addem l-istess g\u0127al kul\u0127add.<\/p>\n<p>B\u0127ala organizzazzjoni tas-so\u010bjeta\u2019 \u010bivili impenjata fil-qasam tal-governanza tajba, tal-\u0127arsien tas-saltna tad-dritt u tal-\u0121lieda kontra l-korruzzjoni, in\u0127ossu li hi l-missjoni tag\u0127na b\u0127ala Repubblika li nsusu fuq l-istituzzjonijiet biex jag\u0127mlu xog\u0127olhom.<\/p>\n<p>Qeg\u0127din hawn g\u0127ax f\u2019dan il-ka\u017c falliet il-pulizija, falla l-Avukat \u0120enerali, falliet l-FIAU u f\u2019de\u010bi\u017cjonijiet pre\u010bedenti li \u0127adet falliet ukoll il-\u0121udikatura. Ifalli wkoll kuljum il-Prim Ministru li meta jipprote\u0121i \u2018l-kriminali ta\u0127t dirg\u0127ajh, irendi lilu nnifsu kriminal ukoll. Min ikenn lill-\u0127alliel ma\u0127rub ikun \u0127alliel daqsu. Dan hu ksur lampanti tal-valuri tag\u0127na u tal-valuri Ewropej tad-demokrazija u tas-saltna tad-dritt.<\/p>\n<p>Nanti\u010bipaw li ser ikun kontestat bil-qawwa minn dawn il-\u0127allelin, il-jedd legali tag\u0127na li nilmentaw fuqhom. Se jg\u0127idu li m\u2019g\u0127andniex locus standi g\u0127ax lilna ma serqulna xejn. Kull min i\u0127allas kont tad-dawl f\u2019Malta qed i\u0127allas lil fornitur li g\u0127andu kuntratt mill-gvern g\u0127ax l-uffi\u010bjali responsabbli li jtihulhom inxtraw. Kull min i\u0127allas kont tad-dawl f\u2019Malta qed jinsteraq minn dawn il-\u0127allelin u g\u0127andu dritt jinsisti li l-istituzzjonijiet jie\u0127du azzjoni biex jipprote\u0121uh.<\/p>\n<p>Qed ninsistu li ti\u0121i applikata l-li\u0121i ta\u2019 Malta kompletament. U l-li\u0121i ta\u2019 Malta tinkludi wkoll id-direttivi Ewropej dwar il-\u0127asil tal-flus li fost affarijiet o\u0127rajn jobbligaw lill-istat Malti li jag\u0127ti rimedju meta jinkisru dawn id-direttivi. Jekk ir-rikors li g\u0127amilna llum ma jintlaqax, l-istat Malti jkun qed ji\u010b\u0127ad l-a\u0127\u0127ar rimedju possibbli u allura jikser il-li\u0121i Ewropea li tapplika f\u2019Malta.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm fuq il-ba\u017ci ta\u2019 daqs tant evidenza lampanti ma nippretendux li g\u0127andu jkun daqshekk diffi\u010bli li tittie\u0127ed id-de\u010bi\u017cjoni li tinfeta\u0127 inkjesta, m\u2019g\u0127andna l-ebda illu\u017cjoni li g\u0127andna xi triq fa\u010bli quddiemna.<\/p>\n<p>Tifhmu allura li jekk illum ma ninstemg\u0127ux, il-kampanja tag\u0127na ma tiqafx hawn.<\/p>\n<p>Qed nippubblikaw ir-rikors li g\u0127amilna fil-mezzi tal-istampa.<\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127arnett f\u2019Jum il-Mara nsellmu lil Daphna Caruana Galizia li sbatax-il xahar ilu nqatlet g\u0127ax i\u0121\u0121ieldet g\u0127as-saltna tad-dritt u kontra l-korruzzjoni u l-lillegalita\u2019. Dmirna naraw li l-\u0121lieda tag\u0127ha ma tmutx mag\u0127ha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/RIKORS-PANAMAPAPERS-NEW-REPUBBLIKA-FINAL-PDF.pdf\">PANAMAPAPERS (NEW) REPUBBLIKA FINAL (PDF)<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK1.pdf\">DOK1<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK2.pdf\">DOK2<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK3.pdf\">DOK3<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK4.pdf\">DOK4<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK5.pdf\">DOK5<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK5A.pdf\">DOK5A<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK6.pdf\">DOK6<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK7.pdf\">DOK7<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK8.pdf\">DOK8<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK9.pdf\">DOK9<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK10.pdf\">DOK10<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK11.pdf\">DOK11<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK12.pdf\">DOK12<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK13.pdf\">DOK13<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK14.pdf\">DOK14<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK15.pdf\">DOK15<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK16.pdf\">DOK16<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK17.pdf\">DOK17<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK18.pdf\">DOK18<\/a><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2019\/03\/DOK19.pdf\">DOK19<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din l-istqarrija b&#8217;vidjo in\u0127ar\u0121et illum minn Repubblika wara li rappre\u017czentanti tal-organizzazzjoni da\u0127\u0127lu rikors fil-qorti biex jitolbu inkjesta dwar Konrad Mizzi, Keith Schembri, min xtrahom u min g\u0127enhom jinxtraw. It-test tal-istqarrija jinsab wara l-vidjo u mieg\u0127u ir-rikors u d-dokumentazzjoni li dda\u0127\u0127lu l-qorti llum. A\u0127na ta\u2019 Repubblika llum g\u0127amilna rikors fil-Qorti biex nitolbu li ssir inkjesta dwar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":72778,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72780\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=72780"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72780\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":72781,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/72780\/revisions\/72781\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/72778\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=72780"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=72780"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=72780"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}